LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 36 p. 92-p. 93 para. 7
  • Ċenturjun juri fidi kbira

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ċenturjun juri fidi kbira
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Il-Fidi Kbira taʼ Uffiċjal tal-Armata
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Il-Bibbja fiha kontradizzjonijiet?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Tqanqlek il-Fidi Tiegħek biex Tieħu Azzjoni?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 36 p. 92-p. 93 para. 7
Ċenturjun iħares lejn il-qaddej tiegħu li hu marid serjament; fuq wara, xi mexxejja Lhud imorru jkellmu lil Ġesù

KAPITLU 36

Ċenturjun juri fidi kbira

MATTEW 8:5-​13 LUQA 7:1-​10

  • L-​ILSIR TAʼ FIZZJAL TAL-​ARMATA JIĠI MFEJJAQ

  • DAWK BIL-​FIDI SE JITBIERKU

Xi mexxejja Lhud imorru jkellmu lil Ġesù

Wara li jagħmel il-​Prietka taʼ fuq il-​Muntanja, Ġesù jmur fil-​belt taʼ Kafarnahum. Hawnhekk xi xjuħ Lhud jersqu lejh. Huma ntbagħtu minn raġel taʼ nazzjonalità differenti—fizzjal tal-​armata Ruman, ċenturjun.

L-​ilsir maħbub tal-​fizzjal tal-​armata hu marid serjament u wasal biex imut. Għalkemm iċ-​ċenturjun mhuwiex Lhudi, hu qed jitlob l-​għajnuna taʼ Ġesù. Il-​Lhud jgħidu lil Ġesù li l-​qaddej tar-​raġel “jinsab mixħut id-​dar bil-​paralisi u hu muġugħ ħafna.” (Mattew 8:6) Ix-​xjuħ Lhud jaċċertaw lil Ġesù li dan iċ-​ċenturjun jistħoqqlu li jingħata din l-​għajnuna billi jgħidu: “Iħobb lil ġensna u kien hu li bnielna s-​sinagoga.”—Luqa 7:4, 5.

Hekk kif Ġesù jasal qrib id-dar tal-uffiċjal tal-armata, il-ħbieb tal-uffiċjal jiġu jiltaqgħu miegħu

Ġesù ma jdumx ma jerħilha max-​xjuħ lejn id-​dar tal-​fizzjali tal-​armata. Hekk kif joqorbu lejha, il-​fizzjal jibgħat lil xi ħbieb biex jgħidu: “Sinjur, toqgħodx tinqalaʼ, għax ma jistħoqqlix li nġibek taħt is-​saqaf tiegħi. Kien għalhekk li ma ħassejtnix denju li niġi għandek.” (Luqa 7:6, 7) X’espressjoni umli mingħand xi ħadd li hu mdorri jagħti l-​ordnijiet! Turi wkoll kemm dan ir-​raġel hu differenti minn dawk ir-​Rumani li jittrattaw lill-​ilsiera bl-​aħrax.—Mattew 8:9.

Iċ-​ċenturjun bla dubju jaf li l-​Lhud jevitaw li jissieħbu maʼ dawk li mhumiex Lhud. (Atti 10:28) Forsi b’dan il-​ħsieb f’moħħu, il-​fizzjal jgħid lil ħbiebu biex lil Ġesù jgħidulu: “Għid il-​kelma, u l-​qaddej tiegħi jfiq.”—Luqa 7:7.

Ġesù jistagħġeb meta jismaʼ dan u jgħid: “Ngħidilkom, Lanqas saħansitra f’Israel ma sibt fidi daqshekk kbira.” (Luqa 7:9) Xħin imorru lura d-​dar taċ-​ċenturjun, il-​ħbieb tiegħu jiskopru li l-​ilsir li kien tant marid issa jbigħ is-​saħħa.

Wara li Ġesù jagħmel dan il-​fejqan, hu juża din l-​okkażjoni biex jikkonferma li wħud li mhumiex Lhud imma li għandhom il-​fidi se jitbierku, hu jgħid: “Se jiġu ħafna mil-​lvant u mill-​punent u joqogħdu mal-​mejda m’Abraham u Iżakk u Ġakobb fis-​saltna tas-​smewwiet.” Xi ngħidu għal-​Lhud li m’għandhomx fidi? Ġesù jgħid li dawn “se jintefgħu fid-​dlam taʼ barra. Hemmhekk se jibku u jgħażżu snienhom.”—Mattew 8:11, 12.

Għalhekk, il-​Lhud naturali li ma jaċċettawx l-​opportunità li ġiet offruta lilhom l-​ewwel biex ikunu parti mis-​Saltna maʼ Kristu se jiġu miċħudin. Imma l-​Ġentili se jiġu milqugħin biex joqogħdu mal-​mejda tiegħu, biex ngħidu hekk, “fis-​saltna tas-​smewwiet.”

  • Xi Lhud għala jitolbu lil Ġesù bil-​ħniena għan-​nom taʼ fizzjal tal-​armata mhux Lhudi?

  • X’tistaʼ tkun ir-​raġuni għala ċ-​ċenturjun ma talabx lil Ġesù biex jidħol f’daru?

  • Ġesù jenfasizza liema tama għall-​Ġentili?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja