1 Kronaki
20 U ġara li, madwar iż-żmien tal-bidu tas-sena,+ fiż-żmien li s-slaten joħorġu għall-gwerra,+ Ġowab mexxa l-qawwa tal-ġlied taʼ l-armata+ u qered l-art taʼ wlied Għammon u mar jassedja lil Rabba,+ waqt li David kien qed jgħammar f’Ġerusalemm; u Ġowab ħabat+ għal Rabba u ġarrafha. 2 Imma David ħa l-kuruna minn fuq ras Malkam,*+ u sab li kienet tiżen talent deheb, u fiha kien hemm il-ħaġar prezzjuż; u tqiegħdet fuq ras David. U l-priża li ħareġ mill-belt kienet kotrana ferm.+ 3 U n-nies li kienu fiha ħariġhom, u żammhom+ biex jisserraw il-ġebel u jagħmlu l-għodod jaqtgħu tal-ħadid u l-imnanar;+ u hekk għamlilhom David lill-bliet kollha taʼ wlied Għammon. Fl-aħħar, David u n-nies kollha reġgħu lura lejn Ġerusalemm.
4 U ġara wara dan li faqqgħet il-gwerra f’Geżer+ mal-Filistin.+ Kien f’dan iż-żmien li Sibbekaj+ il-Ħusati qatel lil Sippaj* minn dawk li twieldu mir-Refajin,+ u b’hekk ġew imrażżnin.
5 U għal darb’oħra kien hemm il-gwerra mal-Filistin; U Elħanan,+ bin Ġajir, qatel lil Laħmi, ħu Gulija+ l-Gitti, li l-manku tal-lanza tiegħu kien bħall-motwa* taʼ min jinseġ bin-newl.+
6 U reġaʼ kien hemm il-gwerra f’Gat,+ meta kien hemm raġel taʼ kobor straordinarju,+ li s-swabaʼ taʼ idejh u taʼ saqajh kienu sitta sitta, erbgħa u għoxrin b’kollox;+ u dan, ukoll, kien twieled lir-Refajin.+ 7 U baqaʼ jisfida+ lil Israel. Fl-aħħar, Ġonatan, bin Simegħa,+ ħu David, qatlu.
8 Dawn kienu l-irġiel li twieldu lir-Refajin+ f’Gat;+ u waqgħu+ b’id David u b’id il-qaddejja tiegħu.