LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wcg kap. 3 p. 24-p. 27
  • Hi Għażlet li Ma Terġax Tmur Lura

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hi Għażlet li Ma Terġax Tmur Lura
  • B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Fittex Iktar
  • Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem
  • Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet
  • Tgħallem Iktar
  • Kemm “int mara sabiħa”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Alla sejħilha “Prinċipessa”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Sa fl-aħħar għandna iben!
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Abraham u Sara—Int Tistaʼ Timita l-Fidi Tagħhom!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
wcg kap. 3 p. 24-p. 27

3 SARA

Hi Għażlet li Ma Terġax Tmur Lura

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

SARA kienet miżżewġa lil Abraham u kienet tħobbu ħafna. Huma kienu jgħixu fil-belt taʼ Ur, li kienet belt kbira mdawra b’ħitan għoljin qrib ix-xmara kbira Ewfrat. In-nies hemmhekk kienu jaqdu lill-allat foloz, imma Abraham kien differenti. Hu kien iqim lill-Alla l-veru, Ġeħova. Sara wkoll kellha fidi f’Ġeħova, imma maż-żmien kien ħa jkollha turi iktar fidi u kuraġġ. Għala?

Darba, Abraham qal lil Sara li kellmu Ġeħova! Min jaf kemm ħassitha eċitata. Imma dak li Ġeħova qal lil Abraham biex jagħmel ma kienx se jkun faċli għaliha. Abraham u Sara kellhom jitilqu mill-belt taʼ Ur fejn kellhom id-dar u l-familja, u jmorru f’post ’il bogħod ħafna. Kien ħa jkun vjaġġ twil, u kienu ħa jgħixu fit-tined. Sara ma kinitx se tgħix iktar f’belt li kienet protetta bil-ħitan u bi rġiel li joqogħdu għassa. Ma kinitx ħa tgħix iktar f’dar kbira fejn kien ħa jkollha l-ilma u kumditajiet oħra. U ma kinitx ħa tkun tistaʼ tmur is-suq biex tixtri l-ikel u affarijiet oħra li jkollha bżonn! Dan kien se jkun diffiċli ħafna għaliha. Imma Sara kienet lesta li tmur. Hi straħet fuq Ġeħova, ippakkjat l-affarijiet li kellha, kellmet lil tal-familja u l-ħbieb għall-aħħar darba, u telqet maʼ Abraham mingħajr ma kienet taf fejn sejrin.

Sara ma sforzatx lil Abraham biex jerġaʼ jiħodha f’Ur ħalli tkun protetta. Minflok hi aċċettat id-deċiżjoni li ħa Abraham u kienet lesta li tmur fejn bagħathom Ġeħova

Sara wriet il-kuraġġ b’mod ieħor. L-appostlu Pawlu kiteb hekk dwarha u dwar ir-raġel tagħha: “Kieku baqgħu jaħsbu dwar il-post li telqu minnu, kien ikollhom opportunità jerġgħu jmorru.” (Lhud 11:15) Sara setgħet qagħdet taħseb fid-dar li kellha fil-belt taʼ Ur u kemm kienet protetta hemmhekk. Imma minflok hi wriet il-kuraġġ u għażlet li ma terġax tmur lura.

Sara u Abraham qed jitilqu minn Ur. Huma rekbin fuq l-iġmla u magħhom hemm dawk kollha taʼ darhom.

Meta fl-aħħar waslu fil-belt taʼ Kangħan, Sara rrealizzat li ma kienx hemm xmara kbira bħax-Xmara Ewfrat bil-vapuri li kienu jġibu l-ikel u affarijiet oħra. Għalhekk, meta kien hemm il-ġuħ f’Kangħan kellhom jitilqu. Għalkemm kien diffiċli ħafna, Sara ma pprovatx tikkonvinċi lir-raġel tagħha biex imorru lura fil-belt taʼ Ur. Minflok kienet lesta li tivvjaġġa miegħu lejn l-Eġittu.

Minħabba li Sara kienet mara sabiħa ħafna, Abraham beżaʼ li xi ħadd kien se joqtlu biex jisraqha. Għalhekk, Abraham qalilha biex tagħmel tabirruħha li hi oħtu. Imma meta l-Fargħun tal-Eġittu semaʼ kemm kienet mara sabiħa xorta kellhom problema. Hu ordna lill-qaddejja tiegħu biex jieħdu lil Sara fil-palazz. Ovvjament, li tgħix f’palazz kien se jgħinna tħossha protetta u iktar komda milli tivvjaġġa minn post għal ieħor u tgħix fit-tined. Imma Sara x’għamlet? Telqet lil Abraham u marret tgħix ħajja komda mal-Fargħun? Le. Hi wriet kuraġġ u baqgħet leali lejn ir-raġel tagħha Abraham, u minħabba f’hekk Ġeħova għenha. Infatti, ftit wara, Sara reġgħet marret lura għand Abraham.a

Ġeħova wiegħed lil Abraham li minnu kien se joħroġ poplu kbir. Però, Sara ma setax ikollha tfal u din kienet xi ħaġa diffiċli ħafna għaliha. Wara li għexu f’Kangħan għal ħafna snin, Ġeħova ppremja lil Sara. Għalkemm kellha 90 sena, Ġeħova berikha billi taha dak li xtaqet. Sara fl-aħħar kellha tifel! Ġeħova qalilhom biex isemmuh Iżakk, li kien ifisser “Daħq.” Dan l-isem vera kien addattat għax Abraham u Sara daħqu bil-ferħ meta saru jafu li se jkollhom tifel. Sara kienet ċerta li anke n-nies kienu se jifirħu u jidħqu magħha meta jsiru jafu bil-miraklu li Ġeħova għamel magħha.

Sara għexet ħajja twila u rat lit-tifel tagħha jsir raġel li jħobb lil Alla. Dan kien possibbli għax hi kienet tħobb lil Iżakk, u b’kuraġġ ipproteġietu. Sal-aħħar ġurnata taʼ ħajjitha qatt ma ħasbet biex terġaʼ tmur lura għall-ħajja komda li kellha qabel. Minflok hi ħarset ’il quddiem għal futur mill-aqwa. Sara u l-familja tagħha ma rawx il-wegħdi li għamel Ġeħova dwar il-futur jitwettqu, imma aħna ċerti li dalwaqt se narawhom!

Aqra l-istorja mill-Bibbja:

  • Ġenesi 12:1-20; 15:18; 16:1, 2; 17:3-8, 15-19; 18:9-15; 20:1-17; 21:1-13

  • Atti 7:1-7

Biex tiddiskuti:

Sara kif uriet kuraġġ?

Fittex Iktar

  1. 1. Sara għamlet ħażin li żżewġet lil Abraham li kien jiġi ħuha mill-missier? (wp17.3 12 ¶5, ntt.)

  2. 2. Semmi x’setgħet ħalliet warajha Sara meta telqet mill-belt taʼ Ur. (wp17.3 13 ¶3–14 ¶2) A

    Pendent tal-metall prezzjuż li għandu ħaġar b’kuluri differenti.

    Photograph taken by courtesy of the British Museum

    Stampa A: Pendent prezzjuż li nstab taħt l-art fil-belt qadima t’Ur

  3. 3. Kif nafu li Abraham għamel sew meta lil xi nies qalilhom li Sara ma kinitx il-mara tiegħu? (wp17.3 14 ¶6–15 ¶1)

  4. 4. Sara kellha rispett kbir lejn Abraham bħala l-kap tal-familja, imma dan ifisser li hi qatt ma qaltlu x’kienet taħseb u kif kienet qed tħossha meta kellha opinjoni differenti? Spjega. (g 1/08 29 ¶4-5-wcgr) B

    Sara titkellem b’mod onest m’Abraham li jidher imdejjaq.

    Stampa B

Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem

  • Qabbel lil Sara mal-mara taʼ Lot.

    • B’liema modi kienu simili? (Ġen. 12:1; 13:5-7; 19:12, 15)

    • B’liema modi kienu differenti? (Ġen. 19:17, 26; Luqa 17:28-32)

    • X’nistgħu nitgħallmu mid-deċiżjonijiet li ħadu u minn dak li ġralhom?

  • Sara kienet mara sabiħa ħafna, u r-raġel tagħha kien sinjur. Jekk għandek ċirkostanzi bħal tagħha x’tistaʼ titgħallem minnha? (Prov. 31:30; 1 Tim. 6:17-19)

  • Int kif tistaʼ turi l-kuraġġ li wriet Sara? Ċ

    Grupp taʼ stampi: 1. Koppja żagħżugħa qed jippakkjaw l-affarijiet tagħhom biex jitilqu minn appartament lussuż u komdu li qiegħed fil-belt. 2. Il-koppja qed taqsam l-aħbar tajba maʼ bidwi f’territorju mwarrab.

    Stampa Ċ

Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet

  • Din l-istorja x’tgħallimni dwar Ġeħova?

  • Din l-istorja kif inhi marbuta mal-iskop taʼ Ġeħova?

  • Meta Ġeħova jirxoxta lil Sara, x’nixtieq nistaqsiha?

Tgħallem Iktar

L-eżempju tajjeb taʼ Sara hu għan-nisa miżżewġin biss, jew jistgħu jitgħallmu minnu wkoll l-irġiel miżżewġin?

Tgħallem Minnhom​—Sara (6:27)

Ara x’għamlu Sara u Abraham biex it-tnejn li huma jħossuhom rispettati.

“Żomm ‘il-Fjamma taʼ Jah’ Mixgħula” (w23.05 24-25 ¶15-17)

a Xi żmien wara, Sara għaddiet mill-istess esperjenza meta re li kien jismu Abimelek ħadha għalih. Imma Sara b’kuraġġ għamlet kif qalilha Abraham, u Ġeħova reġaʼ għenha.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja