6 U l-Alla l-veru qallu fil-ħolma: “Jien ukoll kont naf li dan int għamiltu bl-onestà taʼ qalbek,+ u jien kont qed inżommok lura wkoll milli tidneb kontrija.+ Huwa għalhekk li ma ħallejtekx tmissha.+
12 U r-raġel li jkun prużuntuż u ma jagħtix widen lill-qassis, li jkun qed jaqdi hemmhekk lil Ġeħova Alla tiegħek, jew lill-imħallef,+ dan ir-raġel għandu jmut;+ u trid teqred il-ħażen minn Israel.+
23 għax ir-ribelljoni+ hi l-istess bħad-dnub tat-teħbir,+ u l-prużunzjoni l-istess bħall-magħmul u t-terafim.*+ Ladarba int ċħadt il-kelma taʼ Ġeħova,+ hu jiċħad lilek milli tkun sultan.”+
7 U r-rabja taʼ Ġeħova+ xegħlet kontra Użżah, u l-Alla l-veru laqtu+ hemmhekk għal dan l-att bla rispett, u b’hekk hu miet hemmhekk ħdejn l-arka taʼ l-Alla l-veru.+
16 Madankollu, malli sar b’saħħtu, qalbu tkabbret+ sal-punt li ġab ir-rovina tiegħu stess,+ u b’hekk aġixxa b’nuqqas taʼ fedeltà kontra Ġeħova Alla tiegħu u daħal fit-tempju taʼ Ġeħova biex jaħraq l-inċens fuq l-artal taʼ l-inċens.+