LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 9/15 pp. 12-13
  • It-tolleranza

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-tolleranza
  • Stenbaħ!—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’inhu s-​sigriet biex issir iżjed tolleranti?
  • Għaliex it-​tolleranza għandu jkollha l-​limiti?
  • Alla se jittollera l-​ħażen għal dejjem?
  • Alla Kemm Se Jdum Jissaporti?
    Stenbaħ!—2001
  • Il-Bibbja Kif Tistaʼ Tgħinna Ma Nurux Preġudizzju?
    Iktar Suġġetti
  • It-​Tolleranza Minn Estrem Għal Ieħor
    Stenbaħ!—1997
  • Flessibbli, U Madankollu Marbut Maʼ Livelli Divini
    Stenbaħ!—1997
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2015
g 9/15 pp. 12-13

IL-ĦARSA TAL-BIBBJA

It-​tolleranza

L-​aċċettar, il-​maħfra, u t-​tolleranza jippromwovu relazzjonijiet paċifiċi. Imma t-​tolleranza għandu jkollha limiti?

X’inhu s-​sigriet biex issir iżjed tolleranti?

IR-​REALTÀ LLUM

Madwar id-​dinja, l-​intolleranza qed tinfirex kullimkien u qed issir agħar minħabba preġudizzju razzjali u etniku, nazzjonaliżmu, tribwaliżmu, u estremiżmu reliġjuż.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Matul il-​ministeru tiegħu, Ġesù Kristu kien imdawwar bl-​intolleranza. Il-​Lhud u s-​Samaritani b’mod partikulari kienu jobogħdu lil xulxin. (Ġwanni 4:9) In-​nisa kienu ttrattati bħala inferjuri għall-​irġiel. U mexxejja reliġjużi Lhud żebilħu lin-​nies komuni. (Ġwanni 7:49) Ġesù Kristu spikka bħala bniedem differenti ferm. “Dan ir-​raġel jilqaʼ lill-​midinbin u jiekol magħhom,” qalu l-​opponenti tiegħu. (Luqa 15:2) Ġesù kellu qalbu tajba, kien paċenzjuż, u tolleranti għaliex hu ġie biex ifejjaq lin-​nies spiritwalment u mhux biex jiġġudikahom. L-​imħabba kienet il-​motivazzjoni primarja tiegħu.—Ġwanni 3:17; 13:34.

Irġiel, nisa, u tfal jisimgħu lil Ġesù

Ġesù, xempju tat-tolleranza, ġie biex ifejjaq lin-nies spiritwalment u mhux biex jiġġudikahom

L-​imħabba, iċ-​ċavetta biex tkun iktar tolleranti, tqanqalna nilqgħu lil oħrajn, minkejja l-​imperfezzjonijiet u l-​istramberiji tagħhom. Kolossin 3:13 jgħid: “Komplu ssaportu lil xulxin u aħfru lil xulxin mill-​qalb jekk xi ħadd għandu għalxiex jilmenta kontra ħaddieħor.”

“Fuq kollox, ħa jkollkom imħabba profonda lejn xulxin, għax l-​imħabba tgħatti kotra taʼ dnubiet.”—1 Pietru 4:8.

Għaliex it-​tolleranza għandu jkollha l-​limiti?

IR-​REALTÀ

Il-​biċċa l-​kbira tal-​pajjiżi jipprovaw iżommu l-​istabbilità soċjali. B’hekk, normalment jagħmlu limiti raġunevoli fuq l-​imġiba.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

“[L-​imħabba] ma ġġibx ruħha b’mod indeċenti.” (1 Korintin 13:5) Għalkemm Ġesù kien xempju tat-​tolleranza, hu m’għalaqx għajn waħda għall-​indeċenza, għall-​ipokrisija, u forom oħra taʼ ħażen. Minflok, ikkundanna bi qlubija affarijiet bħal dawn. (Mattew 23:13) “Min jipprattika affarijiet vili jobgħod id-​dawl [tal-​verità],” hu qal.—Ġwanni 3:20.

L-​appostlu Kristjan Pawlu kiteb: “Stmerru dak li hu ħażin, żommu sod maʼ dak li hu tajjeb.” (Rumani 12:9) Hu għex skont dan il-​kliem. Pereżempju, meta ċerti Kristjani Lhud infirdu minn kredenti li ma kinux Lhud, Pawlu—li hu stess kien Lhudi—b’sodizza iżda b’qalb tajba tkellem. (Galatin 2:11-​14) Kien jaf li Alla, li “mhux parzjali,” ma kienx se jittollera preġudizzju razzjali fost il-​poplu Tiegħu.—Atti 10:34.

Bħala Kristjani, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jistrieħu fuq il-​Bibbja għall-​gwida morali. (Isaija 33:22) B’hekk, ma jittollerawx il-​ħażen fosthom. Il-​kongregazzjoni Kristjana nadifa m’għandhiex tiġi korrotta b’nies li jwarrbu l-​livelli taʼ Ġeħova. Għalhekk, ix-​Xhieda jobdu l-​kmand Bibliku ċar: “Neħħu lill-​bniedem mill-​agħar minn fostkom.”—1 Korintin 5:11-​13.

“O intom li tħobbu lil Ġeħova, obogħdu dak li hu ħażin.”—Salm 97:10.

Alla se jittollera l-​ħażen għal dejjem?

DAK LI ĦAFNA JEMMNU

Minħabba li aħna bnedmin, il-​ħażen dejjem se jkun magħna.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​profeta Ħabakkuk talab lil Alla Ġeħova: “Għaliex . . . int tibqaʼ sempliċement tħares lejn l-​inkwiet? U t-​tħarbit u l-​vjolenza għala huma quddiemi? Għala hemm it-​tilwim, u għala jqum il-​ġlied?” (Ħabakkuk 1:3) Alla ma ħalliex lill-​profeta inkwetat tiegħu fid-​dubju u assigurah li Hu kellu jitlob kont min-​nies mill-​agħar. Dwar dik il-​wegħda, Alla qal: “Se sseħħ żgur. Mhix se tkun tard.”—Ħabakkuk 2:3.

Sadanittant, nies li jagħmlu l-​ħażen għandhom l-​opportunità biex iduru lura mill-​ħajja ħażina tagħhom. “‘Jaqaw jien nitgħaxxaq b’xi mod bil-​mewt taʼ xi ħadd ħażin,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘u mhux li dan idur lura minn triqatu u jibqaʼ jgħix?’” (Eżekjel 18:23) Dawk li jfittxu lil Ġeħova billi jabbandunaw il-​modi ħżiena tagħhom jistgħu jħarsu lejn il-​futur b’fiduċja. “Min jismaʼ minni jgħammar fis-​sigurtà u ma jinkwetax mill-​biżaʼ taʼ xi gwaj,” jgħid Proverbji 1:33.

“Ftit ieħor biss, u l-​ħażin ma jkunx iktar . . . Il-​ġwejdin se jirtu l-​art, u bi sliem kotran jitgħaxxqu ferm.”—Salm 37:10, 11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja