LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 1/1 p. 3
  • Tħossok qrib ta’ Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tħossok qrib ta’ Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • HUWA POSSIBBLI LI TKUN QRIB TAʼ ALLA
  • M’hemmx mod ta’ ħajja aħjar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Tista’ int verament ‘tersaq qrib lejn Alla’?
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Tikkomunika int m’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Kemm hi reali r-relazzjoni li għandek maʼ Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 1/1 p. 3
Raġel jaħseb dwar Alla

SUĠĠETT PRINĊIPALI | TISTAʼ TKUN QRIB TAʼ ALLA

Tħossok qrib taʼ Alla?

“Meta jkollok relazzjoni mill-​qrib m’Alla tħossok fis-​sigurtà, komplet, u stabbli. Qisu Alla l-​ħin kollu jkun qed ifittex l-​interessi tiegħek.”—CHRISTOPHER, RAĠEL ŻAGĦŻUGĦ FIL-​GHANA.

“Alla jarak meta tkun qalbek maqtugħa għalkollox, u jagħtik iżjed imħabba u attenzjoni milli qatt tistaʼ titlob.”—HANNAH, 13-​IL SENA, L-​ALASKA, L-​ISTATI UNITI TAL-​AMERIKA.

“Li tkun taf li għandek relazzjoni mill-​qrib m’Alla hu l-​iktar sentiment prezzjuż u li jikkalmak!”—GINA, MARA ĠAMAJKANA LI GĦANDHA XI 45 SENA.

Christopher, Hannah, u Gina mhumiex waħedhom. Ħafna nies minn madwar id-​dinja huma konvinti li Alla jqishom bħala l-​ħbieb tiegħu. X’taħseb int? Tħossok qrib taʼ Alla? Jew forsi tixtieq li tkun qrib jew eqreb tiegħu? Forsi taħseb: ‘Huwa verament possibbli għal sempliċi bniedem li jkollu relazzjoni m’Alla li Jistaʼ Kollox? U jekk inhu hekk, kif?’

HUWA POSSIBBLI LI TKUN QRIB TAʼ ALLA

Skont il-​Bibbja, huwa possibbli li jkollok relazzjoni mill-​qrib u personali m’Alla. Il-​Bibbja tgħid li Alla sejjaħ lill-​patrijarka Ebrew Abraham “il-​ħabib tiegħi.” (Isaija 41:8) Innota wkoll l-​istedina kordjali misjuba f’​Ġakbu 4:8: “Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom.” B’hekk jidher ċar li relazzjoni mill-​qrib—ħbiberija—m’Alla hi possibbli. Imma ladarba Alla hu inviżibbli, kif tistaʼ ‘tersaq qrib lejh’ u tgawdi relazzjoni tajba miegħu?

Biex twieġeb dik il-​mistoqsija qis x’jiġri meta tiżviluppa ħbiberija bejn il-​bnedmin. Ġeneralment tibda bi tnejn min-​nies li jsiru jafu isem xulxin. Imbagħad, waqt li jibdew jikkomunikaw bejniethom regolarment, jaqsmu ħsibijiet u sentimenti, il-​ħbiberija bejniethom tikber. U meta jipprovaw jagħmlu affarijiet għal xulxin, ir-​rabta tal-​ħbiberija tagħhom tissaħħaħ. Tiġri xi ħaġa simili meta tiżviluppa relazzjoni mill-​qrib m’Alla. Ejja naraw kif dan hu minnu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja