LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/15 p. 16
  • Kelmtejn dwar l-ambjent

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kelmtejn dwar l-ambjent
  • Stenbaħ!—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Awstralja
  • Id-​Deżert Saħara
  • Id-​Dinja
  • Kemm Irnexxielna Nsalvaw l-Ambjent?
    Stenbaħ!—2003
  • Werrej
    Stenbaħ!—2023
  • L-Arja
    Stenbaħ!—2023
  • Il-Bniedem X’Qed Jagħmel lill-Art?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Stenbaħ!—2015
g 7/15 p. 16
Id-Deżert Saħara

ĦARSA LEJN ID-​DINJA

Kelmtejn dwar l-​ambjent

Għalkemm id-​dinja tipproduċi arja nadifa, ikel bnin, u ilma ħelu, iktar ma jgħaddi ż-​żmien iktar il-​bnedmin qegħdin ifixklu dawn il-​proċessi naturali. Ix-​xjentisti disperatament qed ifittxu s-​soluzzjonijiet biex jippreservaw l-​ambjent.

L-​Awstralja

Huwa stmat li daqs 500,000 kilometru kubu taʼ ilma b’salinità baxxa qiegħed taħt qiegħ l-​oċeani tad-​dinja. Vincent Post mill-​Flinders University f’Adelaide jgħid: “Il-​livell tal-​baħar [darba] kien ħafna iktar baxx milli hu llum,” u allura l-​kosta kienet iktar ’il barra. Dak iż-​żmien, ix-​xita kienet “timla l-​livell tal-​ilma taħt l-​art f’postijiet li llum jinsabu taħt il-​baħar.” Ix-​xjentisti jittamaw li dawn ir-​riservi taħt il-​baħar maż-​żmien jistgħu jgħinu lil uħud mill-​iktar minn 700 miljun ruħ li għandhom aċċess limitat għal ilma nadif.

Id-​Deżert Saħara

Nofs l-​ispeċi t’annimali kbar li kienu jinsabu fis-​Saħara sparixxew jew tilfu 99 fil-​mija tal-​abitat tagħhom. Mhumiex biss l-​instabilità tar-​reġjun u l-​kaċċa estensiva li jaħtu għal dan. Għalkemm il-​bijodiversità tad-​deżerti tħabbatha maʼ dik tal-​foresti, ix-​xjentisti jagħtu inqas attenzjoni lid-​deżerti għaliex m’hemmx appoġġ finanzjarju. Minħabba f’hekk, hu diffiċli għall-​konservazzjonisti biex jimmonitorjaw l-​ekosistemi tad-​deżerti li huma mheddin.

Id-​Dinja

Ġie stmat li waħda minn kull tmien imwiet fl-​2012 kienet minħabba t-​tinġis tal-​arja. Skont l-​Organizzazzjoni Dinjija tas-​Saħħa, “it-​tinġis tal-​arja huwa issa l-​ikbar riskju taʼ saħħa ambjentali tad-​dinja.”

AĦSEB DWAR DAN: Għala nies li jaħdmu iebes u li għandhom skopijiet nobbli ma jistgħux iwaqqfu l-​qerda tal-​ambjent tagħna?—Ġeremija 10:23.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja