Isaija
39 Dak iż-żmien Merodak-baladan+ bin Baladan is-sultan taʼ Babilonja+ bagħat xi ittri u rigal+ lil Ħeżekija, wara li semaʼ li Ħeżekija kien marad imma reġaʼ ħa saħħtu.+ 2 Għalhekk, Ħeżekija feraħ bl-irġiel u wriehom id-dar tat-teżor tiegħu,+ il-fidda u d-deheb u ż-żejt tal-balzmu+ u ż-żejt tajjeb u l-armerija kollha tiegħu+ u kulma kien hemm fit-teżori tiegħu. Ma kien hemm xejn f’daru u fid-dominju kollu tiegħu li Ħeżekija ma wrihulhomx.+
3 Imbagħad il-profeta Isaija mar għand is-Sultan Ħeżekija u qallu:+ “X’qalu dawn l-irġiel u minfejn ġew għandek?” U Ħeżekija qallu: “Ġew għandi minn art imbiegħda, minn Babilonja.”+ 4 U kompla jgħidlu: “X’raw mid-dar tiegħek?”+ U Ħeżekija qal: “Kulma hawn f’dari rawh. Ma kien hemm xejn li ma wrejthomx mit-teżori tiegħi.” 5 Imbagħad Isaija qal lil Ħeżekija:+ “Ismaʼ l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati, 6 ‘Ara! Għad jiġu jiem meta kulma hu f’darek u kulma ħażnu missirijietek sa llum se jinġarr lejn Babilonja.’+ ‘Xejn ma jitħalla,’+ qal Ġeħova. 7 ‘U xi wħud minn uliedek stess li se joħorġu minnek, u li int se ssir missierhom, se jittieħdu+ u jsiru uffiċjali tal-palazz+ fil-palazz tas-sultan taʼ Babilonja.’”+
8 Għal dan, Ħeżekija qal lil Isaija: “Il-kelma taʼ Ġeħova li għedt hi tajba.”+ U żied jgħid: “Għax il-paċi u l-verità+ se jkomplu fi żmieni.”+