22 U ġara li fil-jum tal-battalja ma nstab ebda sejf+ jew lanza f’id xi ħadd min-nies li kienu maʼ Sawl u maʼ Ġonatan; imma Sawl+ u ibnu Ġonatan biss kellhom l-armi.
49 U wlied Sawl kienu Ġonatan,+ Iswi, u Malki-sugħa,+ u, dwar l-ismijiet taż-żewġt ibniet tiegħu, dik li twieldet l-ewwel kien jisimha Merab+ u ż-żgħira kien jisimha Mikal.+
4 U David issokta jgħidlu: “Kif spiċċat il-kwistjoni? Għidli, jekk jogħġbok.” U hu wieġbu: “In-nies ħarbu mill-battalja u wkoll ħafna min-nies waqgħu u mietu,+ u mietu saħansitra Sawl+ u ibnu Ġonatan.”+
7 Madankollu, is-sultan ħass mogħdrija għal Mefiboset,+ bin Ġonatan, bin Sawl, minħabba l-ħalfa+ taʼ Ġeħova li kien hemm bejniethom, bejn David u bejn Ġonatan, bin Sawl.