LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w09 8/15 pp. 16-17
  • Jinstabu Teżori Moħbijin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jinstabu Teżori Moħbijin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Materjal Simili
  • Insibu Teżori “Moħbijin bil-Għaqal” Fih
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Għandna Teżori Prezzjużi X’Naqsmu m’Oħrajn
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Iktar Minn 40 Sena Taħt Projbizzjoni Komunista
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Uża bil-Għaqal il-Letteratura Tagħna Bbażata fuq il-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
w09 8/15 pp. 16-17

Jinstabu Teżori Moħbijin

QATT sibt teżor moħbi f’post li ma stennejtx li se ssibu? Hekk ġralu Ivo Laud, wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova fl-​Estonja, fis-​27 taʼ Marzu, 2005. Hu kien qed jgħin lil Alma Vardja, Xhud imdaħħla fiż-​żmien, twaqqaʼ kamra żgħira fil-​ġnien. Hekk kif neħħew il-​ħajt taʼ barra nnotaw tavla li kienet qed tgħatti naħa waħda taʼ pilastru. Meta neħħew it-​tavla sabu xaqq wiesaʼ madwar 10 ċentimetri, twil 1.2 metru, u fond 10 ċentimetri, mgħotti b’biċċa injama pariġġ. (1) Moħba b’teżori! X’kienu dawn it-​teżori? Min ħbiehom hemm?

Fil-moħba kien hemm diversi pakketti mgeżwrin b’attenzjoni f’karta ħoxna. (2) Il-​pakketti kien fihom letteratura tax-​Xhieda taʼ Ġeħova, il-​biċċa l-​kbira kienu artikli għall-​istudju tat-​Torri tal-​Għassa, fosthom xi ftit mis-​sena 1947. (3) Dawn kienu miktubin bl-​idejn b’attenzjoni bil-​lingwa Estonjana. Xi ftit mill-​pakketti kien fihom indikazzjonijiet dwar min kien ħeba l-​letteratura hemmhekk. Dawn kienu dokumenti t’interrogazzjonijiet taʼ Villem Vardja, ir-​raġel t’Alma. Ukoll, fost l-​affarijiet li nstabu kien hemm informazzjoni dwar is-​snin li qattaʼ l-​ħabs. Għala kien ġie mitfugħ il-​ħabs?

Villem Vardja kellu responsabbiltajiet fost ix-​Xhieda fil-​Kongregazzjoni taʼ Tartu u iktar tard fil-​Kongregazzjoni t’Otepää fl-​Estonja, li kienet parti mir-​Repubbliki Sovjeti Soċjalisti. Milli jidher, hu tgħallem il-​verità tal-​Bibbja xi żmien qabel it-​Tieni Gwerra Dinjija. Ftit snin wara, fl-​24 taʼ Diċembru, 1948, ir-​reġim Komunist arresta lil Ħuna Vardja minħabba l-​attivitajiet reliġjużi tiegħu. Hu ġie interrogat u trattat ħażin mill-​pulizija sigrieta hekk kif ipprovaw jisforzawh biex jagħtihom l-​ismijiet taʼ sħabu fit-​twemmin. Wara li ma tħalliex jiddefendi lilu nnifsu fil-​qorti, hu ġie sentenzjat għal għaxar snin ħabs f’kampijiet Russi.

Villem Vardja ta prova tal-​lealtà tiegħu lejn Ġeħova sa ma miet fis-​6 taʼ Marzu, 1990. Martu ma kinitx taf li kienet teżisti din il-​ħażna taʼ letteratura. Milli jidher, hu ried jipproteġiha f’każ li tiġi interrogata. Għala kellu jaħbi l-​letteratura? Hu ħbieha minħabba li l-​Kumitat tas-​Sigurtà tal-​Istat Sovjetiku, il-​KGB, spiss u mingħajr mistenni kien ifittex fid-​djar tax-​Xhieda taʼ Ġeħova biex jara jsibx pubblikazzjonijiet reliġjużi. X’aktarx li Ħuna Vardja ħeba l-​letteratura biex ikun żgur li jkun hemm provvista t’ikel spiritwali disponibbli għal sħabu fit-​twemmin f’każ li jittieħed kollox mill-​KGB. Provisti moħbijin oħrajn taʼ letteratura kienu nstabu qabel, fis-​sajf tal-​1990. Waħda minnhom instabet f’Tartu, fin-​Nofsinhar tal-​Estonja. Din ukoll kienet inħbiet minn Villem Vardja.

Għala nsejħulhom teżori dawn id-​dokumenti? Għaliex dawn il-​kopji li ġew miktubin bir-​reqqa u moħbijin b’attenzjoni juru kemm ix-​Xhieda kienu japprezzaw l-​ikel spiritwali li kien disponibbli dak iż-​żmien. (Mt. 24:45) Tapprezzahom int il-​provvedimenti spiritwali li issa tistaʼ tirċievi fil-​lokalità tiegħek? Fosthom hemm It-​Torri tal-​Għassa bl-​Estonjan u b’iktar minn 170 lingwa oħra.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja