LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w12 1/15 p. 3
  • Iva, Din Hi l-Edizzjoni għall-Istudju!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Iva, Din Hi l-Edizzjoni għall-Istudju!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Materjal Simili
  • L-Edizzjoni l-Ġdida għall-Istudju tat-Torri taʼ l-Għassa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Bidliet Eċċitanti fit-Torri taʼ l-Għassa!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Nintroduċu l-Edizzjoni bl-Ingliż Simplifikat
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • It-Torri tal-Għassa Simplifikat Għala Nbeda?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
w12 1/15 p. 3

Iva, Din Hi l-​Edizzjoni għall-​Istudju!

Biddilna d-​dehra tal-​edizzjoni għall-​istudju biex tiġbed iktar l-​għajn u biex tgħinek iktar hekk kif tistudja l-​Kelma tal-​verità prezzjuża taʼ Ġeħova.—Salm 1:2; 119:97.

Ilna erbaʼ snin li bdejna nippubblikaw żewġ edizzjonijiet tat-​Torri tal-​Għassa, waħda għall-​pubbliku u waħda għalina lkoll—ix-​Xhieda taʼ Ġeħova u l-​istudenti tagħna tal-​Bibbja li qed jagħmlu progress.

Rigward l-​edizzjoni għall-​istudju, ħu li ilu jaqdi lil Ġeħova kiteb: ‘Ħassejt li l-​ewwel edizzjoni għall-​istudju kienet meraviljuża u effettwatni profondament. Il-​mod kif l-​edizzjoni għall-​istudju tiddiskuti bid-​dettall il-​veritajiet aktar importanti tal-​Bibbja messli qalbi. Grazzi ħafna għal dan il-​provvediment ġdid tal-​għaġeb.’ Ħu ieħor kiteb: ‘Inħares ’il quddiem biex inqattaʼ ħafna ħin nistudja din l-​edizzjoni, billi nuża wkoll il-​Bibbja bir-​Referenzi tiegħi.’ Aħna nittamaw li int tħossok l-​istess.

Bħalma taf, It-​Torri tal-​Għassa ilu jiġi pubblikat mill-​1879, u dan kien possibbli biss grazzi għall-​ispirtu u l-​barka taʼ Ġeħova. (Żak. 4:6) Matul dawn il-​133 sena, saru diversi bidliet fuq il-​qoxra tar-​rivista. Għall-​2012, fuq il-​qoxra taʼ kull edizzjoni għall-​istudju, artist se jagħmel tpinġija bil-​kulur t’aħwa jippritkaw, u din se tfakkarna fl-​inkarigu tagħna li tana Alla biex nagħtu xhieda bir-​reqqa dwar is-​Saltna taʼ Ġeħova. (Atti 28:23) Fin-​naħa taʼ ġewwa tal-​qoxra, f’paġna 2, se tara r-​ritratt li fuqu tkun ġiet ibbażata t-​tpinġija, flimkien maʼ deskrizzjoni qasira taʼ x’qed jiġri u fejn. Matul is-​sena, dan se jfakkarna lkoll li l-​poplu taʼ Ġeħova qed jipprietka l-​aħbar tajba “fl-​art abitata kollha.”—Mt. 24:14.

Liema bidliet oħrajn saru fir-​rivista? Il-​kaxxa tar-​reviżjoni issa tidher fil-​bidu taʼ kull artiklu għall-​istudju. Dan se jenfasizza l-​punti prinċipali li għandek tfittex hekk kif taqra u tistudja l-​artiklu. M’għandniex xi ngħidu, l-​aħwa li jikkonduċu l-​Istudju tat-​Torri tal-​Għassa għandhom ikomplu jużaw dawn il-​mistoqsijiet biex jirrivedu l-​materjal fl-​aħħar tal-​istudju. Se tinnota li l-​marġni twessaʼ ftit u li n-​numri tal-​paġni u tal-​paragrafi jispikkaw iktar.

Bħalma hu spjegat f’din il-​ħarġa, sensiela ġdida, “Mill-​Arkivji Tagħna,” se tibda tidher biex turi żviluppi sinifikanti fl-​istorja moderna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Ukoll, kultant se jkun hemm esperjenzi veri bit-​titlu “Offrew Lilhom Infushom Minn Rajhom.” Dawn se jiddeskrivu b’mod ħaj il-​ferħ, is-​sodisfazzjon, u l-​hena li aħwa esperjenzaw għax jaqdu fejn hemm bżonn akbar għal proklamaturi tas-​Saltna.

Jalla tgawdi ħafna l-​ħin li tqattaʼ tistudja l-​Kelma t’Alla bl-​għajnuna taʼ din ir-​rivista.

Il-​Pubblikaturi

[Stampa f’paġna 3]

1879

[Stampa f’paġna 3]

1895

[Stampa f’paġna 3]

1931

[Stampa f’paġna 3]

1950

[Stampa f’paġna 3]

1974

[Stampa f’paġna  3]

2008

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja