1 Samwel
17 U l-Filistin+ ġemgħu l-kampijiet tagħhom flimkien għall-gwerra. Meta nġemgħu flimkien f’Sokoh,+ li hi taʼ Ġuda, ikkampjaw bejn Sokoh u Għażeka,+ f’Efes-dammim.+ 2 U Sawl u l-irġiel taʼ Israel inġemgħu flimkien u kkampjaw fil-pjanura l-baxxa t’Elah,+ u tqassmu għall-battalja biex jiltaqgħu mal-Filistin. 3 U l-Filistin kienu weqfin fuq il-muntanja din in-naħa, u l-Israelin kienu weqfin fuq il-muntanja dik in-naħa, bil-wied bejniethom.
4 U mill-kampijiet tal-Filistin ħareġ gwerrier bħala rappreżentant tagħhom li kien jismu Gulija,+ minn Gat,+ u li kien twil sitt kubiti u xiber.+ 5 U kellu elmu tar-ram aħmar fuq rasu, u kien liebes kurazza maħduma qxur qxur, waħda mrikkba fuq l-oħra, u l-piż tal-kurazza+ kien ħamest elef xekel ram aħmar. 6 U kellu xedd tar-ram aħmar ’il fuq mill-għaksa taʼ saqajh u ġavellott+ tar-ram aħmar bejn spallejh. 7 U l-manku taʼ l-injam tal-lanza tiegħu kien bħall-motwa* taʼ min jinseġ bin-newl,+ u x-xafra tal-lanza tiegħu kienet tiżen sitt mitt xekel ħadid; u quddiemu kien jimmarċja r-raġel li kien iġorrlu t-tarka l-kbira. 8 Imbagħad waqaf u beda jgħajjat lit-truppi taʼ Israel li kienu lesti għall-battalja+ u jgħidilhom: “Għala ħriġtu mqassmin għall-battalja? M’iniex jien il-Filisti u intom il-qaddejja+ taʼ Sawl? Agħżlu raġel u ħalluh jinżel għalija. 9 Jekk ikollu l-ħila jiġġieled miegħi u joqtolni, aħna nsiru qaddejja tagħkom. Imma jekk jien niflaħ għalih u noqtlu, intom issiru qaddejja tagħna, u taqdu lilna.”+ 10 U l-Filisti ssokta jgħid: “Jien illum nisfida+ lit-truppi taʼ Israel. Agħtuni raġel ħa niġġilidlu!”+
11 Meta Sawl+ u Israel kollu semgħu dan il-kliem tal-Filisti, twerwru u beżgħu ferm.+
12 Issa David kien bin ċertu raġel Efrati+ minn Betlehem taʼ Ġuda li kien jismu Ġesse. U dan kellu tmien subien.+ U fi żmien Sawl dan ir-raġel kien diġà xiħ. 13 U t-tliet subien il-kbar taʼ Ġesse telqu u marru wara Sawl għall-gwerra.+ U t-tliet subien tiegħu li marru għall-gwerra kien jisimhom, l-ewwel imwieled Eljab,+ it-tieni Abinadab,+ u t-tielet Sammah.+ 14 U David kien l-iżgħar wieħed,+ u t-tlieta l-kbar marru wara Sawl.
15 U David kien ġej u sejjer mingħand Sawl biex jieħu ħsieb in-nagħaġ+ taʼ missieru f’Betlehem. 16 U għal erbgħin jum il-Filisti baqaʼ joħroġ kmieni fil-għodu u fil-għaxija u joqgħod wieqaf hemmhekk.
17 Imbagħad Ġesse qal lil ibnu David: “Jekk jogħġbok, ħudilhom lil ħutek din l-efa qmuħ inkaljati+ u dawn l-għaxar ħobżiet, u ħudhom malajr lil ħutek fil-kamp. 18 U dawn l-għaxar ġbejniet* għandek tiħodhom lill-kap taʼ l-elf;+ ukoll, għandek tara jekk ħutek jinsabux tajbin+ u ġġib risposta mingħandhom li tikkonferma dan.” 19 Sadanittant, huma flimkien maʼ Sawl u l-irġiel l-oħrajn kollha taʼ Israel kienu fil-pjanura l-baxxa t’Elah,+ jiġġieldu kontra l-Filistin.+
20 Għaldaqstant, David qam kmieni fil-għodu u ħalla n-nagħaġ biex jieħu ħsiebhom l-għassies u għabba u telaq bħalma kien ikkmandah Ġesse.+ Meta wasal fil-post fejn kienu kkampjati,+ il-qawwiet militari kienu ħerġin lejn il-kamp tal-battalja,+ u għajtu l-għajta tal-battalja. 21 U Israel u l-Filistin bdew jitqassmu biex jiltaqgħu truppi kontra truppi. 22 Minnufih David ħalla s-sorra+ li kellu fuqu f’idejn dak li jieħu ħsieb is-soror+ u telaq jiġri lejn il-kamp tal-battalja. Meta wasal, beda jistaqsi jekk ħutu kinux jinsabu tajbin.+
23 Waqt li kien qed jitkellem magħhom, il-gwerrier u rappreżentant tal-Filistin, li kien jismu Gulija,+ il-Filisti minn Gat,+ telaʼ minn mat-truppi tal-Filistin, u beda jgħid l-istess kliem bħal qabel,+ u David semgħu. 24 U l-irġiel kollha taʼ Israel, malli raw ir-raġel, ħarbu minħabba fih u beżgħu ħafna.+ 25 U l-irġiel taʼ Israel bdew jgħidu: “Rajtuh dan ir-raġel li tielaʼ? Għax biex jisfida+ lil Israel tielaʼ. U jrid iseħħ li, lir-raġel li joqtlu, is-sultan jagħmlu għani b’rikkezzi kbar, u jagħtih lil bintu stess,+ u jeħles mill-obbligi lil dar missieru f’Israel.”+
26 U David beda jgħid lill-irġiel li kienu weqfin ħdejh: “X’jagħmlulu r-raġel li joqtol lil dak il-Filisti+ u jneħħi l-għajb minn fuq Israel?+ Għax min hu dan il-Filisti mhux ċirkonċiż+ biex jisfida+ lit-truppi taʼ l-Alla l-ħaj?”+ 27 Imbagħad in-nies tennewlu l-istess kliem bħal qabel, u qalulu: “Hekk jagħmlulu lir-raġel li joqtlu.” 28 U ħuh il-kbir Eljab+ semgħu hu u jitkellem maʼ l-irġiel, u Eljab xegħel bir-rabja kontra David,+ u b’hekk qallu: “Għalfejn inżilt? U lil min ħallejt jieħu ħsieb il-ftit nagħaġ li ħallejt warajk fix-xagħri?+ Naf tajjeb kemm int prużuntuż u l-ħażen taʼ qalbek,+ għax int inżilt bl-iskop li tara l-battalja.”+ 29 David wieġbu: “Issa x’għamilt jien? Mhux kelma għedt?”+ 30 U dar minn ħdejh lejn xi ħadd ieħor u qal l-istess kliem bħal qabel,+ u, mill-banda l-oħra, in-nies tawh l-istess risposta bħal qabel.+
31 Għalhekk, il-kliem li qal David instemaʼ, u qaluh quddiem Sawl. Għaldaqstant, dan bagħat għalih. 32 U David qal lil Sawl: “Tħalli lil ħadd jaqtaʼ qalbu minħabba fih.+ Il-qaddej tiegħek innifsu jmur u jiġġieled maʼ dan il-Filisti.”+ 33 Imma Sawl qal lil David: “Int m’għandekx il-ħila tmur għal dan il-Filisti biex tiġġieled miegħu,+ għax int għadek daqsxejn taʼ tifel,+ u hu ilu gwerrier sa minn tfulitu.” 34 U David issokta jgħid lil Sawl: “Il-qaddej tiegħek kien qed jirgħa l-merħla taʼ missieru, u darba ġie ljun,+ u darb’oħra ġie ors, u t-tnejn li huma ħatfu nagħġa mill-merħla. 35 U jien mort għal warajh u drabtu+ u ħlistha minn ħalqu. Meta qam għalija, ħtaftu minn ilħitu u drabtu u qtiltu. 36 Il-qaddej tiegħek darab sew l-iljun u sew l-ors; u dan il-Filisti+ mhux ċirkonċiż isir bħal wieħed minnhom, għax hu sfida+ t-truppi+ taʼ l-Alla l-ħaj.”+ 37 Imbagħad David żied: “Ġeħova, li ħelisni minn taħt difrejn l-iljun u minn taħt difrejn l-ors, ikun hu li jeħlisni minn id dan il-Filisti.”+ Għal dan, Sawl qal lil David: “Mur, u jalla Ġeħova juri li qiegħed miegħek.”+
38 Sawl issa libbes il-ħwejjeġ tiegħu lil David, u poġġielu elmu tar-ram aħmar fuq rasu, u mbagħad libbsu kurazza. 39 Imbagħad David tħażżem bis-sejf fuq ħwejġu u pprova jitlaq imma ma setax, għaliex ma kienx imdorri bihom. Fl-aħħar, David qal lil Sawl: “Ma nistax immur b’dawn l-affarijiet, għax m’iniex imdorri bihom.” Għalhekk, David neħħiehom minn fuqu.+ 40 U qabad il-ħatar f’idu u għażel l-iktar ħames ġebliet lixxi mill-wied* u poġġiehom fl-ixkora taʼ ragħaj li kienet isservih bħala ħorġa, u f’idu kellu l-iżbandola.+ U beda jersaq lejn il-Filisti.
41 U l-Filisti beda ġej eqreb u eqreb lejn David, u quddiemu kien hemm ir-raġel li kien iġorrlu t-tarka l-kbira. 42 Issa meta l-Filisti ħares u ra lil David, beda jistmerru+ għax ra li kien daqsxejn taʼ tifel+ u kien ħamrani,+ taʼ sura sabiħa.+ 43 Għalhekk, il-Filisti qal lil David: “Jien xi kelb,+ biex ġejt għalija bl-oħtra?” U l-Filisti seħet lil David b’allatu.+ 44 U l-Filisti ssokta jgħid lil David: “Ejja lejja, u jien nagħti laħmek lit-tjur tas-smewwiet u lill-bhejjem tar-rabaʼ.”+
45 Imbagħad David qal lill-Filisti: “Int ġej lejja b’sejf, b’lanza, u b’ġavellott,+ imma jien ġej lejk bl-isem taʼ Ġeħova taʼ l-armati,+ l-Alla tat-truppi taʼ Israel, li int sfidajt.+ 46 Illum Ġeħova jagħtik f’idejja,+ u jien nidorbok u nneħħilek rasek minn fuqek; u llum nagħti l-iġsma mejtin tal-kamp tal-Filistin lit-tjur tas-smewwiet u lill-bhejjem salvaġġi taʼ l-art;+ u n-nies taʼ l-art kollha jkunu jafu li jeżisti Alla taʼ Israel.+ 47 U din il-kongregazzjoni kollha tkun taf li la bis-sejf u lanqas bil-lanza ma jsalva Ġeħova,+ għaliex il-battalja hi taʼ Ġeħova,+ u hu jagħtikom f’idejna.”+
48 U ġara li l-Filisti qam u baqaʼ ġej u qorob iktar biex jiltaqaʼ maʼ David, u David beda jgħaġġel u jiġri lejn il-kamp tal-battalja biex jiltaqaʼ mal-Filisti.+ 49 Imbagħad David daħħal idu fl-ixkora tiegħu u ħareġ ġebla minnha u waddabha bl-iżbandola, u biha laqat+ lill-Filisti fuq ġbinu u l-ġebla daħlet fil-fond fi ġbinu, u waqaʼ għal wiċċu fl-art.+ 50 Għalhekk, David, bi żbandola u ġebla, wera li kien iktar b’saħħtu mill-Filisti u darab lill-Filisti u qatlu; u David lanqas biss sejf ma kellu f’idu.+ 51 U David kompla jiġri u waqaf fuq il-Filisti. Imbagħad ħadlu s-sejf+ u siltu mill-għant tiegħu u biex żgur ikun qatlu qatagħlu rasu bih.+ U l-Filistin raw li r-raġel setgħan tagħhom kien miet, u ħarbu.+
52 X’ħin raw dan, l-irġiel taʼ Israel u taʼ Ġuda qamu u nfexxew jgħajtu u marru jiġru wara+ l-Filistin sal-wied+ u saħansitra sal-bibien t’Għekron,+ u l-Filistin li kienu midrubin għall-mewt baqgħu jaqgħu fit-triq minn Sagħrajm,+ sa Gat u sa Għekron. 53 Wara dan, ulied Israel ma baqgħux jiġru wara l-Filistin u marru jaħtfu l-priża+ mill-kampijiet tagħhom.
54 Imbagħad David ħa ras+ il-Filisti u ġabha Ġerusalemm, u l-armi tiegħu poġġiehom fit-tinda tiegħu.+
55 Issa x’ħin ra lil David ħiereġ biex jiltaqaʼ mal-Filisti, Sawl qal lil Abner,+ il-kap taʼ l-armata: “Bin min+ hu dan it-tifel,+ Abner?” U Abner wieġbu: “Daqskemm hu żgur li int ħaj, O sultan, jien assolutament ma nafx!” 56 Għalhekk, is-sultan qallu: “Tkixxef bin min hu dan il-ġuvnott.” 57 Għaldaqstant, malli David reġaʼ lura wara li qatel lill-Filisti, Abner ħadu u daħħlu quddiem Sawl bir-ras+ tal-Filisti f’idu. 58 Sawl issa qallu: “Bin min int, ġuvnott?” u għal dan David wieġeb: “Bin il-qaddej tiegħek Ġesse,+ il-Betlehemi.”+