LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • uw kap. 19 pp. 146-153
  • Xi Tfisser Għalik il-Liġi Mosajka

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Xi Tfisser Għalik il-Liġi Mosajka
  • Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • GĦALA L-​LIĠI?
  • GĦARFIEN DWAR IL-​LIĠI JIBBENEFIKANA
  • Il-Kristjani tal-Bidu u l-Liġi Mosajka
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Il-Liġi tal-Kristu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Il-Liġi Qabel Kristu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Mistoqsijiet mill-​Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
Ara Iżjed
Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
uw kap. 19 pp. 146-153

Kapitlu 19

Xi Tfisser Għalik il-​Liġi Mosajka

1. (a) X’indika li, b’seħħ mis-​sena 36 E.K., Ġentili mhux ċirkonċiżi kienu aċċettabbli għal Jehovah bħala Kristjani? (b) Imma xi Kristjani bikrin dwar liema kwistjoni kellhom sentimenti qawwijin?

KWISTJONI li kien hemm dibattiti sħan fuqha fi żmien l-​appostlu Pawlu kienet dwar jekk il-​Kristjani Ġentili kinux obbligati li jikkonformaw mal-​ħtiġijiet tal-​Liġi Mosajka. Huwa veru li fis-​sena 36 E.K. l-​ispirtu qaddis kien ġie fuq Ġentili mhux ċirkonċiżi. Imma xi Kristjani bi sfond Lhudi ħassew bil-​qawwa li dixxipli Ġentili għandhom ikunu ċirkonċiżi u mgħallmin josservaw il-​Liġi taʼ Mosè. Kien, fil-​fatt, neċessarju għalihom li jħarsu dik il-​Liġi, jew forsi parti minnha? Madwar is-​sena 49 E.K. il-​kwistjoni ġiet irreferuta lill-​​ġemgħa li tiggverna f’Ġerusalemm.​—Atti 10:​44-48; 15:​1, 2, 5.

2. Din il-​kwistjoni għala tinteressana?

2 Ir-​riżultat huwa taʼ interess kbir għalina. Għala? Mhux biss minħabba li kultant niltaqgħu maʼ nies li jargumentaw li l-​Kristjani għandhom jikkonformaw maʼ ċerti ħtiġijiet tal-​Liġi, bħalma hija l-​osservanza tas-​Sabat, imma wkoll minħabba li l-​Bibbja nfisha tgħid li “l-​Liġi hija qaddisa, u l-​kmandament huwa qaddis u taʼ tjieba u tajjeb.” (Rum. 7:12) Għalkemm jirreferu għaliha bħala l-​Liġi Mosajka minħabba li Mosè kien il-​medjatur tal-​patt tal-​Liġi, dak il-​kodiċi tal-​Liġi attwalment oriġina minn Alla Jehovah.​—Eżo. 24:​3, 8.

GĦALA L-​LIĠI?

3. Il-​Liġi għala ġiet mogħtija lil Iżrael?

3 Kif inħarsu lejn il-​Liġi llum jiġi effettwat minn jekk nifhmux għala Jehovah ta lil Iżrael kodiċi tal-​Liġi. L-​Iskrittura tispjega: “Ġiet miżjuda [mal-patt t’Abraham] biex tagħmel in-​nuqqasijiet jidhru, sakemm iż-​żerriegħa jkun wasal li lilu saret wegħda . . . Għaldaqstant il-​Liġi saret it-​tutriċi tagħna li twassal għal Kristu, biex nistgħu niġu ddikjarati twajbin minħabba l-​fidi.” (Gal. 3:​19, 24) Il-​Liġi kif għamlitu dan?

4. (a) Dik il-​Liġi kif ‘għamlet in-​nuqqasijiet jidhru’? (b) Kif wasslet ukoll lil uħud leali lejn Kristu?

4 Billi pprovdiet mudell perfett li kien ikopri d-​diversi aspetti tal-​ħajja, din esponiet lil-​Lhud bħala midinbin. Sar evidenti li, minkejja kwalunkwe intenzjonijiet tajbin u sforzi diliġenti, huma ma setgħux jilħqu mal-​ħtiġijiet tagħha. Billi wżat lil-​Lhud bħala kampjun tal-​familja umana imperfetta, il-​Liġi esponiet lid-​dinja kollha, inkluż kull wieħed u waħda minna, bħala midinbin, suġġetti lejn Alla għal kastig. (Rum. 3:​19, 20) B’hekk din enfasizzat il-​ħtieġa għal salvatur għall-​umanità, u wasslet lil uħud leali għand Ġesù bħala dak is-​Salvatur. B’liema mod? Identifikatu bħala l-​uniku wieħed li żamm il-​Liġi perfettament, b’hekk l-​uniku bniedem li kien mingħajr dnub. Taħt il-​Liġi s-​sagrifiċċji taʼ l-​annimali kellhom biss valur limitat, imma bħala bniedem perfett, Ġesù setaʼ joffri ħajtu bħala sagrifiċċju li kellu tassew ineħħi d-​dnub u jiftaħ il-​mogħdija għall-​ħajja eterna għal dawk kollha li jeżerċitaw fidi.​—Ġwn. 1:29; 3:16; 1 Piet. 1:​18, 19.

5. Billi tuża l-​iskritturi pprovduti, wieġeb il-​mistoqsijiet inklużi maʼ dan il-​paragrafu.

5 B’dan l-​isfond f’moħħok, kif kont twieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin?

Qatt kienet il-​Liġi Mosajka intenzjonata li tkun taʼ rabta fuq l-​umanità kollha? (Salm 147:​19, 20; Eżo. 31:​12, 13)

Jehovah qatt ta indikazzjoni lil Iżrael li xi darba l-​patt tal-​Liġi kellu jintemm? (Ġer. 31:​31-33; Eb. 8:13)

L-​Għaxar Kmandamenti, inkluża l-​ħtieġa li jiġi osservat is-​Sabat taʼ kull ġimgħa, komplew ikunu effettivi wara li l-​bqija tal-​Liġi ġiet ikkanċellata? (Kol. 2:​13, 14, 16; 2 Kor. 3:7-11 [bħalma ntwera biċ-​ċar minn Eżodu 34:​28-30]; Rum. 7:​6, 7)

Jehovah b’liema mezz ġab il-​patt tal-​Liġi fi tmiemu? (Kol. 2:​13-17; Matt. 5:​17, 18; Rum. 10:4)

6. X’inhu ssuġġerit b’argumenti li jsostnu li l-​Liġi Mosajka għadha tapplika?

6 Fid-​dawl taʼ dan, x’inhu implikat billi wieħed jargumenta li l-​Liġi Mosajka għadha tapplika? Effettivament, dan jikkostitwixxi ċaħda tal-​fidi f’Ġesù Kristu. Dan għala huwa hekk? Għaliex ħarsa bħal din tirrifjuta l-​fatt li Ġesù wettaq il-​Liġi, u b’hekk ħejja t-​triq għal Alla biex itemmha. Lil nies li pprofessaw li kienu Kristjani imma li ġew influwenzati minn argumenti favur il-​ħarsien tal-​Liġi, jew xi porzjon minnha, l-​appostlu Pawlu kiteb bil-​qawwa: “Intom mifrudin minn Kristu, intom min intom li tipprovaw tkunu ddikjarati twajbin permezz tal-​Liġi; intom tbegħedtu mill-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu.”​—Gal. 5:4; ara wkoll Rumani 10:​2-4.

7. (a) Dawk li jargumentaw favur il-​kontinwità taʼ ċerti karatteristiċi tal-​Liġi x’m’humiex japprezzaw bis-​sħiħ? (b) Kemm huma importanti x-​xogħlijiet Kristjani, u liema relazzjoni għandhom dawn maʼ li aħna nirċievu l-​għotja taʼ ħajja eterna?

7 Dawk li jargumentaw favur il-​kontinwità taʼ ċerti karatteristiċi tal-​Liġi ma japprezzawx għalkollox li waqfa taʼ tjieba quddiem Alla tiddependi, mhux fuq ix-​xogħlijiet tal-​Liġi li wieħed jagħmel, imma fuq il-​fidi taʼ dak li jkun fil-​valur tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù. (Gal. 3:​11, 12) Huma jħossu li persuna trid tagħti prova tagħha nfisha li hi twajba b’xogħlijiet bħal dawn​—ħaġa li hija impossibbli għal bnedmin midinbin. Huwa, tabilħaqq, importanti li nagħmlu xogħlijiet b’ubbidjenza lejn il-​kmandi t’Alla u taʼ Kristu li japplikaw għall-​Kristjani. (Ġak. 2:​15-17; Matt. 28:19, 20) Dawn huma mezzi li bihom aħna nuru l-​imħabba u l-​fidi tagħna, u nuqqas tagħhom kellu jindika li l-​fidi tagħna kienet mejta. Imma aħna ma nistgħux naqilgħu s-​salvazzjoni, naħdmu kemm naħdmu iebes. Ebda salvazzjoni mid-​dnub u l-​mewt ma tistaʼ tkun possibbli mingħajr is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù Kristu. B’hekk il-​ħajja eterna hija għotja minn Alla permezz taʼ Ġesù Kristu, espressjoni taʼ qalb tajba mhix mistħoqqa straordinarja u mhux ħlas għax-​xogħlijiet tagħna.​—Ef. 2:​8, 9; Rum. 3:​23, 24; 6:23.

8. Il-​ġemgħa li tiggverna taʼ l-​ewwel seklu x’iddeċidiet dwar il-​kwistjoni li kienet tinvolvi l-​applikar tal-​Liġi Mosajka għal Kristjani Ġentili?

8 Meta l-​kwistjoni li kienet tinvolvi l-​applikar tal-​Liġi Mosajka lil Kristjani Ġentili ġiet ippreżentata lill-​ġemgħa li tiggverna f’Ġerusalemm fl-​ewwel seklu, id-​deċiżjoni tagħhom kienet f’armonija maʼ dawn il-​fatti. Huma rrikonoxxew li Jehovah ma kienx jeħtieġ minn dawk il-​kredenti Ġentili li jwettqu xogħlijiet b’ubbidjenza lejn il-​Liġi Mosajka qabel ma ġie mferraʼ fuqhom l-​ispirtu qaddis. Id-​deċiżjoni taʼ dik il-​ġemgħa li tiggverna fil-​fatt niżżlet bil-​miktub bħala “affarijiet neċessarji” ċerti projbizzjonijiet li kienu f’armonija maʼ dik il-​Liġi, imma dawn kienu bbażati fuq ir-​rakkont tal-​Bibbja dwar ġrajjiet li kienu eqdem mil-​Liġi. Mela ma kienx hemm imponiment fuq il-​Kristjani Ġentili taʼ responsabbiltà biex jikkonformaw mal-​Liġi Mosajka jew xi porzjon minnha imma, x’aktarx, kien hemm konferma tal-​livelli rikonoxxuti minn qabel Mosè.​—Atti 15:​28, 29; qabbel Ġenesi 9:​3, 4; 34:​2-7; 35:​2-5.

9. (a) Għadhom il-​Lhud meħtiġin minn Alla biex jobdu l-​Liġi Mosajka? (b) Liema provvediment speċjali kien magħmul għalihom bil-​manjiera li miet Kristu?

9 Wara Pentekoste tas-​sena 33 E.K. l-​Lhud infushom ma kinux iktar meħtiġin minn Alla biex jikkonformaw mal-​kodiċi tal-​Liġi Mosajka. U dawk il-​Lhud li eżerċitaw fidi raw raġuni speċjali biex jithennew b’dan. Għala? Għalkemm il-​Ġentili kienu wkoll midinbin u għalhekk imutu, il-​Lhud waħedhom kienu ġew taħt is-​saħta t’Alla talli kienu kisru l-​patt tal-​Liġi. Imma bil-​manjiera li miet Kristu​—imdendel maʼ zokk bħal li kieku kien kriminal misħut—​hu ħa l-​post taʼ dawk il-​Lhud li kienu se jpoġġu fidi fih u pprovda ħelsien għalihom mill-​piena li ġabu fuqhom infushom bħala riżultat tad-​diżubbidjenza tagħhom lejn il-​Liġi. (Gal. 3:​10-13) B’hekk hu pprovdielhom maħfra li qatt ma setgħu jieħdu taħt il-​Liġi Mosajka.​—Atti 13:​38, 39.

10. It-​tneħħija tal-​Liġi b’liema mod tat prova li kienet fattur fil-​qima magħquda?

10 Il-​Liġi, fil-​fatt, kienet għamlet ħajt bejn il-​Lhud u l-​Ġentili. Ħtiġijiet li ma kinux japplikaw għall-​Ġentili tqiegħdu fuq il-​Lhud, u l-​Ġentili mhux ċirkonċiżi ma tħallewx jieħdu sehem sħiħ mal-​Lhud fil-​qima tagħhom. (Qabbel Eżodu 12:48; Atti 10:28.) Imma ladarba l-​Liġi kienet wettqet l-​iskop tagħha u tneħħiet, kien possibbli għal-​Lhud u għall-​Ġentili mhux ċirkonċiżi li jkunu magħqudin permezz taʼ Kristu fil-​qima taʼ l-​uniku Alla veru.​—Ef. 2:​11-18.

GĦARFIEN DWAR IL-​LIĠI JIBBENEFIKANA

11. L-​għarfien dwar il-​Liġi kif jgħinna nifhmu t-​tagħlim taʼ Kristu?

11 Għalkemm aħna llum m’aħniex taħt il-​Liġi, għarfien dwarha huwa taʼ benefiċċju kbir għal kull wieħed u waħda minna. B’liema mod? Ftakar, Ġesù twieled lil omm Lhudija u ġie li jkun taħt il-​Liġi Mosajka. Ċerti affarijiet li għamel nistgħu biss nifhmuhom għalkollox fuq il-​bażi t’għarfien dwar il-​ħtiġijiet taʼ dik il-​Liġi. (Gal. 4:4; ara Luqa 22:​7, 8.) Ukoll kien fost nies li kienu taħt dik il-​Liġi li hu wettaq il-​ministeru tiegħu. Mela t-​tagħlim tiegħu taʼ spiss kien mibni fuq ċirkostanzi relatati mal-​Liġi.​—Qabbel Mattew 5:​23, 24.

12. (a) Ġesù liema konnessjoni indika li hemm bejn ħajtu u l-​Liġi Mosajka? (b) L-​appostlu Pawlu kif indika l-​valur taʼ li wieħed ikollu għarfien dwar il-​Liġi? (ċ) X’jistaʼ jirriżulta milli nifhmu sew is-​sinjifikat spiritwali tal-​ħtiġijiet tagħha?

12 Wara l-​irxoxt tiegħu, Ġesù fakkar lid-​dixxipli tiegħu li ħajtu bħala bniedem kienet wettqet l-​affarijiet miktubin dwaru fil-​Liġi, fil-​Profeti u fis-​Salmi. (Luqa 24:44) Ukoll, l-​appostlu Pawlu rrefera għal karatteristiċi f’konnessjoni mal-​patt tal-​Liġi bħala li kienu “rappreżentazzjoni tipika u dell taʼ l-​affarijiet tas-​sema” u qal li “l-​Liġi għandha dell taʼ l-​affarijiet tajbin li għandhom jiġu.” (Eb. 8:​4, 5; 10:1) Dettalji taʼ l-​għaġeb li jsibu twettiq fis-​saċerdozju taʼ Ġesù Kristu u fis-​sagrifiċċju tal-​ħajja umana tiegħu huma inkorporati fil-​Liġi Mosajka. Li nifhmu dawn sewwa se jżewwaq it-​tifsira taʼ provvedimenti bħal dawn għalina. Fost il-​mudelli profetiċi hemm dettalji li jippontaw lejn l-​arranġament biex Jehovah jiġi meqjum b’mod aċċettabbli llum fit-​tempju spiritwali kbir tiegħu. Hekk kif il-​fehma tagħna dwar dawn tikber, l-​apprezzament tagħna għall-​kongregazzjoni midluka bl-​ispirtu u għall-​irwol tagħha taħt Ġesù Kristu f’konnessjoni mal-​qima tagħna se jiżdied ukoll.

13. Għala huwa taʼ benefiċċju li timmedita fuq il-​prinċipji mill-​aħjar riflessi fil-​Liġi?

13 Il-​Liġi Mosajka hija parti mill-​Iskrittura mnebbħa minn Alla, li kollha hija “taʼ benefiċċju għat-​tagħlim, għat-​twiddib, biex tiddritta l-​affarijiet.” (2 Tim. 3:16) Li nfittxu u nimmeditaw fuq il-​prinċipji dejjiema li fuqhom il-​Liġi hija bbażata jistaʼ jgħin biex nibnu ġewwa fina xewqa sinċiera biex nagħmlu l-​affarijiet li jogħġbu lil Alla. Jekk nifhmu sew l-​ispirtu li lejh kienet tipponta l-​Liġi u nirriflettu dak l-​ispirtu f’ħajjietna, kemm jistaʼ jkun taʼ benefiċċju dan!

14. (a) Ġesù kif ta stampa tal-​valur taʼ li nifhmu sew l-​ispirtu li lejh ippontaw il-​ħtiġijiet tal-​Liġi? (b) Iġbed l-​attenzjoni lejn xi ftit mill-​prinċipji mill-​aħjar l-​oħrajn inkorporati fil-​Liġi, bħalma huwa muri f’paġna 152. (ċ) Apprezzament lejn dawn l-​affarijiet kif jistaʼ jgħinna biex nogħġbu iktar lil Alla?

14 Ġesù effettivament ta stampa taʼ dan fil-​Priedka tiegħu taʼ fuq il-​Muntanja. Billi kien qiegħed jitkellem maʼ nies li dak iż-​żmien kienu taħt il-​Liġi, hu wera li, minflok ma sempliċement iżommu lura mill-​qtil, huma kellhom bżonn iqaċċtu mill-​għeruq kwalunkwe tendenza lejn korla fit-​tul u jżommu lura milli jużaw ilsienhom f’diskors degradanti dwar ħuthom. Minflok ma jkunu kuntenti għaliex qatt ma kkommettew adulterju, huma ma kellhom lanqas biss iħarsu lejn mara b’xenqa. Bħalma kien veru fil-​każ tagħhom, hekk, ukoll, aħna għandna nirsistu biex nużaw il-​membri kollha taʼ ġisimna f’armonija mal-​mogħdijiet taʼ tjieba taʼ Jehovah. (Matt. 5:21, 22, 27-30; ara wkoll Rumani 13:8-10.) Jekk nagħmlu dan, se nuru li aħna wkoll nifhmu t-​tifsira taʼ l-​akbar kmandament fil-​Liġi: “Trid tħobb lil Jehovah Alla tiegħek b’qalbek kollha kemm hi u b’ruħek kollha kemm hi u b’moħħok kollu kemm hu.” (Matt. 22:36, 37) Żgur li dan se jressaqna eqreb lejn Alla Jehovah. Għalkemm m’aħniex taħt il-​kodiċi tal-​Liġi Mosajka, se nibbenefikaw definittivament minn għarfien eżatt dwar il-​prinċipji li fuqhom hija bbażata u l-​mudelli profetiċi li fiha.

Diskussjoni Bħala Reviżjoni

● Dawk li jinsistu fuq ubbidjenza lejn il-​Liġi Mosajka għala fil-​fatt qegħdin jiċħdu lil Kristu?

● Għarfien dwar il-​Liġi kif jgħinna nifhmu l-​irwol taʼ Ġesù fl-​iskop taʼ Jehovah?

● Għalkemm m’aħniex taħt il-​Liġi, liema affarijiet taʼ valur nistgħu nagħrfu minn studju dwarha?

[Kaxxa f’paġna 152]

Xi Prinċipji Bażiċi fil-​Liġi Mosajka

Responsabbiltajiet Lejn Alla

Qim biss lil Jehovah Eżo. 20:3; 22:20

Ittratta lil ismu bir-​rispett Eżo. 20:7; Lev. 24:16

Ħobbu u aqdih b’qalb sħiħa, Dewt. 6:5; 10:12; 30:16

b’ruħ sħiħa, b’forza vitali sħiħa

Ibżaʼ li ma tobdix, kun f’biżaʼ Dewt. 5:29; 6:24

reverenzjali minnu

Ersaq lejh biss bil-​mod li hu Lev. 1:1-5; Num. 16:1-50;

japprova Dewt. 12:5-14

Agħtih l-​aħjar tiegħek; Eżo. 23:19; 34:26

dan ġie mingħandu

Dawk li jqimu jridu jkunu Eżo. 19:10, 11; 30:20

nodfa fiżikament

Interessi sagri m’għandhomx jitwarrbu Eżo. 20:8-10; 34:21;

fil-ġenb għal interessi sekulari Num. 15:32-36

Prattiċi Reliġjużi Pprojbiti

L-​idolatrija Eżo. 20:4-6; Dewt. 7:25

It-​taħlit maʼ nies Eżo. 23:13; 34:12-15;

taʼ twemmin differenti Dewt. 6:14, 15; 13:1-5

L-​ispiritiżmu, is-​seħer, il-​qari Eżo. 22:18; Lev. 20:27;

tax-xorti, id-​divinazzjoni, il-​maġija, Dewt. 18:10-12

il-magħmul

Iż-​Żwieġ u l-​Ħajja tal-​Familja

L-​adulterju pprojbit Eżo. 20:14; Lev. 20:10

Ebda żwieġ maʼ xi ħadd li mhux Dewt. 7:1-4

qiegħed jaqdi lil Jehovah

L-​inċest ipprojbit Lev. 18:6-16; 20:11

Evita perverżjonijiet sesswali Lev. 18:23; 20:13

Irrispetta l-​ħajja taʼ tarbija Eżo. 21:22, 23

mhix imwielda

Onora lill-​ġenituri tiegħek Eżo. 20:12; 21:15, 17;

Dewt. 21:18-21

Għallem lit-​tfal tiegħek Dewt. 6:4-9; 11:18-21

il-mogħdijiet taʼ Jehovah

Dmirijiet li Jinvolvu Persuni Oħrajn

Qis il-​ħajja umana bħala sagra Eżo. 20:13; Num. 35:9-34

Ħobb lil għajrek; evita li Lev. 19:17, 18

żżomm f’qalbek

Uri konsiderazzjoni lejn ix-​xjuħ Lev. 19:32

Uri tħassib b’imħabba għal uħud li Lev. 25:35-37;

għaddejjin minn għawġ ekonomiku, Dewt. 15:7-11; 24:19-21

orfni, romol

Tittrattax ħażin lit-​torox Lev. 19:14; Dewt. 27:18

u lill-​għomja

Kun onest fin-​negozju Lev. 19:35, 36; 25:14

Irrispetta d-​drittijiet Eżo. 20:15; 22:1, 6; 23:4;

tal-propjetà Dewt. 22:1-3

Tixxennaqx għal dak li jappartjeni Eżo. 20:17

lil oħrajn

Ikxef lil dawk li jikkommettu Lev. 5:1; Dewt. 13:6-11

ħażen serju

Uri l-​verità; tagħtix xiehda falza Eżo. 20:16; 23:1, 2

Ebda parzjalità minħabba l-​pożizzjoni Eżo. 23:3, 6; Lev. 19:15

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja