LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g20 Nru. 3 pp. 6-7
  • Ħoss għal Oħrajn

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħoss għal Oħrajn
  • Stenbaħ!—2020
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-Problema
  • Prinċipju mill-​Bibbja
  • Li Nħossu għal Oħrajn Kif Se Jgħinna?
  • Dak li Tistaʼ Tagħmel
  • L-Empatija—Iċ-Ċavetta għall-Qalb Tajba u l-Mogħdrija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Uri l-Empatija
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
  • Alla juri empatija?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2018
  • Il-ħajja tal-familja u l-ħbiberiji
    Stenbaħ!—2019
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2020
g20 Nru. 3 pp. 6-7
Raġel Ewropew u ieħor Indjan bilqiegħda ħdejn xulxin f’ajruplan. Huma ferħanin jitkellmu flimkien.

Ħoss għal Oħrajn

Il-Problema

Jekk niffokaw iżżejjed fuq kemm oħrajn huma differenti minna, aħna nistgħu nikkonkludu li differenzi bħal dawn huma difetti. U fir-​realtà nkunu qed inqisuhom li huma inferjuri minna. Ladarba jibda jkollna din il-​ħarsa negattiva lejn oħrajn, se jkun iktar diffiċli biex nuru l-​empatija. Bin-​nuqqas taʼ empatija tagħna nkunu qed nuru li għandna problema ikbar—il-​preġudizzju.

Prinċipju mill-​Bibbja

“Ifirħu maʼ min jifraħ; ibku maʼ min jibki.”—RUMANI 12:15.

Xi jfisser? Dan il-​prinċipju jistaʼ jinġabar fi ftit kliem—uri l-​empatija. L-​empatija hi l-​abbiltà li tpoġġi lilek innifsek minflok ħaddieħor u tħoss dak li jħoss hu.

Li Nħossu għal Oħrajn Kif Se Jgħinna?

Meta nħossu għal oħrajn, se nindunaw kemm għandna affarijiet komuni bejnietna. Se nirrealizzaw li l-​persuna tistaʼ tħossha u tirreaġixxi bħalma nagħmlu aħna. Li nħossu għal oħrajn jgħinna naraw kemm il-​bnedmin huma kollha bħal xulxin. Jekk infittxu għal modi kif nies oħrajn huma bħalna, l-​opinjoni tagħna dwarhom se titjieb.

Li nħossu għal oħrajn se jgħinna nirrispettawhom. Anne-​Marie, mis-​Senegal, darba kienet tistmerr lil nies li ħafna kienu jqisuhom taʼ klassi baxxa. Hi tispjega kif l-​empatija għenitha: “Meta rajt kemm dawn in-​nies batew, ħsibt kif kont inħossni jien kieku kont minflokhom. Dan ġegħelni nirrealizza li m’iniex superjuri għal dawn in-​nies. M’għamilt xejn biex inkun aħjar minnhom.” Għalhekk, jekk nipprovaw nifhmu d-​diffikultajiet li għandhom oħrajn, m’aħniex se nikkritikawhom.

Dak li Tistaʼ Tagħmel

Jekk inti tqis lil grupp taʼ nies b’mod negattiv, ipprova ifhem b’liema modi inti simili għalihom. Pereżempju, immaġina kif iħossuhom meta

Li nħossu għal oħrajn jgħinna naraw kemm il-​bnedmin huma kollha bħal xulxin

  • jieklu mal-​familja

  • jispiċċaw ġurnata xogħol

  • iqattgħu l-​ħin mal-​ħbieb

  • jisimgħu l-​mużika favorita tagħhom

Imbagħad ipprova immaġina lilek innifsek fis-​sitwazzjoni tagħhom. Saqsi lilek innifsek:

  • ‘Kif nirreaġixxi kieku xi ħadd iġegħelni nħossni li ma niswa għalxejn?’

  • ‘Kif inħossni kieku oħrajn jiġġudikawni mingħajr ma jafuni?’

  • ‘Kieku jien parti mill-​grupp tagħhom, kif nixtieq li oħrajn jittrattawni?’

L-istess raġel Ewropew u l-Indjan juru ritratti lil xulxin dwar affarijiet komuni bejniethom, bħall-familja, l-isports li jħobbu, u x-xogħol.

Eżempju li Ġara: Robert (Singapore)

“Qabel kont naħseb li persuni neqsin mis-​smigħ kienu strambi, mhux intelliġenti, u jieħdu għalihom malajr. Allura kont nevitahom. Però, ma ħsibtx li l-​ħarsa tiegħi kienet preġudikata, għax ħassejt li ma kont qed nagħmel ħsara lil ħadd.

“Li nħoss għal persuni neqsin mis-​smigħ għenni biex nirreżisti l-​preġudizzju li kelli. Pereżempju, kont naħseb li persuni neqsin mis-​smigħ kellhom xi problema intellettwali, għax meta kont inkellimhom kienu jħarsu lejja ċass. Allura pruvajt nimmaġina kif kont inħossni kieku ma stajtx nismaʼ lil xi ħadd ikellimni. M’għandniex xi ngħidu, kont inħares ċass jien ukoll! Anki kieku kelli hearing aid, l-​espressjoni taʼ wiċċi tkun qisha trid tgħid, ‘Qed nagħmel sforz biex nifhem,’ meta fil-​fatt inkun qed nagħmel sforz biex nismaʼ.

“Hekk kif inpoġġi lili nnifsi fiż-​żarbun taʼ persuna nieqsa mis-​smigħ, il-​preġudizzji tiegħi jiġu fix-​xejn.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja