Salmi
IL-ĦAMES KTIEB
107 Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;+
Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem.+
2 Ħa jgħidu hekk dawk li Ġeħova ħadhom lura,+
Li ħadhom lura minn id l-avversarju,+
3 U li ġabarhom flimkien mill-artijiet,+
Minn tlugħ ix-xemx u minn inżul ix-xemx,+
Mit-tramuntana u min-nofsinhar.+
6 Huma baqgħu jgħajtu lil Ġeħova fin-niket tagħhom;+
U hu ħelishom mill-pressjonijiet li kellhom fuqhom,+
7 U mexxiehom fit-triq it-tajba,+
Sabiex jaslu f’belt fejn jgħammru.+
8 Ħa jirringrazzjaw in-nies lil Ġeħova għall-qalb tajba bl-imħabba tiegħu+
U għall-għemejjel tiegħu taʼ l-għaġeb maʼ wlied il-bnedmin.+
10 Xi wħud kienu jgħammru fid-dlam u fis-swidija,+
Kienu priġunieri fis-sofferenza u l-irbit tal-ħadid.+
11 Għax aġixxew b’mod ribelluż+ kontra kliem Alla;+
U ma wrewx rispett għall-pariri taʼ l-Iktar Għoli.+
13 U bdew isejħu lil Ġeħova għall-għajnuna fin-niket tagħhom;+
U bħas-soltu, hu salvahom mill-pressjonijiet li kellhom fuqhom.+
15 Ħa jirringrazzjaw in-nies lil Ġeħova għall-qalb tajba bl-imħabba tiegħu+
U għall-għemejjel tiegħu taʼ l-għaġeb maʼ wlied il-bnedmin.+
17 Dawk li kienu boloh, minħabba t-triq taʼ ksur tal-liġi li qabdu+
U minħabba l-iżbalji tagħhom, fl-aħħar mill-aħħar ġabu s-sofferenza fuqhom infushom.+
19 U bdew isejħu lil Ġeħova għall-għajnuna fin-niket tagħhom;+
U bħas-soltu, hu salvahom mill-pressjonijiet li kellhom fuqhom.+
21 Ħa jirringrazzjaw in-nies lil Ġeħova għall-qalb tajba bl-imħabba tiegħu+
U għall-għemejjel tiegħu taʼ l-għaġeb maʼ wlied il-bnedmin.+
23 Dawk li sejrin fuq il-baħar bil-bastimenti,+
U jinnegozjaw fuq l-ilmijiet vasti,+
24 Raw l-għemejjel taʼ Ġeħova+
U l-għemejjel tiegħu taʼ l-għaġeb fil-qiegħ;+
25 Kif malli jgħid il-kelma jqum riefnu qawwi,+
U dan jgħolli l-imwieġ tal-baħar.+
28 U jibdew jgħajtu lil Ġeħova fin-niket tagħhom,+
U hu joħroġhom mill-pressjonijiet li jkollhom fuqhom.+
31 Ħa jirringrazzjaw in-nies lil Ġeħova għall-qalb tajba bl-imħabba tiegħu+
U għall-għemejjel tiegħu taʼ l-għaġeb maʼ wlied il-bnedmin.+
32 U ħa jfaħħruh bil-kbir fil-kongregazzjoni tal-poplu;+
Ħa jfaħħruh fil-post fejn ipoġġu x-xjuħ.+
33 Hu jibdel ix-xmajjar f’xagħri,+
U n-nixxigħat taʼ l-ilma f’art għatxana,+
34 Art li tagħti l-frott f’pajjiż mielaħ,+
Minħabba l-ħażen taʼ dawk li jgħammru hemmhekk.
35 Jibdel xagħri f’għadira taʼ l-ilma kollha qasab,+
U l-art taʼ reġjun bla ilma f’nixxigħat taʼ l-ilma.+
36 U jġiegħel lil dawk bil-ġuħ jgħammru hemmhekk,+
Sabiex jistabbilixxi belt li tistaʼ tiġi abitata.+