2 Kronaki
36 Imbagħad in-nies tal-pajjiż ħadu lil Ġeħogħaħaż,+ bin Ġosija, u għamluh sultan minflok missieru f’Ġerusalemm.+ 2 Tlieta u għoxrin sena kellu Ġeħogħaħaż meta beda jsaltan, u dam isaltan tliet xhur f’Ġerusalemm.+ 3 Madankollu, is-sultan taʼ l-Eġittu neħħieh mill-pożizzjoni tiegħu f’Ġerusalemm+ u lill-pajjiż waħħlu multa taʼ mitt talent fidda+ u talent wieħed deheb. 4 Barra minn hekk, is-sultan+ taʼ l-Eġittu għamel lil ħuh Eljakim+ sultan fuq Ġuda u Ġerusalemm u biddillu ismu għal Ġeħojakim; imma lil ħuh Ġeħogħaħaż, Neko+ qabdu u ħadu l-Eġittu.+
5 Ħamsa u għoxrin sena kellu Ġeħojakim+ meta beda jsaltan, u dam isaltan ħdax-il sena f’Ġerusalemm;+ u kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova Alla tiegħu.+ 6 U telaʼ+ kontrih Nebukadnessar,+ is-sultan taʼ Babilonja, biex jorbtu b’żewġ ktajjen tar-ram aħmar u jġorru lejn Babilonja.+ 7 U ftit mill-għodod+ tad-dar taʼ Ġeħova, Nebukadnessar+ ħadhom Babilonja u qegħedhom fil-palazz tiegħu f’Babilonja.+ 8 U l-bqija tal-ġrajjiet+ taʼ Ġeħojakim u l-affarijiet mistkerrhin+ li għamel u kulma nstab kontrih, huma miktubin hemmhekk fil-Ktieb+ tas-Slaten taʼ Israel u Ġuda; u ibnu Ġeħojakin+ beda jsaltan minfloku.
9 Tmintax-il sena kellu Ġeħojakin+ meta beda jsaltan, u dam isaltan tliet xhur+ u għaxart ijiem f’Ġerusalemm; u kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+ 10 U fil-bidu+ tas-sena s-Sultan Nebukadnessar bagħat+ it-truppi biex iġibu lil Ġeħojakin f’Babilonja+ flimkien maʼ l-oġġetti mixtiqin tad-dar taʼ Ġeħova.+ Barra minn hekk, għamel lil Sedekija,+ ħu missieru, sultan fuq Ġuda u Ġerusalemm.+
11 Wieħed u għoxrin sena kellu Sedekija+ meta beda jsaltan, u dam isaltan ħdax-il sena f’Ġerusalemm.+ 12 U kompla jagħmel dak li hu ħażin+ f’għajnejn Ġeħova Alla tiegħu. M’umiljax+ ruħu quddiem il-profeta+ Ġeremija+ skond l-ordni taʼ Ġeħova. 13 U rribella+ saħansitra kontra s-Sultan Nebukadnessar, li ġiegħlu jaħlef b’Alla;+ u baqaʼ jwebbes+ rasu u jwebbes+ qalbu sabiex ma jerġax lura lejn Ġeħova, l-Alla taʼ Israel. 14 Il-kapijiet kollha tal-qassisin+ u n-nies ukoll wettqu nuqqas taʼ fedeltà fuq skala kbira, skond l-affarijiet mistkerrhin+ kollha tal-ġnus, u b’hekk niġġsu d-dar taʼ Ġeħova li hu kien qaddes f’Ġerusalemm.+
15 U Ġeħova, l-Alla taʼ missirijiethom, baqaʼ jibgħat iwissihom permezz tal-messaġġiera tiegħu,+ jibgħat darba wara l-oħra, għaliex ħass mogħdrija għall-poplu tiegħu+ u għall-post fejn jgħammar hu.+ 16 Imma huma kienu jwaqqgħu għaċ-ċajt+ kontinwament lill-messaġġiera taʼ l-Alla l-veru u jistmerru kliemu+ u jiżżuffjettaw+ bil-profeti tiegħu, sakemm il-korla+ taʼ Ġeħova xegħlet kontra l-poplu tiegħu, sakemm ma kienx hemm fejqan.+
17 Għalhekk, tellaʼ kontrihom lis-sultan tal-Kaldin,+ li qatel liż-żgħażagħ tagħhom bis-sejf+ fid-dar tas-santwarju tagħhom,+ u la ħass mogħdrija għaż-żagħżugħ u lanqas għall-verġni, la għax-xwejjaħ u lanqas għax-xiħ għakka.+ Alla kollox tah f’idejh. 18 U l-għodod kollha,+ kbar+ u żgħar, tad-dar taʼ l-Alla l-veru u t-teżori+ tad-dar taʼ Ġeħova u t-teżori tas-sultan+ u tal-prinċpijiet tiegħu, kollox ġarr lejn Babilonja. 19 U ħaraq id-dar taʼ l-Alla l-veru+ u ġarraf is-sur+ taʼ Ġerusalemm; u t-torrijiet mgħammrin kollha tagħha ħarquhom bin-nar kif ukoll l-oġġetti mixtiqin kollha tagħha,+ u b’hekk kollox inqered.+ 20 Barra minn hekk, lil dawk li kienu ħelsuha mis-sejf ġarrhom fil-jasar lejn Babilonja,+ u saru qaddejja tiegħu+ u taʼ wliedu sakemm bdiet tirrenja l-qawwa rjali tal-Persja;+ 21 biex titwettaq il-kelma taʼ Ġeħova permezz taʼ fomm Ġeremija,+ sakemm l-art tkun ħallset is-Sabatijiet tagħha.+ Il-jiem kollha li baqgħet ħerba żammet is-Sabat, sakemm għaddew sebgħin sena.+
22 U fl-ewwel sena taʼ Ċiru,+ is-sultan tal-Persja,+ biex titwettaq il-kelma+ taʼ Ġeħova permezz taʼ fomm Ġeremija,+ Ġeħova qanqal l-ispirtu+ taʼ Ċiru, is-sultan tal-Persja, u b’hekk dan ħareġ proklama biex tinstemaʼ mas-saltna kollha tiegħu, u saħansitra saret bil-kitba,+ li tgħid: 23 “Hekk qal Ċiru, is-sultan tal-Persja,+ ‘Ġeħova, l-Alla tas-smewwiet, tani s-saltniet kollha taʼ l-art,+ u hu stess inkarigani biex nibnilu dar f’Ġerusalemm, li qiegħda f’Ġuda.+ Kulmin hemm fostkom mill-poplu kollu tiegħu,+ Ġeħova Alla tiegħu jkun miegħu.+ Għalhekk, ħa jitlaʼ.’”+