1 Slaten
3 U Salamun tħallat b’rabta taż-żwieġ+ mal-Fargħun is-sultan taʼ l-Eġittu, u ħa lil bint il-Fargħun+ u ġabha fil-Belt taʼ David,+ sakemm spiċċa jibni daru+ u d-dar taʼ Ġeħova+ u l-ħajt taʼ Ġerusalemm dawramejt.+ 2 U n-nies kienu qed joffru sagrifiċċji f’ċerti postijiet għall-qima,*+ għax sa dakinhar kienet għadha ma nbnietx dar għal isem Ġeħova.+ 3 U Salamun baqaʼ jħobb+ lil Ġeħova billi jimxi maʼ l-istatuti taʼ David missieru.+ U hu kien joffri regolarment is-sagrifiċċji u d-duħħan taʼ dawk l-offerti f’postijiet għall-qima.+
4 Għaldaqstant, is-sultan mar Gibegħon+ biex joffri sagrifiċċji hemmhekk, għax dak kien il-post ewlieni għall-qima.+ Elf sagrifiċċju tal-ħruq offra Salamun fuq dak l-artal.+ 5 Waqt li kien Gibegħon, Ġeħova deher+ lil Salamun f’ħolma+ bil-lejl; u Alla qallu: “Itlobni xi tridni nagħtik.”+ 6 Għal dan, Salamun qal: “Int urejt qalb tajba bl-imħabba kbira+ mal-qaddej tiegħek David missieri skond kif mexa quddiemek bil-verità u bis-sewwa+ u b’qalb retta miegħek; u int bqajt turih din il-qalb tajba bl-imħabba tant kbira, u għalhekk tajtu iben biex joqgħod fuq it-tron tiegħu kif inhu llum.+ 7 U issa, Ġeħova Alla tiegħi, int stess għamilt lill-qaddej tiegħek sultan minflok David missieri, u jien m’iniex ħlief naqra taʼ tifel.+ Ma nafx kif noħroġ u kif nidħol.+ 8 U l-qaddej tiegħek qiegħed f’nofs il-poplu tiegħek li int għażilt,+ poplu kotran li ma jistax jingħadd jew jitqies tant kemm hu kotran.+ 9 Għalhekk, agħti lill-qaddej tiegħek qalb ubbidjenti biex jiġġudika+ lill-poplu tiegħek, biex jagħraf bejn it-tajjeb u l-ħażin;+ għax min kapaċi jiġġudika+ lil dan il-poplu tiegħek tant diffiċli?”+
10 U din kienet ħaġa sabiħa f’għajnejn Ġeħova, li Salamun kien talab hekk.+ 11 U Alla kompla jgħidlu: “Talli tlabt din il-ħaġa u ma tlabtx li jkollok għomor twil jew rikkezzi+ jew li nagħtik il-ħajja taʼ l-għedewwa tiegħek, u tlabt li jkollok l-abbiltà li tifhem biex tismaʼ l-każi ġudizzjarji,+ 12 se nagħmel skond kliemek.+ Ara! Se nagħtik qalb għarfa u li tifhem,+ u b’hekk ma jkun eżista ħadd bħalek qablek, u lanqas warajk ma jqum xi ħadd bħalek.+ 13 Barra minn hekk, tul jiemek kollha nagħtik dak li ma tlabtx,+ kemm rikkezzi+ u kemm glorja, u b’hekk jiġri li fost is-slaten qatt ma jkun eżista wieħed bħalek.+ 14 U jekk timxi fi triqati billi żżomm mar-regolamenti+ u l-kmandamenti tiegħi, bħalma mexa David missierek,+ jien intawwallek jiemek ukoll.”+
15 Meta Salamun qam,+ hu ntebaħ li kellu ħolma. Imbagħad mar Ġerusalemm u waqaf quddiem l-arka+ tal-patt taʼ Ġeħova u offra sagrifiċċji tal-ħruq u offerti taʼ sħubija*+ u għamel ikla+ għall-qaddejja tiegħu kollha.+
16 Dak iż-żmien daħlu għand is-sultan żewġ nisa, prostituti,+ u waqfu quddiemu.+ 17 Imbagħad waħda minnhom qalet: “Skużani, sidi,+ jien u din il-mara ngħixu f’dar waħda, u jien kelli tarbija ħdejha fid-dar. 18 U ġara li fit-tielet jum li kelli t-tarbija, din il-mara wkoll kellha tarbija. U konna flimkien. Ma kien hemm ħadd stranġier magħna fid-dar, ħadd ħliefna t-tnejn fid-dar kollha. 19 Iktar tard it-tifel taʼ din il-mara miet bil-lejl, għax hi mteddet fuqu. 20 Għalhekk, f’nofs taʼ lejl hi qamet u ħadet lil ibni minn ħdejja waqt li l-ilsira tiegħek kienet rieqda u medditu fi ħdanha, u lil binha l-mejjet medditu fi ħdani. 21 Meta qomt fil-għodu biex irredda’+ lil ibni, hu kien mejjet. Għalhekk, flejtu sew, u rajt li dan ma kienx ibni li kont ulidt.” 22 Iżda l-mara l-oħra qalet: “Le, imma ibni hu l-ħaj u ibnek hu l-mejjet!” Sadanittant, il-mara kienet qed tgħid: “Le, imma ibnek hu l-mejjet u ibni hu l-ħaj.” U baqgħu sejrin hekk quddiem is-sultan.+
23 Fl-aħħar, is-sultan qal: “Din qed tgħid, ‘Dan hu ibni, il-ħaj, u ibnek hu l-mejjet!’ u l-oħra qed tgħid, ‘Le, imma ibnek hu l-mejjet u ibni hu l-ħaj!’” 24 U s-sultan kompla jgħid:+ “Irġiel, ġibuli sejf.” Għaldaqstant ġabu sejf quddiem is-sultan. 25 U qal is-sultan: “Aqsmu t-tifel il-ħaj fi tnejn u agħtu nofs lil waħda u nofs lill-oħra.” 26 Minnufih, il-mara li binha kien il-ħaj qalet lis-sultan (għax l-emozzjonijiet ġewwinin tagħha+ tqanqlu għal binha,+ u għalhekk qalet): “Skużani,+ sidi! Agħtuha t-tifel il-ħaj. Bl-ebda mod m’għandkom toqtluh.” Sadanittant, il-mara l-oħra bdiet tgħid: “La jkun tiegħi u lanqas tiegħek. Aqsmuh!”+ 27 Għal dan, is-sultan wieġeb u qal: “Agħtuha t-tifel il-ħaj, u bl-ebda mod m’għandkom toqtluh. Hi ommu.”
28 U Israel kollu semaʼ bid-deċiżjoni ġudizzjarja+ li ħa s-sultan; u mtlew bil-biżaʼ minħabba s-sultan,+ għax raw li l-għerf+ t’Alla kien fih biex iwettaq il-ġustizzja.