LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġożwè 13:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 (mill-fergħa tan-​Nil li tinsab quddiem l-​Eġittu sal-​fruntiera t’Għekron lejn it-​tramuntana,+ it-​territorju kien jitqies tal-​Kangħanin);+ ħames sidien alleati+ tal-​Filistin, il-​Gażin+ u l-​Asdodin,+ l-​Askelonin,+ il-​Gittin+ u l-​Għekronin;+ u l-​Għawwin.+

  • Imħallfin 3:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 Il-ħames sidien alleati+ tal-​Filistin,+ u l-​Kangħanin kollha,+ kif ukoll is-​Sidonin+ u l-​Ħiwwin+ li joqogħdu fuq il-​Muntanja Libanu,+ mill-​Muntanja Bagħal-ħermon+ sad-​daħla taʼ Ħamat.+

  • Imħallfin 16:5
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 5 U s-​sidien alleati+ tal-​Filistin telgħu għandha u qalulha: “Qarraq+ bih u ara fiex qiegħda s-​saħħa kbira tiegħu u kif nistgħu negħlbuh u biex nistgħu nkunu ċerti li norbtuh ħalli rrażżnuh; u kull wieħed minna jagħtik elf u mitt biċċa tal-​fidda.”+

  • Imħallfin 16:30
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 30 U Sansun qal: “Ħa tmut ruħi+ mal-​Filistin.” Imbagħad intlewa bis-​saħħa, u d-​dar waqgħet fuq is-​sidien alleati u fuq in-​nies kollha li kienu fiha,+ u b’hekk il-​mejtin li qatel f’mewtu kienu iktar milli qatel f’ħajtu.+

  • 1 Samwel 5:8
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 8 Għaldaqstant, dawn bagħtu u ġabru għandhom is-​sidien alleati kollha tal-​Filistin u qalulhom: “X’nagħmlu biha l-​arka taʼ l-​Alla taʼ Israel?” Fl-​aħħar qalulhom: “Ħa tittieħed lejn Gat+ l-​arka taʼ l-​Alla taʼ Israel.” Għalhekk, ħadu l-​arka taʼ l-​Alla taʼ Israel hemmhekk.

  • 1 Samwel 6:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 4 Għal dan, qalulhom: “X’inhi l-​offerta għall-​ħtija li għandna rroddulu?” Imbagħad wiġbuhom: “Skond l-​għadd tas-​sidien alleati+ tal-​Filistin, ħames murliti tad-​deheb u ħames ġrieden tad-​deżert tad-​deheb, għax kull wieħed minnkom u mis-​sidien alleati tagħkom għandu l-​istess flaġell.

  • 1 Samwel 29:2
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 2 U s-​sidien alleati+ tal-​Filistin kienu għaddejjin bil-​mijiet u bl-​eluf, u David u l-​irġiel tiegħu kienu mexjin wara m’Akis.+

  • 1 Kronaki 12:19
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 19 U kien hemm xi wħud minn Manasse li marru maʼ David meta mar mal-​Filistin+ għall-​battalja kontra Sawl; imma hu m’għenhomx, għax bi ftehim is-​sidien alleati+ tal-​Filistin bagħtuh, għax qalu: “Inkunu qed nissograw irjusna jekk imur maʼ sidu Sawl.”+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja