MISTOQSIJIET DWAR IL-BIBBJA MWEĠBIN
Ġesù Għala Jissejjaħ l-Iben t’Alla?
Alla m’għandux bżonn mara letterali biex ikollu t-tfal minnha għax hu l-Ħallieq tal-ħlejjaq ħajjin kollha. Il-bnedmin ġew maħluqin bil-kapaċità li jimitaw il-kwalitajiet t’Alla. Huwa għalhekk li l-ewwel bniedem li Alla ħalaq, Adam, jissejjaħ “bin Alla.” Bl-istess mod, Ġesù jissejjaħ “l-Iben t’Alla” għaliex ġie maħluq bi kwalitajiet bħal dawk taʼ Missieru.—Aqra Luqa 3:38; Ġwanni 1:14, 49.
Ġesù meta ġie maħluq?
Alla ħalaq lil Ġesù qabel ma ħalaq lil Adam. Infatti, Alla ħalaq lil Ġesù u mbagħad uża lilu biex jagħmel kull ħaġa oħra, inkluż l-anġli. Huwa għalhekk li l-Bibbja lil Ġesù ssejjaħlu “l-ewwel imwieled mill-ħolqien kollu” li ħalaq Alla.—Aqra Kolossin 1:15, 16.
Qabel ma twieled f’Betlehem, Ġesù kien jgħix bħala spirtu fis-sema. Meta wasal il-waqt, Alla ttrasferixxa l-ħajja taʼ Ġesù mis-sema għal ġol-ġuf taʼ Marija sabiex Ġesù setaʼ jitwieled bħala bniedem.—Aqra Luqa 1:30-32; Ġwanni 6:38; 8:23.
Alla għala ried li Ġesù jitwieled fuq l-art bħala bniedem? Ġesù liema rwol speċjali wettaq? Int tistaʼ ssib it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet fil-Bibbja, u dawn se jżidu l-fehma u l-apprezzament tiegħek għal dak li Alla u Ġesù għamlu għalik.