LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 115
  • Jiżbroffa Argument

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jiżbroffa Argument
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Argument dwar min hu l-akbar
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Hu Jħobb lit-Tfal Żgħar
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Iħejji lill-Appostli għat-Tluq Tiegħu
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • X’Jistenna Jehovah Minna Llum?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 115

Kapitlu 115

Jiżbroffa Argument

IKTAR kmieni fil-​għaxija, Ġesù ta tagħlima sabiħa f’xogħol umli billi ħasel riġlejn l-​appostli tiegħu. Wara, hu introduċa l-​Mafkar taʼ mewtu li kienet qed toqrob. Issa, speċjalment meta nqisu dak li għadu kif ġara, jiġri inċident mhux mistenni. L-​appostli tiegħu jiġu involuti f’argument sħun dwar min minnhom jidher li hu l-​akbar! Mid-​dehra, dan hu parti minn tilwima li ilha għaddejja.

Ftakar li wara li Ġesù kien ittrasfigurat fuq il-​muntanja, l-​appostli argumentaw dwar min fosthom kien l-​akbar. Iżjed minn hekk, Ġakbu u Ġwanni talbu pożizzjonijiet prominenti fis-​Saltna, u dan irriżulta f’iżjed tħaqqiq fost l-​appostli. Issa, fl-​aħħar lejl tiegħu magħhom, kemm iħossu mnikket Ġesù li jarahom jerġgħu jitlewmu! X’jagħmel?

Minflok ma jċanfar lill-​appostli għall-​imġieba tagħhom, għal darb’oħra Ġesù bil-​paċenzja jirraġuna magħhom: “Is-​slaten tal-​ġnus jiddominaw fuqhom, u dawk li għandhom l-​awtorità fuqhom jissejħu Benefatturi. Intom, iżda, m’għandkomx tkunu hekk. . . . Għax liema wieħed hu akbar, il-​wieħed li qiegħed imil mal-​mejda jew il-​wieħed li qed jimministra? M’huwiex il-​wieħed li qiegħed imil mal-​mejda?” Imbagħad, waqt li jfakkarhom fuq l-​eżempju tiegħu, jgħid: “Imma jien qiegħed f’nofskom bħala l-​wieħed li qed jimministra.”

Minkejja l-​imperfezzjonijiet tagħhom, l-​appostli baqgħu maʼ Ġesù matul il-​provi tiegħu. Mela hu jgħid: “Nagħmel patt magħkom, sewwa sew bħalma Missieri għamel patt miegħi, għal saltna.” Dan il-​patt persunali bejn Ġesù u s-​segwaċi lejali tiegħu jgħaqqadhom miegħu biex jieħdu sehem fir-​renju rjali tiegħu. Numru limitat taʼ 144,000 biss huma fl-​aħħar imdaħħlin f’dan il-​patt għal Saltna.

Għalkemm l-​appostli huma ppreżentati b’dan il-​prospett meraviljuż f’li jieħdu sehem maʼ Kristu fit-​tmexxija taʼ Saltna, huma fil-​preżent dgħajfin spiritwalment. “Ilkoll kemm intom se tieħdu gambetta f’konnessjoni miegħi f’dan il-​lejl,” igħid Ġesù. Madankollu, waqt li jgħid lil Pietru li Hu talab għalih, Ġesù jħeġġeġ: “Ladarba tkun ġejt lura, saħħaħ lil ħutek.”

“Tfal ċkejknin,” Ġesù jispjega, “jien qiegħed magħkom ftit ieħor. Intom se tfittxuni; u sewwa sew bħalma għedt lil-​Lhud, ‘Fejn immur jien intom ma tistgħux tiġu,’ jien ingħid ukoll lilkom għalissa. Qed nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin; sewwa sew bħalma ħabbejtkom jien, li intom ukoll tħobbu lil xulxin. B’dan kulħadd se jkun jaf li intom dixxipli tiegħi, jekk għandkom l-​imħabba bejnietkom.”

“Mulej, fejn sejjer?” Pietru jistaqsi.

“Fejn sejjer jien int ma tistax issegwini issa,” Ġesù jwieġeb, “imma se ssegwini wara.”

“Mulej, għala ma nistax insegwik għalissa?” Pietru jrid ikun jaf. “Jien se nagħti ruħi għalik.”

“Se tagħti ruħek għalija?” Ġesù jistaqsi. “Verament ingħidlek, Int illum, iva, dal-lejl, qabel ma serduq jidden darbtejn, saħansitra int se tiċħadni tliet darbiet.”

“Saħansitra jekk għandi mmut miegħek,” Pietru jipprotesta, “b’ebda mod ma se niċħdek.” U waqt li l-​appostli l-​oħra jgħidu l-​istess ħaġa, Pietru jiftaħar: “Għalkemm l-​oħrajn kollha jieħdu gambetta f’konnessjoni miegħek, qatt ma jien se nieħu gambetta!”

Waqt li jirreferi għaż-​żmien meta bagħat lill-​appostli fuq mawra taʼ ppridkar mal-​Galilija mingħajr borża għall-​flus u ħorġa għall-​ikel, Ġesù jistaqsi: “Ma naqaskom xejn, hux hekk?”

“Le!” huma jwieġbu.

“Imma issa ħalli min għandu portmoni jieħdu, bl-​istess mod ukoll ħorġa tal-​ikel,” huwa jgħid, “u ħalli min m’għandux sejf ibigħ il-​libsa taʼ fuq tiegħu u jixtri wieħed. Għax ingħidilkom li dan li hu miktub irid jiġi mwettaq fija, jiġifieri, ‘U hu kien magħdud maʼ wħud bla liġi.’ Għax dak li jikkonċerna lili qed ikollu twettieq.”

Ġesù qed jalludi għal dak iż-​żmien meta hu kellu jiġi mdendel maʼ nies ħżiena, jew dawk taʼ bla liġi. Huwa qed juri wkoll li minn hemm ’il quddiem is-​segwaċi tiegħu se jiffaċċjaw persekuzzjoni ħarxa. “Mulej, ħares! hawn żewġt isjuf,” huma jgħidu.

“Huwa biżżejjed,” hu jwieġeb. Kif se naraw, li għandhom is-​sjuf magħhom se jippermetti lil Ġesù biex igħallem lezzjoni oħra vitali. Mattew 26:​31-35; Mark 14:​27-31; Luqa 22:​24-38; Ġwann 13:​31-38; Rivelazzjoni 14:​1-3.

▪ L-​argument tal-​appostli għala huwa daqshekk mhux mistenni?

▪ Ġesù kif jieħu ħsieb l-​argument?

▪ X’jiġi mwettaq bil-​patt li Ġesù jagħmel mad-​dixxipli tiegħu?

▪ Liema kmandament ġdid jagħti Ġesù, u kemm hu importanti?

▪ Liema kunfidenza żejda juri Pietru, u x’igħid Ġesù?

▪ L-​istruzzjonijiet taʼ Ġesù dwar li jġorru borża għall-​flus u ħorġa għall-​ikel għala huma differenti minn dawk li hu ta qabel?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja