LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 4/15 p. 32
  • Siġra li ġiet maqtugħa tistaʼ terġaʼ tikber?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Siġra li ġiet maqtugħa tistaʼ terġaʼ tikber?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • Siġra taż-Żebbuġ li Tħaddar fid-Dar t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Ġob kellu fiduċja fl-irxoxt
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • ‘O Kemm Hu Profond l-Għerf t’Alla!’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 4/15 p. 32
Siġra li ġiet maqtugħa terġaʼ tikber

Siġra li ġiet maqtugħa tistaʼ terġaʼ tikber?

SIĠRA taż-​żebbuġ li hi mgħawġa taf ma tantx tidher impressjonanti meta mqabbla maʼ siġra mill-​isbaħ taċ-​ċedru tal-​Libanu. Imma s-​siġar taż-​żebbuġ għandhom l-​abbiltà tal-​għaġeb li jibqgħu jgħixu minkejja kundizzjonijiet diffiċli. Xi ftit minnhom ilhom ħajjin iktar minn 1,000 sena. L-​għeruq tas-​siġra taż-​żebbuġ jinżlu ’l isfel fil-​fond tal-​ħamrija, u s-​siġra tistaʼ terġaʼ tikber anke jekk iz-​zokk jitqaċċat. Jekk l-​għeruq għadhom ħajjin, mela tistaʼ terġaʼ tikber.

Ir-​raġel leali Ġob kien fiduċjuż li anke jekk imut, kien se jerġaʼ jgħix. (Ġob 14:13-​15) Hu uża l-​eżempju taʼ siġra, jistaʼ jkun is-​siġra taż-​żebbuġ, biex juri kemm kien fiduċjuż fl-​abbiltà t’Alla li jirxoxtah. Ġob qal: “Hemm tama saħansitra għal siġra. Jekk tinqataʼ, terġaʼ tarmi.” Meta tagħmel ix-​xita wara żmien taʼ nixfa, iz-​zokk niexef tas-​siġra taż-​żebbuġ jistaʼ jerġaʼ jieħu l-​ħajja u jipproduċi “fergħa bħal xitla ġdida.”—Ġob 14:7-​9.

Bħalma bidwi jkun ħerqan li jara siġra taż-​żebbuġ li ġiet maqtugħa terġaʼ tikber, hekk ukoll Alla Ġeħova hu ħerqan li jirxoxta lill-​qaddejja tiegħu u lil ħafna wħud oħra. (Mattew 22:31, 32; Ġwanni 5:28, 29; Atti 24:15) Immaġina ftit kemm se nifirħu meta nilqgħu lura l-​mejtin u nerġgħu narawhom ħajjin magħna!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja