LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 8/14 p. 7
  • Ħarsa lejn id-dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa lejn id-dinja
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Id-Dinja
  • Il-Britannja
  • Ir-Russja
  • L-Afrika
  • L-Istati Uniti
  • L-Arja
    Stenbaħ!—2023
  • Il-Bniedem X’Qed Jagħmel lill-Art?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Kemm Irnexxielna Nsalvaw l-Ambjent?
    Stenbaħ!—2003
Stenbaħ!—2014
g 8/14 p. 7

ĦARSA LEJN ID-DINJA

Id-Dinja

Tarbija

“Kull sena jmutu kważi 3 miljun tarbija sa ma jkollhom xahar, il-​biċċa l-​kbira minnhom minħabba kaġuni li setgħu jiġu evitati. ’Il fuq minn terz taʼ dawn it-​trabi jmutu fl-​ewwel jum taʼ ħajjithom.”—Save the Children International.

Il-Britannja

Raġel jimla d-diesel fit-tank tal-karozza

Fl-​2011, skont il-​Public Health England, fi 15-​il distrett taʼ Londra kien hemm żieda fl-​imwiet mit-​tinġis tal-​arja. Ironikament, id-​diesel ġie rreklamat bħala li jagħmel inqas ħsara lill-​ambjent minn fjuwils oħra minħabba li hu iżjed effiċjenti u joħroġ inqas karbonju dijossidu minnu. Però, 91 fil-​mija mit-​tinġis tal-​arja f’dawk l-​inħawi jiġi minn vetturi b’magna diesel.

Ir-Russja

Skont stħarriġ mill-​Fondazzjoni tal-​Opinjoni Pubblika fir-​Russja fl-​2013, madwar 52 fil-​mija tar-​Russi li identifikaw lilhom infushom bħala Kristjani Ortodossi qalu li qatt ma kienu qraw saħansitra parti mill-​Bibbja, u 28 fil-​mija qalu li rari jitolbu.

L-Afrika

Bidwi Afrikan

Rapport tal-​Bank Dinji jgħid li konfużjoni dwar taʼ min hi l-​art tajba għall-​biedja qed tfixkel il-​produzzjoni agrikola u tkattar il-​faqar. Nofs l-​art agrikola mhux maħduma tad-​dinja u li tistaʼ tintuża—xi 202 miljun ettaru—qiegħda fl-​Afrika, fejn il-​produttività tal-​agrikultura jintqal li hi l-​kwart taʼ li tistaʼ tkun.

L-Istati Uniti

Tablet elettroniku u mazz kotba

Minflok kotba, numru taʼ skejjel u universitajiet qed jagħtu tablets elettroniċi li fuqhom hemm il-​materjal neċessarju tal-​qari, programmi tal-​kompjuter, apps, u kontenut ieħor. Però, hemm dubju jekk dan hux vallapena jew le.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja