LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/14 p. 6
  • Meta timrad serjament

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta timrad serjament
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • KIF TISTAʼ TKAMPA
  • Xi ngħidu jekk għandi problema taʼ saħħa? (It-3 parti)
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • It-​Tobba Jikkunsidraw mill-​Ġdid il-​Kirurġija Mingħajr Demm
    Stenbaħ!—1998
  • Eżempji taʼ Familji li Rnexxew—L-Ewwel Parti
    Stenbaħ!—2010
  • Tkompli Tiżdied il-Ħtieġa għal Mediċina u Kirurġija Mingħajr Demm
    Stenbaħ!—2000
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 7/14 p. 6
Sodda fl-isptar

SUĠĠETT PRINĊIPALI | META TGĦADDI MINN TRAĠEDJA—KIF TISTAʼ TKAMPA?

Meta timrad serjament

Mabel, mara mill-Arġentina, kellha ħajja attiva u kienet taħdem bħala fiżjoterapista. Fl-2007, hi bdiet tħossha għajjiena mejta u kellha wġigħ taʼ ras taqsam kuljum. Hi tgħid: “Mort għand diversi tobba u pprovajt kull tip taʼ mediċina, imma kien kollu għalxejn.” Fl-aħħar, Mabel għamlet l-MRI, u rriżulta li kellha tumur f’moħħha. Mabel tgħid: “Ixxokkjajt ruħi! Ma stajtx nemmen li kont qed ngħix b’din il-marda qerrieda ġo fija.

Mabel

“Minkejja dan, kont għadni ma fhimtx kemm kienet verament serja s-sitwazzjoni tiegħi sakemm għamilt l-operazzjoni. Xħin qomt fl-ITU, ma stajtx niċċaqlaq. Kulma stajt nagħmel kien li niċċassa lejn is-saqaf. Qabel l-operazzjoni kont attiva u indipendenti. F’daqqa waħda, ma stajt nagħmel xejn. Fil-ġranet li qattajt l-ITU, ħlief konfużjoni u ħsejjes taʼ apparat mediku, allarmi tal-emerġenza, u krib taʼ pazjenti oħra ma smajtx. Madwari kien hemm biss uġigħ u sofferenza.

“Illum, irkuprajt sa ċertu punt. Nistaʼ nimxi mingħajr għajnuna u kultant noħroġ waħdi. Imma sfortunatament, qed nara doppju u l-muskoli mhux dejjem jaħdmuli sew.”

KIF TISTAʼ TKAMPA

Żomm attitudni pożittiva. Fi Proverbji 17:22, il-Bibbja tgħid: “Qalb ferriħija tajba biex tfejjaq, imma spirtu mdejjaq inixxef l-għadam.” Mabel tiftakar: “Waqt li kont qed nirkupra, iffaċċjajt l-istess sfidi li l-pazjenti tiegħi kienu jiffaċċjaw. L-eżerċizzji kienu vera taʼ wġigħ. Ġieli kont se naqtaʼ qalbi. Kelli nagħmel sforz biex ninjora ħsibijiet negattivi bħal dawn, għax kont naf li l-isforzi tiegħi kienu se jagħtu l-frott.”

Iffoka fuq dak li jagħtik it-tama. Mabel tgħid: “Permezz tal-Bibbja kont naf għala ngħaddu minn traġedji. Imma kont naf ukoll li maʼ kull ġurnata li tgħaddi, nersqu eqreb lejn żmien meta t-tbatija tkun biss xi ħaġa tal-passat.”a

Kun af li Alla jimpurtah minnek bħala individwu. (1 Pietru 5:7) Mabel tiftakar kif dan il-ħsieb għenha: “Meta ħaduni għall-operazzjoni, ħassejt kemm hu minnu l-kliem f’Isaija 41:10, fejn Alla jgħid: ‘Tibżax, għax jien miegħek.’ Billi kont naf li Alla Ġeħova jimpurtah minn dak li ġrali, ħassejt paċi ġewwinija.”

Kont taf? Il-Bibbja tgħallem li se jkun hawn żmien meta l-umanità mhix se ġġarrab iktar niket minħabba problemi taʼ saħħa.—Isaija 33:24; 35:5, 6.

a Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 11 tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja