LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp17 Nru. 6 p. 15
  • Il-Milied għandu jiġi ċċelebrat mill-Kristjani?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Milied għandu jiġi ċċelebrat mill-Kristjani?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Materjal Simili
  • Il-Milied—Għala daqshekk Popolari fil-Ġappun
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Il-Milied Xi Jfisser Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Ix-Xhieda ta’ Ġeħova Għala Ma Jiċċelebrawx il-Milied?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Il-Milied—Għala Saħansitra fl-Orjent?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
wp17 Nru. 6 p. 15

IL-QARREJJA TAGĦNA JISTAQSU . . .

Il-Milied għandu jiġi ċċelebrat mill-Kristjani?

Miljuni taʼ nies madwar id-​dinja jemmnu li l-​Milied huwa ċ-​ċelebrazzjoni tat-​twelid taʼ Ġesù Kristu. Imma qatt ikkunsidrajt jekk dawk l-​aktar qrib taʼ Ġesù, bħall-​appostli u d-​dixxipli tiegħu, kinux jiċċelebraw il-​Milied? U taf x’tgħid il-​Bibbja dwar il-​birthdays? Li nsiru nafu t-​tweġibiet għal dawn il-​mistoqsijiet jistaʼ jgħinna nkunu nafu jekk il-​Milied għandux jiġi ċċelebrat mill-​Kristjani.

L-​ewwel nett, il-​Bibbja mkien ma ssemmi ċ-​ċelebrazzjoni tat-​twelid taʼ Ġesù jew taʼ xi qaddej leali ieħor t’Alla. L-​Iskrittura ssemmi biss żewġ persuni li ċċelebraw għeluq żmienhom. Ħadd minnhom ma kien jaqdi lil Ġeħova, l-​Alla tal-​Bibbja, u fiċ-​ċelebrazzjonijiet taʼ għeluq sninhom ġrat xi ħaġa ħażina. (Ġenesi 40:20; Marku 6:21) Skont l-​Encyclopædia Britannica, il-​Kristjani tal-​bidu kienu kontra “ċ-​ċelebrazzjoni pagana taʼ għeluq is-​snin.”

Ġesù meta twieled?

Il-​Bibbja ma tgħidx eżattament meta twieled Ġesù. Is-​Cyclopedia taʼ McClintock u Strong tgħid: “Il-​ġurnata tat-​twelid taʼ Kristu ma tinstabx fit-​T[estment] il-​Ġ[did] u, jekk niġu f’dan, fl-​ebda sors ieħor.” Kieku Ġesù ried lis-​segwaċi tiegħu jiċċelebraw għeluq sninu, żgur li kien jagħmel ċert li jkunu jafu l-​ġurnata tat-​twelid tiegħu.

It-​tieni, fil-​Bibbja ma nsibu mkien li Ġesù jew xi ħadd mid-​dixxipli tiegħu ċċelebra l-​Milied. Skont in-​New Catholic Encyclopedia, l-​ewwel darba li ssemmiet iċ-​ċelebrazzjoni tal-​Milied kienet “fil-​Chronograph taʼ Philocalus, kalendarju Ruman li s-​sors tal-​informazzjoni tiegħu jmur lura għas-​sena 336 [WK].” Dan kien ħafna wara li tlestiet il-​Bibbja u mijiet taʼ snin wara li Ġesù kien fuq l-​art. Għalhekk, is-​Cyclopedia taʼ McClintock u Strong tinnota li “l-​osservanza tal-​Milied ma ġietx stabbilita minn Alla u lanqas ma oriġinat mit-​T[estment] il-​Ġ[did].”a

Ġesù liema ġrajja qal lid-​dixxipli tiegħu biex jikkommemoraw?

Bħala l-​Għalliem il-​Kbir, Ġesù ta istruzzjonijiet ċari dwar x’għandhom jagħmlu s-​segwaċi tiegħu, u dawn qegħdin miktubin fil-​Bibbja. Madankollu, li jiċċelebraw il-​Milied mhuwiex wieħed minn dawn l-​istruzzjonijiet. Bħalma għalliem fi klassi ma jridx li l-​istudenti tiegħu jmorru lil hinn mill-​istruzzjonijiet li jkun tahom, Ġesù ma jridx li s-​segwaċi tiegħu ‘jmorru lil hinn minn dak li hemm miktub’ fl-​Iskrittura Mqaddsa.—1 Korintin 4:6.

Mill-​banda l-​oħra, hemm ġrajja importanti li l-​Kristjani tal-​bidu kienu familjari ħafna magħha—il-​kommemorazzjoni, jew it-​Tifkira, tal-​mewt taʼ Ġesù. Ġesù nnifsu qal lid-​dixxipli tiegħu meta kellhom jagħmluha u wriehom kif kellha ssir. Dawn l-​istruzzjonijiet speċifiċi, kif ukoll il-​ġurnata tal-​mewt tiegħu, huma mniżżlin fil-​Bibbja.—Luqa 22:7, 19; 1 Korintin 11:25.

Bħalma rajna, il-​Milied huwa ċelebrazzjoni taʼ għeluq is-​snin, u l-​Kristjani tal-​bidu ma kinux jiċċelebrawha din it-​tradizzjoni pagana. Iktar minn hekk, il-​Bibbja mkien ma ssemmi li Ġesù jew xi ħadd ieħor iċċelebra l-​Milied. Meta kkunsidraw dawn il-​fatti, miljuni taʼ Kristjani mad-​dinja kollha waslu għall-​konklużjoni li m’għandhomx jiċċelebraw il-​Milied.

a Għal iktar informazzjoni dwar l-​oriġini taʼ ħafna mit-​tradizzjonijiet tal-​Milied, ara l-​artiklu “Il-​qarrejja tagħna jistaqsu . . . X’inhuma l-​fatti dwar il-​Milied?” fil-​ħarġa tat-​Torri tal-​Għassa taʼ Jannar-​Frar 2015, disponibbli onlajn fuq www.jw.org/mt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja