LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 6 pp. 14-15
  • Il-puntwalità

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-puntwalità
  • Stenbaħ!—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kemm hu importanti li tkun puntwali?
  • X’tistaʼ tagħmel biex tkun puntwali?
  • Ikkultiva d-drawwa li tkun fil-ħin
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Għala Għandna Nkunu Puntwali?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Werrej
    Stenbaħ!—2016
  • Kun Fil-ħin!
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 6 pp. 14-15
Raġel iħares lejn l-arloġġ tiegħu hekk kif raġel ieħor dieħel fil-kamra

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

Il-​puntwalità

Anke dawk li ħafna drabi jaslu tard jammettu li huwa tajjeb li tkun puntwali. Il-​Bibbja fiha għerf prattiku li għandu x’jaqsam maʼ dan is-​suġġett.

Kemm hu importanti li tkun puntwali?

GĦALA HU IMPORTANTI

Xi wħud sabu li meta jaslu għal xi appuntament daqsxejn qabel, inaqqsu l-​istress. Il-​puntwalità ttejjeb ukoll ir-​reputazzjoni tal-​individwu. B’liema mod?

Li tkun puntwali juri li int kompetenti. Meta tasal fil-​ħin, tkun qed turi li qed tipprova żżomm kontroll fuq ħajtek minflok ma tħalli ċ-​ċirkustanzi jżommuk lura milli tagħmel l-​affarijiet li tkun xtaqt tagħmel.

Li tkun puntwali juri li int persuna taʼ min jorbot fuqha. F’soċjetà fejn spiss il-​wegħdi u l-​impenji ma jinżammux, in-​nies japprezzaw lil dawk li jżommu kelmithom. Nies li tistaʼ torbot fuqhom jiġu rispettati mill-​ħbieb u mill-​familja. Min jimpjega japprezza lil dawk li jaslu x-​xogħol fil-​ħin u jlestu fil-​ħin. Ħaddiema li tistaʼ torbot fuqhom jistgħu saħansitra jiġu mogħtijin iżjed paga u jkunu fdati aktar.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Hemm siltiet fil-​Bibbja li għandhom x’jaqsmu mal-​puntwalità. Pereżempju, il-​Bibbja tgħid: “Ħa jsir kollox bid-​deċenza u bl-​ordni.” (1 Korintin 14:40) Meta tnejn jiftiehmu li jiltaqgħu f’post u f’ħin speċifiku, ikun sewwa u xieraq li t-​tnejn li huma jkunu puntwali. Il-​Bibbja tgħid ukoll: “Hemm żmien stabbilit; iva, kull ħaġa taħt is-​smewwiet għandha waqtha.” (Ekkleżjasti 3:1) Il-​kuntest taʼ dan il-​vers jgħid li hemm “żmien li tħawwel u żmien li taqlaʼ l-​imħawwel.” (Ekkleżjasti 3:2) Il-​bdiewa jiżirgħu kollox fi żmienu biex jaħsdu l-​aħjar prodott possibbli. Fi kliem ieħor, il-​puntwalità tal-​bidwi tipproduċi riżultati tajbin.

Il-​Bibbja turi saħansitra raġuni iktar valida għalfejn għandna nkunu puntwali: Tkun qed turi rispett lejn oħrajn u l-​ħin prezzjuż tagħhom. (Filippin 2:3, 4) B’kuntrast, dawk li dejjem iħallu lil ħaddieħor jistenna jkunu daqslikieku qegħdin jisirqulhom mill-​ħin tagħhom.

“Tfittxux l-​interessi persunali tagħkom biss, imma wkoll l-​interessi persunali taʼ l-​oħrajn.”—Filippin 2:4.

X’tistaʼ tagħmel biex tkun puntwali?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​Bibbja tinkuraġġik biex tippjana bil-​quddiem. (Proverbji 21:5) Jekk tirrealizza li int dejjem tard għall-​appuntamenti, forsi l-​iskeda tiegħek hi mimlija wisq. Għaliex ma tnaqqasx attivitajiet li mhumiex essenzjali u li jaħlulek il-​ħin? Ħalli iktar ħin bejn appuntament u ieħor, u ppjana li tasal qabel. Dan se jħallilek aktar ħin għal dak li jistaʼ jinqalaʼ, bħal pereżempju jekk tinqabad fit-​traffiku jew fil-​maltemp.

Il-​Bibbja tinkuraġġixxi wkoll il-​modestja. (Proverbji 11:2) Dan ifisser li tkun taf sa fejn tistaʼ tasal. Qabel ma tagħmel appuntament jew taċċetta biċċa xogħol, kun ċert li għandek biżżejjed ħin fl-​iskeda tiegħek. Jekk tippjana li tagħmel aktar milli tiflaħ, se żżid l-​istress u l-​frustrazzjoni—tiegħek u taʼ ħaddieħor!

Il-​Bibbja tkompli tgħidilna biex nagħmlu l-​aħjar użu mill-​ħin tagħna. (Efesin 5:15, 16) Agħti prijorità l-​affarijiet aktar importanti. (Filippin 1:10) Pereżempju, waqt li tkun qed tuża t-​trasport pubbliku jew tkun qed tistenna lil ħaddieħor, ħu vantaġġ mill-​ħin billi taqra jew tippjana l-​kumplament tal-​ġurnata.

“Il-​pjanijiet tal-​ħabrieki żgur li jkunu taʼ vantaġġ għalih.”—Proverbji 21:5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja