LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/13 pp. 6-7
  • Satana

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Satana
  • Stenbaħ!—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Huwa Satana persuna reali?
  • Satana fejn qiegħed?
  • Jistaʼ Satana jagħmel ħsara jew jikkontrolla lin-​nies?
  • Oqgħod għassa—Satana jrid jibilgħek!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Kun af lill-għadu tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Għadu Tal-Ħajja Taʼ Dejjem
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Min Hu X-Xitan?
    Alla X’Jirrikjedi Minna?
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2013
g 7/13 pp. 6-7

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

Satana

Huwa Satana persuna reali?

“Is-​serp oriġinali, dak li hu msejjaħ Xitan u Satana, . . . qed iqarraq bl-​art abitata kollha.” —Rivelazzjoni 12:9.

DAK LI JGĦIDU N-​NIES

Xi wħud jemmnu li Satana x-​Xitan mhuwiex persuna, imma huwa pjuttost il-​ħażen li jeżisti f’kull individwu.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Satana huwa persuna reali. Huwa anġlu ribelluż, spirtu li jopponi lil Alla. Il-​Bibbja lil Satana ssejjaħlu “l-​ħakkiem taʼ din id-​dinja.” (Ġwanni 12:31) Hu juża “sinjali giddibin” u “qerq” biex iwettaq l-​iskopijiet tiegħu.—2 Tessalonikin 2:9, 10.

Fil-​Bibbja nsibu konversazzjoni li saret fis-​sema bejn Satana u Alla. Kieku Satana kien sempliċi simbolu tal-​ħażen li jeżisti f’kull individwu, kif jistaʼ jkun li Alla, li hu perfett u moralment bla tebgħa, kien qed jitkellem maʼ xi parti ħażina fih innifsu? (Dewteronomju 32:4; Ġob 2:1-​6) Jidher ċar li Satana hu persuna reali u mhux sempliċement personifikazzjoni tal-​ħażen.

GĦALA GĦANDU JINTERESSAK?

Ir-​raġunijiet għala Satana jridek temmen li hu mhux veru jeżisti jixbhu lil dawk taʼ kriminal li jaħbi l-​identità tiegħu sabiex ikun jistaʼ jkompli jikser il-​liġi bla ma jinqabad. Biex tipproteġi lilek innifsek minn Satana, l-​ewwel trid tirrikonoxxi li hu jeżisti.

Satana fejn qiegħed?

“Gwaj għall-​art . . . għax ix-​Xitan niżel għandkom.” —Rivelazzjoni 12:12.

DAK LI JGĦIDU N-​NIES

Ħafna nies jemmnu li Satana qiegħed f’infern tan-​nar taħt l-​art. Oħrajn jemmnu li jeżisti fin-​nies il-​ħżiena.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Satana huwa spirtu, u għalhekk jgħix f’qasam inviżibbli. Għal xi żmien, Satana tħalla jmur fejn hemm Alla u l-​anġli leali. (Ġob 1:6) Madankollu, issa tkeċċa mill-​preżenza t’Alla u, flimkien maʼ spirti mill-​agħar oħrajn, huwa ristrett għall-​viċinanza tal-​art.—Rivelazzjoni 12:12.

Ifisser dan li Satana huwa limitat għal post speċifiku wieħed fuq l-​art? Pereżempju, forsi int qrajt li Pergamu tal-​qedem kienet il-​belt fejn kien “qed jgħammar Satana.” (Rivelazzjoni 2:13) Fil-​fatt, din l-​espressjoni kienet talludi għall-​qima satanika li kienet iċċentrata hemmhekk. Satana ma jgħixx f’post speċifiku wieħed fuq l-​art. Minflok, il-​Bibbja tgħid li “s-​saltniet kollha taʼ l-​art abitata” huma tiegħu.—Luqa 4:5, 6.

Jistaʼ Satana jagħmel ħsara jew jikkontrolla lin-​nies?

“Id-​dinja kollha qiegħda taħt il-​qawwa tal-​Ħażin.”—1 Ġwanni 5:19.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​biċċa l-​kbira mill-​bnedmin ċedew għall-​influwenza qarrieqa taʼ Satana, u b’hekk ġew fil-​kontroll tiegħu. (2 Korintin 11:14) Dan il-​fatt jgħinna nifhmu għala l-​bnedmin ma setgħux itejbu l-​kundizzjonijiet tad-​dinja.

Fil-​Bibbja nsibu wkoll każijiet iktar estremi, fejn Satana jew anġli ribellużi oħrajn irnexxielhom jikkontrollaw lin-​nies u kkaġunawlhom ħsara fiżika.—Mattew 12:22; 17:15-​18; Marku 5:2-​5.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

M’għandekx għalfejn titwerwer mill-​qawwa taʼ Satana. Biex tevita li tkun influwenzat minn Satana jew li tkun fil-​kontroll tiegħu, jeħtieġ li ssir taf kif hu jimmanipula lin-​nies biex b’hekk tkun taf “il-​pjanijiet tiegħu.” (2 Korintin 2:11) Jekk taqra l-​Bibbja, tistaʼ tikseb għarfien importanti dwar it-​tattiki taʼ Satana, u b’hekk tevita li taqaʼ vittma tiegħu.

Eħles mill-​oġġetti kollha li għandhom x’jaqsmu m’attività demonika. (Atti 19:19) Dawn jinkludu affarijiet li jippromwovu l-​ispiritiżmu jew it-​teħbir—amuleti, informazzjoni stampata, vidjows, mużika, u programmi fuq il-​kompjuter.

“Il-​Bibbja tgħid: “Opponu lix-​Xitan, u hu jaħrab minnkom.” (Ġakbu 4:7) Meta tobdi l-​parir għaqli tal-​Bibbja, tkun tistaʼ tipproteġi lilek innifsek mit-​tnassis mill-​agħar taʼ Satana.—Efesin 6:11-​18.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja