Ġeremija
1 Il-kliem taʼ Ġeremija+ bin Ħilkija, wieħed mill-qassisin li kienu f’Għanatot+ fl-art taʼ Benjamin;+ 2 li l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandu fi żmien Ġosija+ bin Amon,+ is-sultan taʼ Ġuda, fis-sena tlettax tar-renju tiegħu.+ 3 U baqgħet tiġi għandu fi żmien Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-sultan taʼ Ġuda, sa tmiem is-sena ħdax taʼ Sedekija+ bin Ġosija, is-sultan taʼ Ġuda, sakemm Ġerusalemm ittieħdet fl-eżilju fil-ħames xahar.+
4 U l-kelma taʼ Ġeħova bdiet ġejja għandi, tgħid: 5 “Qabel ma kont qed nifformak fiż-żaqq+ kont nafek,+ u qabel ma ħriġt mill-ġuf qaddistek.+ Profeta għall-ġnus għamiltek.”
6 Imma jien għedt: “Jaħasra, O Mulej Sovran Ġeħova! Jien ma nafx nitkellem,+ għax m’iniex ħlief naqra taʼ tifel.”+
7 U Ġeħova kompla jgħidli: “Tgħidx, ‘M’iniex ħlief naqra taʼ tifel.’ Imma mur għand kulmin se nibagħtek; u tkellem kulma nikkmandak.+ 8 Tibżax minħabba wiċċhom,+ għax ‘jien miegħek biex neħilsek,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.”
9 Imbagħad Ġeħova ħareġ idu u messha maʼ ħalqi.+ U Ġeħova qalli: “Jien poġġejtlek kliemi f’fommok.+ 10 Ara, illum qabbadtek tkun fuq il-ġnus u fuq is-saltniet,+ sabiex taqlaʼ u twaqqaʼ u teqred u ġġarraf,+ sabiex tibni u tħawwel.”+
11 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: “X’qed tara Ġeremija?”
Għalhekk, għedt: “Qed nara rimja taʼ siġra tal-lewż.”
12 U Ġeħova kompla jgħidli: “Rajt tajjeb, għax jien qed nibqaʼ mqajjem minħabba kelmti sabiex inwettaqha.”+
13 U l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi għat-tieni darba, tgħid: “X’qed tara?”
Għalhekk, għedt: “Qed nara borma kbira li qed irewħulha, u wiċċha jħares lil hinn mit-tramuntana.”
14 Għal dan, Ġeħova qalli: “Mit-tramuntana se jintreħa l-gwaj għal fuq l-abitanti kollha tal-pajjiż.+ 15 Għax ‘ara, jien qed insejjaħ lill-familji kollha tas-saltniet tat-tramuntana,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova;+ ‘u se jiġu, u jqiegħed kull wieħed minnhom it-tron tiegħu fid-daħla tal-bibien taʼ Ġerusalemm,+ u quddiem is-swar kollha tagħha dawramejt u quddiem il-bliet kollha taʼ Ġuda.+ 16 U ngħidilhom il-ġudizzji tiegħi għall-ħażen kollu tagħhom,+ talli telquni+ u jibqgħu joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji lil allat oħrajn+ u jmilu quddiem xogħol idejhom stess.’+
17 “U int, min-naħa tiegħek, ħażżem ġenbejk,+ u itlaʼ u għidilhom kulma nikkmandak jien. Titwerwirx minħabba fihom,+ sabiex jien ma nwerwrekx quddiemhom. 18 Imma jien, illum għamiltek belt fortifikata u pilastru tal-ħadid u sur tar-ram aħmar+ kontra l-pajjiż kollu,+ is-slaten taʼ Ġuda, il-prinċpijiet tiegħu, il-qassisin tiegħu u n-nies tal-pajjiż.+ 19 U dawn jiġġieldu kontrik imma ma jegħlbukx,+ għax ‘jien miegħek,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘biex neħilsek.’”+