LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w24 Ġunju pp. 14-18
  • Ġeħova Semaʼ t-Talb Tiegħi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġeħova Semaʼ t-Talb Tiegħi
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ŻJARA LI BIDLITLI ĦAJTI
  • IL-ĦAJJA FI ŻMIEN IL-GWERRA
  • ESPERJENZI LI GĦENUNI NERSAQ QRIB TAʼ ĠEĦOVA
  • IS-SERVIZZ FULL-TIME
  • NIDDEFENDI D-DRITTIJIET TAX-XHIEDA TAʼ ĠEĦOVA
  • JIŻDIED IX-XOGĦOL TAS-SALTNA F’KUBA
  • NGĦINU LILL-AĦWA FIR-RWANDA
  • DETERMINAT LI NIBQAʼ LEALI
  • “It-Tjieba Tiegħek Aħjar mill-Ħajja”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Għażliet Tajbin Ġabuli Barkiet Tul Ħajti Kollha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ħadt Pjaċir Nitgħallem u Ngħallem Dwar Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Il-ministeru fultajm—⁠Fejn wassalni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
w24 Ġunju pp. 14-18
Marcel Gillet fl-uffiċċju tiegħu fil-fergħa tal-Belġju.

BIJOGRAFIJA

Ġeħova Semaʼ t-Talb Tiegħi

KIF RAKKONTATA MINN MARCEL GILLET

META kelli 10 snin, tlabt lil Ġeħova għall-ewwel darba. Niftakar li billejl inżilt għarkopptejja, ħarist lejn is-sema, u għedtlu l-affarijiet kollha li kienu qed jinkwetawni. Kont għadni kif tgħallimt dwar Ġeħova u dik kienet il-bidu tal-ħbiberija tiegħi maʼ “Semmiegħ it-talb.” (Salm 65:2) Ħa ngħidilkom għala tlabt lil Alla li kont għadni kif sirt naf dwaru.

ŻJARA LI BIDLITLI ĦAJTI

Jien twilidt fit-22 taʼ Diċembru 1929 ġo villaġġ żgħir jismu Noville, il-Belġju. Aħna konna ngħixu f’razzett u kelli trobbija sabiħa. Jien u ħija Raymond konna nieħdu ħsieb il-baqar u l-għelieqi. Fil-villaġġ fejn konna ngħixu kulħadd kien jirrispetta u jgħin lil xulxin.

Fir-razzett naħdem mal-familja

Ommi u missieri, Alice u Emile, kienu Kattoliċi u kull nhar taʼ Ħadd kienu jmorru l-knisja. Imma darba fl-1939 ġew żewġ pijunieri mill-Ingilterra u qalu lil missieri li kull xahar jistaʼ jirċievi bil-posta r-rivista Consolation (illum jisimha Stenbaħ!). Missieri mill-ewwel induna li din kienet il-verità u beda jaqra l-Bibbja. Meta waqaf imur il-knisja, in-nies tal-villaġġ ma baqgħux jirrispettawh. Huma kienu jagħmlulu pressjoni kbira biex jibqaʼ jmur il-knisja u minħabba f’hekk kellhom ħafna argumenti.

Kont vera niddejjaq meta nara lil missieri jiġi ttrattat ħażin. Għalhekk tlabt it-talba li semmejt fil-bidu biex Alla jgħin lil missieri. Meta n-nies waqfu jagħmlu pressjoni lil missieri, kont vera ferħan u sirt ċert li Ġeħova hu “Semmiegħ it-talb.”

IL-ĦAJJA FI ŻMIEN IL-GWERRA

Fl-10 taʼ Mejju 1940, il-Ġermanja attakkat il-Belġju, u minħabba f’hekk ħarbu ħafna nies. Il-familja tiegħi ħarbu lejn Franza. Imma aħna u sejrin hemm, iltqajna maʼ ħafna perikli minħabba l-gwerra bejn Franza u l-Ġermanja.

Meta rġajna morna r-razzett, indunajna li kienu serqulna ħafna affarijiet. Imma Bobbie, il-kelb tagħna, kien għadu jistenniena. Dak li għaddejna minnu ġegħelni naħseb, ‘Għala hawn il-gwerer u t-tbatija?’

Marcel meta kien żagħżugħ.

Meta kont żagħżugħ sirt iktar ħabib taʼ Ġeħova

Ħuna Emile Schrantz,a li kien anzjan u pijunier, kien jiġi d-dar u jinkuraġġina ħafna. Hu għenni nifhem mill-Bibbja għala hawn it-tbatija u wieġeb mistoqsijiet oħrajn li kelli. B’hekk sirt ħabib taʼ Ġeħova u sirt konvint li Alla hu mħabba.

Aħna konna nieħdu pjaċir inqattgħu l-ħin mal-aħwa anki qabel ma spiċċat il-gwerra. Imbagħad f’Awwissu tal-1943, ġie Ħuna José-Nicolas Minet fir-razzett tagħna biex jagħti taħdita. Hu staqsa, “Min jixtieq jitgħammed?” Jien u missieri għollejna jdejna u tgħammidna fi xmara viċin.

F’Diċembru tal-1944, il-Ġermanja għamlet wieħed mill-aħħar attakki tagħha fil-gwerra magħruf bħala Battle of the Bulge. Aħna konna ngħixu viċin u allura għamilna madwar xahar ngħixu fil-kantina. Darba ħriġt biex nitmaʼ l-annimali, u kif kont barra l-bombi laqtu r-razzett u waqaʼ s-saqaf. Dak il-ħin kien hemm suldat Amerikan u beda jgħajjat, “Inżel mal-art!” Jien mort niġri ħdejh u hu qabad il-helmet tiegħu u poġġieha fuq rasi biex jipproteġini.

ESPERJENZI LI GĦENUNI NERSAQ QRIB TAʼ ĠEĦOVA

Meta żżewwiġna

Wara l-gwerra, kellna kuntatt tajjeb maʼ kongregazzjoni f’Liège xi 90 kilometru ’l bogħod. Maż-żmien irnexxielna nibdew grupp f’Bastogne. Jien bdejt naħdem f’uffiċċju tat-taxxa u fl-istess ħin kont nistudja l-liġi. Imbagħad sibt xogħol f’uffiċċju tal-gvern. Fl-1951 kellna l-ewwel assemblea tas-circuit f’Bastogne u konna xi 100 ruħ. Hemmhekk iltqajt maʼ pijuniera jisimha Elly Reuter. Hi kienet toqgħod 50 kilometru ’l bogħod u ġiet l-assemblea bir-rota. Maż-żmien sirna nħobbu lil xulxin u ddeċidejna li niżżewġu. Dak iż-żmien, lil Elly kienu stidnuha biex tmur l-Iskola taʼ Gilegħad fl-Istati Uniti. Hi kitbet ittra lill-kwartieri ġenerali biex tispjega għala ma setgħetx tmur. Ħuna Knorr weġibha lura u qalilha li xi darba forsi jkollha ċ-ċans li tmur mar-raġel tagħha. Aħna żżewwiġna fi Frar tal-1953.

Elly u t-tifel tagħna Serge

Dik is-sena, jien u Elly morna n-New World Society Assembly li saret fil-Yankee Stadium fi New York. Meta konna hemm, iltqajt maʼ ħu li offrieli xogħol tajjeb l-Amerika. Jien u Elly tlabna lil Ġeħova dwarha u m’aċċettajniex. Minflok iddeċidejna li nerġgħu mmorru l-Belġju u nkomplu ngħinu lill-grupp żgħir li konna fih f’Bastogne. Sena wara kellna tifel u semmejnieh Serge. Imma wara sebaʼ xhur, Serge marad u miet. Aħna konna niftħu qalbna maʼ Ġeħova u ngħidulu kemm konna mdejqin. Imma meta konna naħsbu dwar l-irxoxt għenna ħafna.

IS-SERVIZZ FULL-TIME

F’Ottubru tal-1961, sibt xogħol part-time u stajt nibda naqdi bħala pijunier. Imma dakinhar stess ċempluli mill-fergħa tal-Belġju u staqsewni jekk stajtx nibda naqdi bħala indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet. Jien għedtilhom, “Nistgħu naqdu għal ftit żmien bħala pijunieri qabel?” Huma aċċettaw. Imbagħad wara li għamilna tmien xhur naqdu bħala pijunieri, f’Settembru tal-1962 bdejna fix-xogħol tas-circuit.

Wara sentejn fix-xogħol tas-circuit stidnuna nidħlu l-Betel taʼ Brussell u bdejna f’Ottubru tal-1964. Meta konna Betel kellna ħafna barkiet. Fl-1965, Ħuna Knorr ġie Betel u qaluli biex nibda naqdi bħala l-qaddej tal-fergħa. Imbagħad ġejna mistidnin biex immorru l-41 klassi taʼ Gilegħad u b’hekk dak li qal Ħuna Knorr lil Elly 13-il sena qabel ġara. Wara rġajna morna l-Betel tal-Belġju.

NIDDEFENDI D-DRITTIJIET TAX-XHIEDA TAʼ ĠEĦOVA

Jien kelli ċ-ċans li nuża dak li studjajt fil-liġi biex niddefendi d-drittijiet li għandhom l-aħwa fl-Ewropa u f’pajjiżi oħra biex jaqdu lil Ġeħova. (Flp. 1:7) Minħabba dan ix-xogħol, jien iltqajt maʼ uffiċjali tal-gvern t’iżjed minn 55 pajjiż fejn ix-xogħol tagħna ma setax isir. Minflok ma kont nurihom kemm kelli esperjenza fil-liġi, kont nibda billi ngħidilhom li jien raġel li naqdi lil Alla. Dejjem kont nitlob lil Ġeħova għall-għajnuna għax naf li “qalb taʼ re [jew imħallef] hi bħal nixxigħat tal-ilma f’idejn Ġeħova. Hu jidderiġiha fejn irid.”—Prov. 21:1.

Għadni niftakar diskussjoni li kelli maʼ membru tal-parlament Ewropew. Kont ilni nipprova nkellmu u fl-aħħar aċċetta. Hu qalli, “Għandek 5 minuti.” Jien mill-ewwel baxxejt rasi u bdejt nitlob. Hu staqsieni x’kont qed nagħmel u jien għedtlu, “Kont qed nirringrazzja lil Alla għax int qaddej tiegħu.” Hu staqsieni, “X’jiġifieri?” Għalhekk qrajtlu Rumani 13:4 u hu ħa pjaċir peress li kien Protestant u jirrispetta l-Bibbja. Minħabba f’hekk domna nitkellmu nofs siegħa u rnexxielna naqblu. Hu qalli wkoll li jirrispetta x-xogħol li nagħmlu.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova fl-Ewropa ġġieldu ħafna kawżi dwar in-newtralità, il-kustodja tat-tfal, taxxi, u affarijiet oħra. Vera kienet xi ħaġa tal-għaġeb meta rajt kif Ġeħova kien magħna u għenna nirbħu. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova rebħu iktar minn 140 każ fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

JIŻDIED IX-XOGĦOL TAS-SALTNA F’KUBA

Iktar tard jien ħdimt maʼ Ħuna Philip Brumley, mill-kwartieri ġenerali, u Ħuna Valter Farneti, mill-Italja. Aħna ħdimna biex l-aħwa f’Kuba jkunu jistgħu jaqdu lil Ġeħova mingħajr problemi għax kien hemm xi restrizzjonijiet. Jien ktibt ittra lill-ambaxxata taʼ Kuba fil-Belġju u ltqajt maʼ uffiċjal li kellu jieħu ħsieb il-każ tagħna. Il-gvern kien għamel ir-restrizzjonijiet għax ma kienx fehem ix-xogħol li nagħmlu. Imma fl-ewwel laqgħat li kellna ma rnexxilniex nirranġaw l-affarijiet.

Maʼ Philip Brumley u Valter Farneti f’Kuba

Wara li tlabna lil Ġeħova biex jgħinna, aħna staqsejna għal permess biex nibagħtu 5,000 Bibbja Kuba. Peress li l-Bibbji waslu u ġew imqassmin lill-aħwa, aħna ħassejna li Ġeħova kien qiegħed magħna. Minħabba f’hekk, staqsejna biex nibagħtu 27,500 Bibbja oħra u huma aċċettaw. Vera kont ferħan li stajna ngħinu lill-aħwa f’Kuba biex ikollhom Bibbja.

Jien mort Kuba ħafna drabi biex ngħin fix-xogħol legali għall-organizzazzjoni. Minħabba f’hekk, irnexxieli nibni komunikazzjoni tajba maʼ ħafna uffiċjali tal-gvern.

NGĦINU LILL-AĦWA FIR-RWANDA

Fl-1994, fir-Rwanda nqatlu iktar minn 1,000,000 persuna mit-tribu tat-Tutsi. B’dispjaċir kien hemm xi aħwa li wkoll mietu. Grupp t’aħwa mill-ewwel ġew assenjati biex jgħinu u jagħtu lill-aħwa dak li kellhom bżonn.

Meta wasalna Kigali, il-ħitan tal-uffiċċju tat-traduzzjoni u tal-letteratura kien mimli toqob tal-bullets. Smajna ħafna stejjer koroh taʼ aħwa li nqatlu bi skieken kbar. Imma qalulna wkoll dwar kemm l-aħwa kienu jħobbu lil xulxin. Pereżempju ltqajna maʼ ħu mit-tribù tat-Tutsi. Familja mit-tribù tal-Hutu ħbewh ġo toqba taħt l-art u ħadu ħsiebu għal 28 ġurnata. F’laqgħa li għamilna Kigali pprovajna ninkuraġġixxu lil iktar minn 900 ħu u oħt.

Grupp taʼ stampi: 1. Ktieb li ntlaqat b’bullet. 2. Marcel u żewġ aħwa ħdejn kaxxi li fihom affarijiet biex jagħtu lill-aħwa.

Xellug: Ktieb li ntlaqat b’bullet fl-uffiċċju tat-traduzzjoni

Lemin: Ngħinu lill-aħwa biex intuhom li kellhom bżonn

Wara morna r-Repubblika Demokratika tal-Kongo biex infittxu lill-aħwa li kienu ħarbu fil-belt taʼ Goma. Ma stajniex insibuhom allura tlabna lil Ġeħova biex jgħinna. Imbagħad rajna lil xi ħadd miexi lejna u staqsejnieh jekk kienx jaf lil xi Xhieda taʼ Ġeħova. Hu qalilna, “Iva, jien Xhud. Nistaʼ niħodkom ħdejn il-kumitat li qed jieħu ħsieb lill-aħwa.” Wara laqgħa inkuraġġanti li kellna mal-kumitat iltqajna maʼ 1,600 refuġjat u inkuraġġejniehom permezz tal-Bibbja. L-aħwa vera ferħu meta qrajna ittra mill-Ġemgħa li Tiggverna. Parti minnha kienet tgħid: “Qed nitolbu ħafna għalikom u nafu li Ġeħova mhux se jitlaqkom.” Dak li qalet il-Ġemgħa li Tiggverna kien vera għax illum hemm iktar minn 30,000 Xhud fir-Rwanda.

DETERMINAT LI NIBQAʼ LEALI

Wara 58 sena miżżewġin, il-mara tiegħi Elly mietet fl-2011. Jien għedt lil Ġeħova kemm kont imdejjaq, u hu inkuraġġieni. Kont inħossni aħjar ukoll meta kont nitkellem man-nies dwar l-aħbar tajba.

Avolja għandi iżjed minn 90 sena, jien immur fuq is-service kull ġimgħa. Nieħu pjaċir ngħin fid-Dipartiment Legali fil-fergħa tal-Belġju, naqsam l-esperjenza tiegħi m’oħrajn, u ninkuraġġixxi lil Beteliti żgħażagħ.

L-ewwel darba li tlabt lil Ġeħova kien 84 sena ilu u dik kienet il-bidu taʼ ħbiberija sabiħa li għadni nibni sal-lum. Jien vera ferħan li fil-ħajja tiegħi Ġeħova dejjem semaʼ talbi.—Salm 66:19.b

a Il-bijografija taʼ Ħuna Schrantz qiegħda f’​It-Torri tal-Għassa bl-Ingliż tal-15 taʼ Settembru 1973, pp. 570-574.

b Meta kien qed jitlesta dan l-artiklu, Ħuna Marcel Gillet raqad fil-mewt fl-4 taʼ Frar 2023.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja