Levitiku
1 U Ġeħova sejjaħ* lil Mosè u kellmu mit-tinda tal-laqgħa+ u qallu: 2 “Kellem lil ulied Israel,+ u għidilhom, ‘Jekk xi raġel minnkom jippreżenta offerta lil Ġeħova mill-annimali domestiċi, għandkom tippreżentaw l-offerta tagħkom mill-imrieħel tal-baqar u tan-nagħaġ.
3 “‘Jekk l-offerta tiegħu tkun offerta tal-ħruq+ mill-baqar, għandu jippreżenta raġel, bla difett.+ Għandu jippreżentah minn jeddu quddiem Ġeħova+ fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa. 4 U jrid iqiegħed idu fuq ras l-offerta tal-ħruq, u din tkunlu milqugħa+ biex issir tpattija għalih.+
5 “‘Imbagħad il-barri ż-żgħir irid jinqatel quddiem Ġeħova; u wlied Aron, il-qassisin,+ jippreżentaw id-demm u jroxxu d-demm dawramejt fuq l-artal,+ li qiegħed fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa. 6 U l-offerta tal-ħruq trid titqaxxar u tinqataʼ kull parti għaliha.+ 7 U wlied Aron, il-qassisin, ipoġġu n-nar fuq l-artal+ u jirranġaw il-ħatab fuq in-nar.+ 8 U jirranġaw il-bċejjeċ,+ ir-ras, u x-xaħam tal-kilwa fuq il-ħatab li qiegħed fuq in-nar taʼ fuq l-artal. 9 U msarnu+ u riġlejh* jinħaslu bl-ilma; u l-qassis jaħarqu* kollu kemm hu fuq l-artal bħala offerta tal-ħruq, offerta magħmula bin-nar, b’riħa pjaċevoli* lil Ġeħova.+
10 “‘U jekk l-offerta tiegħu għal offerta tal-ħruq tkun mill-merħla,+ mill-imtaten żgħar jew mill-mogħoż,+ għandu jippreżenta raġel, bla difett.+ 11 U dan għandu jinqatel fil-ġenb taʼ l-artal lejn it-tramuntana quddiem Ġeħova, u wlied Aron, il-qassisin, iridu jroxxu demmu dawramejt fuq l-artal.+ 12 U hu jrid iqattgħu kull parti għaliha u rasu u x-xaħam tal-kilwa tiegħu, u l-qassis irid jirranġahom fuq il-ħatab li qiegħed fuq in-nar taʼ fuq l-artal.+ 13 U jaħsel l-imsaren+ u r-riġlejn+ bl-ilma; u l-qassis irid jippreżentah kollu kemm hu u jaħarqu+ fuq l-artal. Din hi offerta tal-ħruq, offerta magħmula bin-nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova.+
14 “‘Madankollu, jekk l-offerta tiegħu bħala offerta tal-ħruq lil Ġeħova tkun mit-tjur, irid jippreżenta l-offerta tiegħu mill-gamiem+ jew mill-bċieċen.+ 15 U l-qassis irid jippreżentaha fuq l-artal u jaqtgħalha+ rasha u jaħraqha fuq l-artal, imma demmha jrid jiġi mċarċar fil-ġenb taʼ l-artal. 16 U jneħħilha l-ħawsla bir-rix tagħha u jixħitha maġenb l-artal, lejn il-lvant, fil-post taʼ l-irmied bix-xaħam* fuqu.+ 17 U jiksrilha ġwinħajha. M’għandux jaqsamha.+ Imbagħad il-qassis irid jaħraqha fuq l-artal fuq il-ħatab li qiegħed fuq in-nar. Din hi offerta tal-ħruq,+ offerta magħmula bin-nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova.+