LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 3/15 p. 29
  • Veru li Ġużeppi Flavju Kitibha?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Veru li Ġużeppi Flavju Kitibha?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Kont Taf?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • It-“Testment il-Ġdid”−Storja jew Ħrafa?
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Ġesù Kristu—Evidenza li Hu Għex Fuq L-Art
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • William Whiston
    Stenbaħ!—2014
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 3/15 p. 29

Veru li Ġużeppi Flavju Kitibha?

Fl-​XX Ktieb tiegħu tal-​Jewish Antiquities, l-​istorjografu tal-​ewwel seklu Ġużeppi Flavju jirreferi għall-​mewt taʼ “Ġakbu, ħu Ġesù li kien jissejjaħ il-​Kristu.” Ħafna studjużi jqisu din id-​dikjarazzjoni bħala awtentika. Madankollu, xi wħud jiddubitaw kemm hi ġenwina stqarrija oħra rigward Ġesù fl-​istess ktieb. Din is-​silta, magħrufa bħala t-​Testimonium Flavianum, tgħid:

“Issa, madwar dan iż-​żmien kien hemm Ġesù, bniedem għaref, jekk nistgħu nsejħulu bniedem, għaliex hu kien jagħmel affarijiet tal-​għaġeb—u ħafna nies kienu jieħdu pjaċir jisimgħuh jgħallem. Hu ġibed lejh ħafna Lhud kif ukoll Ġentili. Kien [il-​]Kristu; u meta Pilatu, bħalma ssuġġerewlu l-​irġiel ewlenin fostna, kien ikkundannah għas-​salib, dawk li kienu ħabbewh mill-​bidu m’abbandunawhx u hu dehrilhom ħaj mill-​ġdid fit-​tielet jum, bħalma l-​profeti t’Alla kienu bassru dawn u għaxart elef ħaġa tal-​għaġeb oħra dwaru; u l-​Kristjani, li ħadu isimhom minn ismu, għadhom magħna sal-​lum.”—Josephus—The Complete Works, tradott minn William Whiston.

Sa minn tmiem is-​seklu sittax, qam dibattitu jaħraq bejn dawk li jemmnu li din is-​silta hi awtentika u dawk li jiddubitaw jekk kitibhiex Ġużeppi Flavju. Serge Bardet, storjografu Franċiż u speċjalista tal-​letteratura klassika, ipprova jsib tarf taʼ dan id-​dibattitu li tant sar komplikat matul l-​aħħar erbaʼ sekli. Hu ppubblika r-​riċerka tiegħu fi ktieb jismu Le Testimonium Flavianum—Examen historique considérations historiographiques (It-​Testimonium Flavianum—Studju Storiku b’Konsiderazzjonijiet Storiċi).

Ġużeppi Flavju ma kienx awtur Kristjan. Kien storjografu Lhudi; b’hekk, ħafna mill-​kontroversja tiffoka fuq l-​istqarrija li Ġesù “hu l-​Kristu.” Wara analisi, Bardet sostna li dan it-​titlu jikkorrispondi “kompletament mal-​użu Grieg taʼ li jingħata l-​artiklu [definit] lill-​ismijiet tan-​nies.” Bardet kompla jgħid li minn perspettiva komuni tal-​Ġudaiżmu u l-​Kristjanità, “l-​użu tat-​terminu Christos minn Ġużeppi Flavju mhux biss huwa possibbiltà,” imma hu dettall li “l-​kritiċi ġeneralment żbaljaw ferm li ma tawx kasu.”

Jistaʼ jkun li iktar tard xi falsifikatur li ried jimita l-​istil taʼ Ġużeppi Flavju żied maʼ din il-​kitba? Bardet eżamina fatti storiċi u l-​kitba nfisha u jemmen li kien ikun impossibbli għal xi ħadd li jimita l-​istil tal-​kitba taʼ Ġużeppi Flavju għax l-​istil taʼ dan kien tant uniku.”

Allura għala dan il-​plejtu kollu? Billi identifika l-​qofol tal-​problema, Bardet qal li kien hemm iżjed studjużi li ddubitaw din is-​silta milli l-​biċċa l-​kbira taʼ siltiet oħrajn antiki għaliex ħafna minnhom ma ridux jemmnu li Ġesù kien il-​Kristu.

Jekk l-​analisi taʼ Bardet tbiddilx l-​opinjoni tal-​istudjużi dwar it-​Testimonium Flavianum għad irridu naraw. Hi kkonvinċiet lil speċjalista magħruf tal-​Ġudaiżmu Ellenistiku u l-​Kristjanità primittiva, Pierre Geoltrain. Għal ħafna żmien kien iqis it-​Testimonium bħala li kien kliem miżjud, saħansitra kien iwaqqaʼ għaċ-​ċajt lil dawk li emmnu fl-​awtentiċità tas-​silta. Iżda biddel l-​opinjoni tiegħu. Hu kkonkluda li l-​ktieb taʼ Bardet hu r-​raġuni għal din il-​bidla. Geoltrain issa ddikjara li “mil-​lum ’il quddiem ħadd m’għandu jażżarda jiddubita li Ġużeppi Flavju kiteb din is-​silta.”

M’għandniex xi ngħidu, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova għandhom raġuni saħansitra iktar konvinċenti biex jaċċettaw li Ġesù hu l-​Kristu—dik misjuba fil-​Bibbja nfisha.—2 Tim. 3:16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja