-
2 Samwel 4:4Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
4 Issa Ġonatan,+ bin Sawl, kellu iben li kien zopp minn saqajh.+ Ħames snin kellu meta l-aħbar dwar Sawl u Ġonatan waslet minn Ġeżragħel;+ u dik li kienet tieħu ħsiebu refgħetu u ħarbet, imma ġara li, hekk kif kienet qed tiġri bil-paniku biex taħrab, hu waqaʼ u sar zopp. Dan kien jismu Mefiboset.+
-
-
2 Samwel 9:10Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
10 U int aħdimlu l-art, int u wliedek u l-qaddejja tiegħek, u agħmel il-ġbir, u dan iservi bħala ikel għal dawk li huma tan-neputi taʼ sidek, u huma jieklu; imma Mefiboset innifsu, in-neputi taʼ sidek, jiekol il-ħobż dejjem mill-mejda tiegħi.”+
Issa Siba kellu ħmistax-il tifel u għoxrin qaddej.+
-