Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fit-28 taʼ Diċembru 2015. Ġiet imniżżla d-data meta kull punt se jiġi diskuss fl-iskola. B’hekk, kull ġimgħa tkun tistaʼ tagħmel riċerka fuq dan il-punt waqt il-preparazzjoni tiegħek għall-iskola.
Ittratta David b’mod aħrax lill-ilsiera, bħalma jaħsbu xi wħud meta jaqraw l-1 Kronaki 20:3? [2 taʼ Nov., w05 2/15 p. 27]
X’qanqal lil David biex juri spirtu ġeneruż, u x’se jqanqalna nagħmlu l-istess? (1 Kron. 22:5) [9 taʼ Nov., w05 10/1 p. 11 para. 7]
David x’ried ifisser meta lil Salamun qallu: “Kun af lill-Alla taʼ missierek”? (1 Kron. 28:9) [16 taʼ Nov., w08 10/15 p. 7 para. 18-19; w05 2/15 p. 19 para. 9]
It-talba taʼ Salamun fit-2 Kronaki 1:10 x’turi dwaru, u x’nistgħu nitgħallmu billi nanalizzaw it-talb personali tagħna lil Ġeħova? (2 Kron. 1:11, 12) [23 taʼ Nov., w05 12/1 p. 19 para. 6]
Skont it-2 Kronaki 6:29, 30, liema abbiltà unika għandu Ġeħova, u għala għandna niftħu qalbna miegħu fit-talb? (Salm 55:22) [30 taʼ Nov., w08 3/15 pp. 12-13 para. 5-6]
Asa fuq liema bażi talab biex jirbaħ kontra forza militari enormi, u dwar xiex nistgħu nkunu ċerti fejn għandha x’taqsam il-gwerra spiritwali tagħna? (2 Kron. 14:11) [7 taʼ Diċ., w12 8/15 p. 8 para. 6–p. 9 para. 1]
Il-mod li bih Ġeħova ttratta man-nuqqasijiet tas-Sultan Ġeħosafat, kif jaċċertana mill-imħabba t’Alla, u dan kif għandu jeffettwa kif inqisu lil oħrajn? (2 Kron. 19:3) [14 taʼ Diċ., w03 7/1 p. 17 para. 13; cl p. 245 para. 12]
Għala hemm bżonn li ‘nieħdu postna’ u ma ‘niċċaqalqux’ fi żmienna, u kif nistgħu nagħmlu dan? (2 Kron. 20:17) [21 taʼ Diċ., w05 12/1 p. 21 para. 2; w03 6/1 p. 21 para. 15-16]
Liema tfakkira għaqlija nieħdu mit-2 Kronaki 21:20 li għandha x’taqsam mal-mewt taʼ Ġeħoram? [21 taʼ Diċ., w98 11/15 p. 32 para. 4]
Skont it-2 Kronaki 26:5, min kellu influwenza mill-aqwa fuq iż-żagħżugħ Użżija, u llum iż-żgħażagħ kif jibbenefikaw minn Kristjani maturi fil-kongregazzjoni? [28 taʼ Diċ., w07 12/15 p. 10 para. 2, 4]