2 Slaten
14 Fit-tieni sena taʼ Ġeħogħas+ bin Ġeħogħaħaż is-sultan taʼ Israel, Amażija+ bin Ġeħogħas is-sultan taʼ Ġuda sar sultan. 2 Ħamsa u għoxrin sena kellu meta beda jsaltan, u dam isaltan disgħa u għoxrin sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ġeħogħaddin+ minn Ġerusalemm. 3 U għamel dak li hu rett f’għajnejn Ġeħova,+ biss mhux bħal David missieru.+ Għamel skond kulma kien għamel missieru Ġeħogħas.+ 4 Kienu biss il-postijiet għall-qima* li ma tneħħewx.+ In-nies kienu għadhom joffru s-sagrifiċċji u d-duħħan tas-sagrifiċċji fil-postijiet għall-qima.+ 5 U ġara li, malli s-saltna ssodat f’idejh, hu beda joqtol+ lill-qaddejja tiegħu li kienu qatlu lis-sultan, missieru.+ 6 U lil ulied il-qattilin ma qatilhomx, skond dak li hemm miktub fil-ktieb tal-liġi taʼ Mosè li Ġeħova ta bi kmand meta qal:+ “Il-missirijiet m’għandhomx jingħataw il-mewt għall-ulied, u l-ulied m’għandhomx jingħataw il-mewt għall-missirijiet; imma kull wieħed għandu jingħata l-mewt għal dnubu stess.”+ 7 Hu qatel lill-Edomin+ f’Wied il-Melħ,+ għaxart elef raġel, u ħa f’idejh lil Sela fil-gwerra, u bdiet tissejjaħ Ġoktel u baqgħet tissejjaħ hekk sa llum il-ġurnata.
8 Kien wara dan li Amażija bagħat messaġġiera għand Ġeħogħas, bin Ġeħogħaħaż, bin Ġeħu, is-sultan taʼ Israel, biex jgħidlu: “Ejja hawnhekk ħa niltaqgħu wiċċ imbwiċċ.”+ 9 Għal dan, Ġeħogħas is-sultan taʼ Israel bagħat jgħid lil Amażija s-sultan taʼ Ġuda: “Ix-xewka li kienet fil-Libanu bagħtet tgħid liċ-ċedru+ li kien fil-Libanu, ‘Agħti lil bintek biex tkun mart ibni.’ Madankollu, bhima salvaġġa tar-rabaʼ li kienet fil-Libanu għaddiet minn hemmhekk u għaffġet ix-xewka.+ 10 Int bla dubju għelibt+ lil Edom, u qalbek ġegħlitek tintrefaʼ.+ Gawdi l-unur+ u għammar f’darek. Għala għandek tieħu sehem fil-ġlied+ meta qiegħed minn taħt+ u jkollok taqaʼ, int u Ġuda miegħek?” 11 Iżda Amażija ma tax widen.+
Għalhekk, Ġeħogħas is-sultan taʼ Israel telaʼ, u ltaqgħu wiċċ imbwiċċ,+ hu u Amażija s-sultan taʼ Ġuda, f’Bet-xemex,+ li hi taʼ Ġuda. 12 U Israel għeleb lil Ġuda,+ u dawn ħarbu, kull wieħed lejn it-tinda tiegħu. 13 U f’Bet-xemex, Ġeħogħas is-sultan taʼ Israel qabad lil Amażija s-sultan taʼ Ġuda, bin Ġeħogħas, bin Aħażija, u mbagħad ħadu miegħu Ġerusalemm u waqqaʼ parti mis-sur taʼ Ġerusalemm minn Bieb Efrajm+ sal-Bieb tal-Kantuniera,+ erbaʼ mitt kubitu. 14 U ħa d-deheb u l-fidda kollha u l-oġġetti kollha li kienu fid-dar taʼ Ġeħova+ u t-teżori tad-dar tas-sultan u xi ostaġġi u mar lura s-Samarija.
15 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġeħogħas, dak li għamel u l-atti setgħanin tiegħu u kif iġġieled kontra Amażija s-sultan taʼ Ġuda, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 16 Fl-aħħar, Ġeħogħas imtedd maʼ missirijietu+ u ndifen fis-Samarija+ mas-slaten taʼ Israel, u ibnu Ġerobogħam*+ beda jsaltan minfloku.
17 U Amażija+ bin Ġeħogħas is-sultan taʼ Ġuda għex ħmistax-il sena+ oħra wara l-mewt taʼ Ġeħogħas+ bin Ġeħogħaħaż is-sultan taʼ Israel. 18 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Amażija, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda?+ 19 Fl-aħħar ngħaqdu f’konfoffa kontrih+ f’Ġerusalemm, u ħarab lejn Lakis;+ imma bagħtu jfittxuh f’Lakis u qatluh hemmhekk.+ 20 Għalhekk, ġarrewh fuq iż-żwiemel u ndifen+ f’Ġerusalemm maʼ missirijietu fil-Belt taʼ David.+ 21 Imbagħad in-nies kollha taʼ Ġuda ħadu lil Għażarija,*+ li dak iż-żmien kellu sittax-il sena,+ u għamluh sultan minflok missieru Amażija.+ 22 Kien hu li bena Elat+ u reġaʼ taha lil Ġuda wara li s-sultan imtedd maʼ missirijietu.
23 Fis-sena ħmistax t’Amażija bin Ġeħogħas is-sultan taʼ Ġuda, Ġerobogħam+ bin Ġeħogħas is-sultan taʼ Israel sar sultan fis-Samarija u dam isaltan wieħed u erbgħin sena. 24 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova. Ma telaqx id-dnubiet kollha taʼ Ġerobogħam bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb.+ 25 Hu rrestawra l-fruntiera taʼ Israel mid-daħla taʼ Ħamat+ sal-baħar taʼ l-Għaraba,+ skond il-kelma li Ġeħova l-Alla taʼ Israel qal permezz tal-qaddej tiegħu Ġona+ bin Amittaj, il-profeta li kien minn Gat-ħefer.+ 26 Għax Ġeħova kien ra s-sofferenza kollha mrar li ġarrab Israel.+ Ma kien fadal ħadd, lanqas l-iktar wieħed baxx, u lanqas ma kien hemm min jgħin lil Israel.+ 27 Iżda Ġeħova kien wiegħed li ma jħassarx isem Israel minn taħt is-smewwiet.+ Għaldaqstant salvahom+ permezz taʼ id Ġerobogħam bin Ġeħogħas.
28 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġerobogħam u kulma għamel u l-atti setgħanin tiegħu, kif iġġieled u kif reġaʼ ta l-bliet taʼ Damasku+ u Ħamat+ lil Ġuda u Israel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 29 Fl-aħħar, Ġerobogħam imtedd maʼ missirijietu, mas-slaten taʼ Israel, u ibnu Żakkarija+ beda jsaltan minfloku.