Xellug: Oħt f’Alabama, l-Istati Uniti tal-Amerika, qed iddoqq taħdita rekordjata minn Ħuna Rutherford, fl-aħħar tas-snin 30; lemin: L-Iżvizzera
L-1 SEZZJONI
Il-verità dwar is-Saltna—Jitqassam l-ikel spiritwali
TARA għajnejn l-istudent tal-Bibbja tiegħek jixegħlu hekk kif jifhem it-tifsira tal-iskrittura li għadkom kemm qrajtu flimkien. Hu jgħid: “Jiġifieri l-Bibbja tgħallem li nistgħu ngħixu għal dejjem f’ġenna—hawnhekk stess fuq l-art?” Il-ħu li ġie miegħek fuq l-istudju jitbissem u jgħid, “Ħeqq, x’rajt fil-Bibbja?” L-istudent bilkemm jistaʼ jemmen, ixengel rasu bi stagħġib, u jgħid, “Ma nistax nemmen li ħadd qatt m’għallimni dan qabel!” Imbagħad tiftakar li qal xi ħaġa simili ftit ġimgħat ilu meta sar jaf għall-ewwel darba li Alla jismu Ġeħova!
Ġieli kellek esperjenza bħal din? Ħafna min-nies t’Alla kellhom. Esperjenzi bħal din ifakkruna kemm ingħatajna għotja prezzjuża—l-għarfien dwar il-verità! Ieqaf u aħseb ftit: Int kif ksibt din l-għotja? F’din is-sezzjoni se neżaminaw dik il-mistoqsija. Il-mod kif in-nies t’Alla bil-mod il-mod saru jafu l-verità hi prova ċara daqs il-kristall li s-Saltna t’Alla hi reali. Għal seklu sħiħ, is-Sultan, Ġesù Kristu, għamel ċert li n-nies t’Alla ġew mgħallmin il-verità.