LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 7 p. 22-p. 23 para. 6
  • L-astrologi jżuru lil Ġesù

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-astrologi jżuru lil Ġesù
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Ġesù u l-Astroloġi
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Min Bagħat il-“Kewkba”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Liema Xorta taʼ Kewkba Wasslet lill-“Irġiel Għorrief” Għand Ġesù?
    Stenbaħ!—2010
  • Irġiel Gwidati Minn Kewkba
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 7 p. 22-p. 23 para. 6
L-astrologi mexjin wara stilla li tiħodhom id-dar fejn qed joqogħdu Ġużeppi, Marija, u Ġesù

KAPITLU 7

L-​astrologi jżuru lil Ġesù

MATTEW 2:1-​12

  • L-​ASTROLOGI JSEGWU “KEWKBA” LI TIĦODHOM ĠERUSALEMM U MBAGĦAD GĦAND ĠESÙ

Xi rġiel jiġu mil-​Lvant. Dawn huma astrologi—irġiel li jistudjaw il-​pożizzjoni tal-​kwiekeb, u jgħidu li billi jagħmlu dan jistgħu jispjegaw ċerti ġrajjiet fil-​ħajja tan-​nies. (Isaija 47:13) Waqt li kienu d-​dar fil-​Lvant, huma raw “kewkba” u segwewha mijiet taʼ kilometri, imma din ħadithom Ġerusalemm u mhux Betlem.

Meta jaslu Ġerusalemm, huma jistaqsu: “Fejn hu s-​sultan tal-​Lhud li twieled? Għax rajna l-​kewkba tiegħu meta konna fil-​lvant, u ġejna nuruh rispett.”—Mattew 2:1, 2.

L-astrologi jmilu quddiem ir-Re Erodi

Is-​Sultan Erodi taʼ Ġerusalemm jismaʼ dwar dan u tgħidx kemm jibda jinkwieta. Allura jsejjaħ għandu l-​qassisin ewlenin u mexxejja reliġjużi Lhud oħrajn u jistaqsihom fejn kellu jitwieled il-​Kristu. Huma jwieġbu mill-​Iskrittura u jgħidu: “F’Betlehem.” (Mattew 2:5; Mikea 5:2) Xħin jismaʼ dan, Erodi bil-​moħbi jsejjaħ għandu l-​astrologi u jgħidilhom: “Morru fittxu bir-​reqqa lit-​tifel, u meta ssibuh ejjew għiduli, ħalli jien ukoll inkun nistaʼ mmur nurih rispett.” (Mattew 2:8) Però, Erodi fir-​realtà jrid isib lit-​tifel ċkejken biex joqtlu!

Wara li l-​astrologi jitilqu, isseħħ xi ħaġa tal-​għaġeb. Il-​“kewkba” li kienu raw meta kienu fil-​Lvant timxi quddiemhom. Jidher ċar li din mhijiex xi kewkba komuni, imma qiegħda hemm apposta biex tidderiġihom. Huma jsegwuha sakemm tieqaf eżatt fuq id-​dar fejn issa qed joqogħdu Ġużeppi u Marija maċ-​ċkejken binhom.

L-astrologi li mxew wara stilla lejn Betlem jagħtu rigali lil Marija u Ġesù

Meta l-​astrologi jidħlu fid-​dar, huma jaraw lil Marija b’tifel żgħir—Ġesù. Imbagħad, dawn l-​irġiel imilu quddiemu u jagħtuh deheb, inċens, u mirra bħala rigali. Wara, meta jkunu sejrin lura għand Erodi, f’ħolma huma jiġu mwissijin minn Alla biex ma jmorrux lura għandu. Allura jirritornaw lejn pajjiżhom minn triq oħra.

Min taħseb li pprovda l-​“kewkba” li ggwidat lill-​astrologi? Ftakar li ma ħadithomx direttament Betlem, fejn kien Ġesù. Minflok, ħadithom Ġerusalemm, fejn iltaqgħu mas-​Sultan Erodi, li ried joqtol lil Ġesù. U kien jirnexxilu li kieku Alla ma ħax azzjoni u wissa lill-​astrologi biex ma jgħidux lil Erodi fejn kien Ġesù. Jidher ċar li kien l-​għadu t’Alla, Satana, li ried joqtol lil Ġesù, u uża dan il-​mezz biex jipprova jilħaq l-​għan tiegħu.

  • Kif nafu li l-​“kewkba” li raw l-​astrologi ma kinitx xi kewkba komuni?

  • Fejn qed jgħix iċ-​ċkejken Ġesù meta jsibuh l-​astrologi?

  • Għala nistgħu ngħidu li kien Satana li ggwida lill-​astrologi?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja