LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 6/15 pp. 3-6
  • “Witti t-triq għal saqajk” biex tagħmel progress

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Witti t-triq għal saqajk” biex tagħmel progress
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ĦEJJI T-​TRIQ BILLI TIEĦU DEĊIŻJONIJIET TAJBIN
  • NEĦĦI L-​OSTAKLI MINN TRIQTEK
  • IBQAʼ FIT-​TRIQ LI TWASSAL GĦAL PROGRESS SPIRITWALI
  • Żgħażagħ, iffokati intom fuq miri spiritwali?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Żgħażagħ, Ftakru Issa fil-Ħallieq Grandjuż Tagħkom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Ħeġġeġ il-Ġiri Wara Miri Spiritwali
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Uża Miri Spiritwali biex Tigglorifika lill-Ħallieq Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 6/15 pp. 3-6
Triq mimlija ostakli

“Witti t-​triq għal saqajk” biex tagħmel progress

META l-​poplu t’Alla telaq minn Babilonja fis-​sena 537 QEK, Ġeħova ħa interess fil-​vjaġġ tagħhom lejn Ġerusalemm. Hu qalilhom: “Naddfu t-​triq tan-​nies. Ħejju, ħejju t-​triq ewlenija. Neħħulha l-​ġebel.” (Is. 62:10) X’għandhom mnejn għamlu biex jobdu dan il-​kmand? Forsi grupp taʼ Lhud marru qabel ħuthom u mlew il-​gandotti tat-​triq u rranġaw fejn kien imħarbat. Żgur li dan l-​isforz għamel il-​vjaġġ lura lejn id-​dar iktar faċli.

Nistgħu nqabblu dan maʼ triq li twassal għal miri spiritwali. Ġeħova jrid li l-​qaddejja kollha tiegħu jimxu f’din it-​triq mingħajr ebda tfixkil bla bżonn. Il-​Kelma tiegħu tħeġġiġna: “Witti t-​triq għal saqajk, u jalla triqatek kollha jkunu stabbiliti fis-​sod.” (Prov. 4:26) Kemm jekk għadek żgħir u kemm jekk mhux daqshekk żgħir, tistaʼ tibbenefika billi ssegwi dan il-​parir.

ĦEJJI T-​TRIQ BILLI TIEĦU DEĊIŻJONIJIET TAJBIN

Il-​Bibbja tgħid: “Is-​sbuħija taʼ l-​irġiel żgħażagħ hija l-​qawwa tagħhom.” (Prov. 20:29) Il-​biċċa l-​kbira taż-​żgħażagħ huma f’saħħithom, enerġetiċi, intelliġenti, u ħerqanin biex jirnexxu fil-​ħajja. L-​adulti spiss jinnotaw l-​abbiltajiet u t-​talenti taż-​żgħażagħ u jittamaw li jkomplu jiżviluppawhom. Iż-​żgħażagħ se jkunu verament ferħanin jekk jużaw l-​abbiltajiet u t-​talenti tagħhom fis-​servizz taʼ Ġeħova.

Imma l-​abbiltajiet taż-​żgħażagħ tagħna huma apprezzati wkoll fid-​dinja. Meta Xhud żagħżugħ imur tajjeb fl-​iskola, l-​għalliema u l-​istudenti sħabu għandhom mnejn jagħmlulu pressjoni biex ikompli jieħu edukazzjoni iktar għolja bħala pass lejn is-​suċċess f’din is-​sistema. Jew żgħażagħ li jmorru tajjeb fl-​isports għandhom mnejn jiġu mħeġġin minn oħrajn biex jagħmlu dan il-​karriera tagħhom. Sibt ruħek f’sitwazzjoni simili, jew taf b’xi ħadd li qed jiffaċċja pressjoni bħal din? X’se jgħin lil Kristjan biex jagħżel bil-​għaqal?

It-​tagħlim tal-​Bibbja jistaʼ jgħin lil dak li jkun biex jipprepara għall-​vjaġġ fl-​aqwa triq tal-​ħajja. Ekkleżjasti 12:1 jgħid: “Ftakar fil-​Ħallieq Grandjuż tiegħek f’jiem żgħożitek.” Int, jew xi ħabib żagħżugħ, kif tistaʼ ‘tiftakar fil-​Ħallieq Grandjuż tiegħek’ bl-​aħjar mod?

Aħseb ftit dwar x’ġara lil Erica fl-​Afrika tal-​Punent. Hu kien iħobb jilgħab il-​futbol. Sakemm għalaq 15-​il sena, Eric kien diġà jilgħab maʼ tim nazzjonali. Hu x’aktarx kien se jkollu l-​opportunità li jingħata l-​aqwa taħriġ fl-​Ewropa, forsi anki jsir plejer professjonali tal-​futbol. Matul dan iż-​żmien, Eric beda jistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova. Kif setaʼ hu ‘jiftakar’ f’Ġeħova? U x’nistgħu nitgħallmu mill-​esperjenza tiegħu?

Mill-​istudju tiegħu tal-​Bibbja, Eric sar jaf li Alla se jsolvi l-​problemi kollha tal-​umanità. B’hekk, hu rrealizza illi li jagħmel ir-​rieda t’Alla kien bil-​wisq iktar importanti mill-​futbol. Allura tgħammed u uża l-​ħin u l-​enerġija tiegħu fis-​servizz taʼ Ġeħova. Eventwalment, hu beda jaqdi bħala qaddej ministerjali fil-​kongregazzjoni. U minflok ingħata taħriġ biex jilgħab il-​futbol b’mod professjonali, iktar tard ingħata taħriġ Kristjan fl-​Iskola tal-​Bibbja Għal Aħwa Rġiel Mhux Miżżewġin.

Li kieku sar plejer professjonali tal-​futbol, Eric għandu mnejn kien isir famuż u għani. Imma hu rrealizza li l-​Bibbja għandha raġun meta tgħid: “L-​affarijiet taʼ valur li għandu l-​għani huma l-​belt b’saħħitha tiegħu, u huma bħal ħajt protettiv fl-​immaġinazzjoni tiegħu.” (Prov. 18:11) Iva, is-​sigurtà li dak li jkun jidher li jkun akkwista bl-​għana fil-​fatt hi illużjoni. Iktar minn hekk, dawk li jipprovaw isiru għonja spiss ‘iferu lilhom infushom b’ħafna weġgħat.’—1 Tim. 6:9, 10.

Ħafna żgħażagħ iħossuhom kuntenti u fis-​sigurtà fis-​servizz fultajm. Eric jgħid: “Jien ingħaqadt maʼ ‘tim’ kbir taʼ qaddejja fultajm taʼ Ġeħova. Dan hu l-​aqwa tim li nistaʼ nkun fih, u nirringrazzja lil Ġeħova talli wrieni l-​unika triq li twassal għall-​kuntentizza u s-​suċċess veru fil-​ħajja.”

Xi ngħidu għalik? Minflok ma tagħmel miri dinjin, għala ma timxix fi triq li tgħinek tgawdi iktar opportunitajiet fis-​servizz taʼ Ġeħova? Tistaʼ tagħmel sforz biex taqdi bħala pijunier?—Ara l-​kaxxa “Kisbet benefiċċji li ma setgħetx tiksibhom l-​università.”

NEĦĦI L-​OSTAKLI MINN TRIQTEK

Waqt li kienu qed iżuru l-​uffiċċju tal-​fergħa tal-​Istati Uniti, koppja ndunaw kemm kienu ferħanin il-​Beteliti li kienu qed jaqdu lil Ġeħova hemmhekk. L-​oħt iktar tard kitbet: “Konna sirna komdi żżejjed fir-​rutina tagħna.” Allura l-​koppja ddeċidew li jużaw il-​ħin u l-​enerġija tagħhom aħjar fis-​servizz taʼ Ġeħova.

Il-​koppja ma kinux jafu minn fejn se jaqbdu jibdew jagħmlu l-​bidliet meħtieġa. Imma darba minnhom ikkunsidraw dak li qal Ġesù fi Ġwanni 8:31: “Jekk tibqgħu fil-​kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi.” Huma rrealizzaw li biex ikunu dixxipli veri taʼ Ġesù, kellhom jagħmlu sagrifiċċji. Huma rraġunaw: “Nagħmlu x’nagħmlu biex nissimplifikaw ħajjitna se jiswielna taʼ ġid.” Huma biegħu d-​dar kbira tagħhom, ħelsu minn affarijiet oħrajn li ma kinux bżonjużi, u marru f’kongregazzjoni li kellha bżonn l-​għajnuna. Issa qed jaqdu bħala pijunieri. Jgħinu wkoll fil-​bini tas-​Swali tas-​Saltna u jaqdu bħala volontieri f’konvenzjonijiet distrettwali. Kif iħossuhom dwar il-​bidliet li għamlu? “Aħna ma stennejniex li se nkunu daqstant ferħanin b’ħajja iktar sempliċi, u dan għax qed nagħmlu eżatt dak li l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova tħeġġiġna biex nagħmlu.”

IBQAʼ FIT-​TRIQ LI TWASSAL GĦAL PROGRESS SPIRITWALI

Salamun kiteb: “Inkwantu għal għajnejk, dawn għandhom iħarsu dritt ’il quddiem, iva, b’għajnejk ileqqu għandek tħares fiss quddiemek.” (Prov. 4:25) Xi jfisser dan? Għandna nibqgħu ffokati fuq it-​triq li se twassalna għal iktar opportunitajiet fis-​servizz taʼ Ġeħova. Għandna nevitaw l-​aljenazzjonijiet li jistgħu jżommuna lura milli nagħmlu miri spiritwali u nilħquhom.

1. Xhieda taʼ Ġeħova qed jużaw żgħożithom biex jilħqu miri spiritwali; 2. Triq li tneħħew l-ostakli minnha

Liema miri spiritwali tistaʼ tagħmel u tilħaq? Li tkun fis-​servizz fultajm ċertament li hi mira tajba. Jew forsi tistaʼ tmur f’kongregazzjoni li għandha territorju kbir imma ftit pubblikaturi. Jekk int ħu, forsi tkun tistaʼ taqdi f’kongregazzjoni li għandha bżonn iktar anzjani u qaddejja ministerjali. Tistaʼ tgħin f’xi mod minn dawn? Għala ma tkellimx lill-​indokratur li jżur il-​kongregazzjonijiet biex tara jekk tistax tkun t’għajnuna? Jekk jinteressak li tmur iktar ’il bogħod, tistaʼ titlob li tingħata informazzjoni dwar kongregazzjonijiet li huma ’l bogħod u li għandhom bżonn l-​għajnuna.b

Issa ejja mmorru lura lejn ix-​xena deskritta f’​Isaija 62:10. Il-​Lhud kellhom bżonn jaslu Ġerusalemm, u għalhekk xi wħud minnhom għandhom mnejn ħadmu iebes ħafna biex iħejju t-​triq. Jekk qed tagħmel l-​almu tiegħek biex tilħaq miri fis-​servizz sagru, taqtax qalbek. Bl-​għajnuna t’Alla, int tistaʼ tilħaq dawn il-​miri. Ibqaʼ itlob lil Ġeħova għall-​għerf hekk kif tipprova tneħħi l-​ostakli minn quddiemek. Eventwalment, x’aktarx li se tara kif hu jistaʼ jgħinek ‘twitti t-​triq għal saqajk.’—Prov. 4:26.

a L-​isem ġie mibdul.

b Ara l-​ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova, paġni 111-​112.

Kisbet benefiċċji li ma setgħetx tiksibhom l-​università

Flavia

META Flavia kienet żgħira, nannitha, li kienet waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova, kienet titkellem magħha dwar il-​Bibbja. Madankollu, missierha kien għalliem u pprova jnaqqax fiha xewqa biex titgħallem dwar in-​natura u tikseb edukazzjoni iktar għolja. Nies oħrajn qalulha, “Il-​ġenerazzjoni tiegħek tistaʼ ssalva l-​pjaneta milli tinqered.” Bl-​appoġġ taʼ missierha, hi marret f’università prestiġjuża u hemmhekk bdiet tagħmel riċerka dwar kif tipproduċi fjuwil nadif.

Flavia malajr indunat li ħafna studenti ma kellhom ebda interess f’li ‘jsalvaw il-​pjaneta.’ Ukoll, xi programmi fl-​università kellhom bżonn fondi mingħand in-​negozji biex iħallsu għar-​riċerka tagħhom, u għalhekk ir-​riċerkaturi kienu jitħajru jiffavorixxu lil dawn in-​negozji. Dan xejn ma kien jogħġobha lil Flavia. Meta marru x-​Xhieda taʼ Ġeħova għandha, hi reġgħet bdiet tinteressa ruħha f’dak li tgħid il-​Bibbja dwar Alla u l-​futur.

Flavia aċċettat il-​verità tal-​Bibbja u tgħammdet. Imma minħabba li kienet qed tistudja l-​università, il-​ħin tagħha biex tipprietka l-​aħbar tajba kien limitat. Darba minnhom semgħet lill-​indokratur li jżur il-​kongregazzjonijiet jiddiskuti Ġakbu 4:17: “Jekk wieħed ikun jaf kif jagħmel dak li hu sewwa u ma jagħmlux, ikun qed jidneb.” Dan qanqal lil Flavia biex taħseb dwar is-​sitwazzjoni tagħha. Hi tgħid: “Waqt li ridt il-​barka taʼ Ġeħova, ridt ukoll is-​sodisfazzjon mill-​karriera tiegħi fix-​xjenza. Kelli nagħżel.”

Flavia ddeċidiet li titlaq mill-​università. Iddispjaċieha li għamlet hekk? Hi tgħid:

“Fis-​servizz taʼ Ġeħova ksibt benefiċċji li ma stajtx niksibhom l-​università. Ġeħova ttrattani tajjeb. Għallimni nkun qalbi tajba, nuri mħabba, u ngħin lil oħrajn spiritwalment. Għandi żwieġ hieni u futur bil-​wisq aħjar minn dak li setgħet toffri x-​xjenza. Ġeħova biss jistaʼ jsalva l-​pjaneta. M’iniex se nagħtih dahri.” Flavia u żewġha jaqdu fil-​kwartieri ġenerali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova fi New York.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja