LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Eżodu 34:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 U Ġeħova għadda minn quddiem wiċċu u ddikjara: “Ġeħova, Ġeħova, Alla ħanin+ u grazzjuż,+ bil-​mod biex jirrabja+ u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba+ u l-​verità,+

  • Dewteronomju 30:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 Ġeħova Alla tiegħek iġib lura lill-​imjassrin tiegħek+ u jħenn għalik+ u jerġaʼ jiġbrok minn fost il-​popli kollha li Ġeħova Alla tiegħek ikun xerrdek fihom.+

  • 2 Kronaki 30:9
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 9 Għax meta terġgħu lura+ lejn Ġeħova, ħutkom u wliedkom jintwerew ħniena+ minn dawk li qabduhom, u jitħallew jiġu lura lejn din l-​art;+ għax Ġeħova Alla tagħkom hu grazzjuż+ u ħanin,+ u ma jdawwarx wiċċu lil hinn minnkom jekk terġgħu lura lejh.”+

  • Neħemija 9:31
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 31 U fil-​ħniena abbundanti tiegħek ma qridthomx għalkollox+ u ma tlaqthomx;+ għax int Alla grazzjuż+ u mimli ħniena.+

  • Salm 86:15
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 15 Imma int, O Ġeħova, int Alla ħanin u grazzjuż,+

      Bil-​mod biex tirrabja+ u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​verità.+

  • Isaija 54:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 “Għal ftit biss tlaqtek għalkollox,+ imma se nerġaʼ niġbrok flimkien bi ħniniet kbar.+

  • Isaija 55:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 Ħalli l-​ħażin jerħi triqtu,+ u dak li jagħmel il-​ħsara jerħi ħsibijietu;+ u ħa jerġaʼ lura lejn Ġeħova, li jkollu ħniena minnu,+ u lejn Alla tagħna, għax hu jaħfer bil-​kbir.+

  • 2 Korintin 1:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 Ikun imbierek Alla u Missier+ il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, il-​Missier taʼ kull ħniena tenera+ u l-​Alla taʼ kull faraġ,+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja