Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex Tibda Studji tal-Bibbja fl-Ewwel Sibt taʼ Frar
“Nixtiequ nitolbu l-opinjoni tiegħek. X’taħseb li hu l-isem persunali t’Alla? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’naqraw hawnhekk.” Agħti lill-inkwilin It-Torri tal-Għassa taʼ Jannar-Frar, ipponta lejn l-artiklu fuq il-qoxra taʼ wara, u flimkien ikkunsidraw il-materjal taħt l-ewwel sottitlu u minn tal-inqas waħda mill-iskritturi. Offri r-rivisti, u ftiehem biex tmur lura ħalli tiddiskutu l-mistoqsija li jmiss.
It-Torri tal-Għassa Jannar-Frar
“Ħafna nies qed jitkellmu dwar l-aħħar tad-dinja. Taħseb li hi xi ħaġa li għandna nibżgħu minnha l-aħħar tad-dinja? [Agħti ċans għal tweġiba.] Skont dan, se jkun hemm min isalva. [Aqra l-1 Ġwanni 2:17.] Din ir-rivista tagħti t-tweġibiet tal-Bibbja għal erbaʼ mistoqsijiet komuni dwar tmiem id-dinja.”
Stenbaħ! Jannar-Frar
“Xi nies jemmnu li l-Ġenna tinsab fis-sema, filwaqt li oħrajn jaħsbu li se tkun fuq l-art fil-futur. Int x’taħseb? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’tgħid il-Bibbja dwar dan. [Aqra Salm 115:16.] Din ir-rivista tispjega iktar dwar il-wegħda t’Alla taʼ Ġenna tal-art u tispjega wkoll x’tgħid il-Bibbja dwar min se jgħix fil-Ġenna tal-art.” Uri lill-inkwilin l-artiklu f’paġni 14 u 15.