Dewteronomju
4 “U issa, O Israel, ismaʼ r-regolamenti u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji li qed ngħallimkom tagħmlu, sabiex tgħixu+ u tidħlu u tieħdu f’idejkom l-art li qed jagħtikom Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietkom. 2 Iżżidu xejn mal-kliem li qed nordnalkom, lanqas tnaqqsu minnu,+ sabiex tħarsu l-kmandamenti taʼ Ġeħova Alla tagħkom li qed nordnalkom.
3 “Għajnejkom stess raw dak li għamel Ġeħova fil-każ tal-Bagħal taʼ Pegħor,+ li kull raġel li mexa wara l-Bagħal taʼ Pegħor, Ġeħova Alla tagħkom qerdu għalkollox minn nofskom.+ 4 Imma intom li bqajtu mqabbdin+ maʼ Ġeħova Alla tagħkom, kollha kemm intom għadkom ħajjin illum. 5 Ara! Għallimtkom ir-regolamenti+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji,+ sewwasew bħalma kkmandani Ġeħova Alla tiegħi, biex tagħmlu hekk fl-art li se tiħduha f’idejkom. 6 U tridu tħarsuhom u tagħmluhom, għaliex b’dan turu li għandkom l-għerf+ u l-abbiltà li tifhmu+ quddiem għajnejn il-popli li se jisimgħu dawn ir-regolamenti kollha, u żgur li se jgħidu, ‘Dan il-ġens kbir hu bla dubju poplu li għandu l-għerf u l-abbiltà li jifhem.’+ 7 Għax liema ġens kbir+ hemm li għandu l-allat qribu kif hu Ġeħova Alla tagħna kulmeta nsejħulu?+ 8 U liema ġens kbir hemm li għandu regolamenti u deċiżjonijiet ġudizzjarji ġusti bħal din il-liġi kollha li qed inpoġġi quddiemkom illum?+
9 “Biss oqgħod attent għalik innifsek u ħu ħsieb ruħek sew,+ sabiex ma tinsiex l-affarijiet li rajt b’għajnejk+ u biex ma jitbegħdux minn qalbek il-jiem kollha taʼ ħajtek;+ u trid tgħarrafhom lil uliedek u lil ulied uliedek,+ 10 l-affarijiet li rajt b’għajnejk fil-jum li int qgħadt quddiem Ġeħova Alla tiegħek fil-Ħoreb,+ meta Ġeħova qalli, ‘Iġmagħli n-nies flimkien ħalli nsemmgħalhom kliemi,+ sabiex jitgħallmu jibżgħu+ minni l-jiem kollha li jkunu ħajjin fuq l-art u sabiex jgħallmu lil uliedhom.’+
11 “Għalhekk, intom ersaqtu qrib u qgħadtu f’riġlejn il-muntanja, u l-muntanja kienet qed taqbad bin-nar sa nofs is-sema; kien hemm dlam, sħab, u dalma ħoxna.+ 12 U Ġeħova beda jkellimkom minn ġon-nar.+ Il-ħoss tal-kliem smajtuh, imma ma rajtu ebda sura+—xejn ħlief leħen.+ 13 U qalilkom il-patt tiegħu,+ li kkmandakom twettquh—l-Għaxar Kelmiet,+ li mbagħad kitibhom fuq żewġ twavel tal-ġebel.+ 14 U kien lili li Ġeħova kkmanda f’dak iż-żmien partikulari biex ngħallimkom ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji, ħalli twettquhom fl-art li se taqsmu biex tiħduha f’idejkom.+
15 “U ħudu ħsieb sew tagħkom infuskom,+ għaliex ma rajtu ebda sura+ dakinhar li Ġeħova kellimkom fil-Ħoreb minn ġon-nar, 16 sabiex ma taġixxux b’mod mill-agħar+ u ma tagħmlux xi xbieha skolpita, il-forma taʼ xi simbolu, ir-rappreżentazzjoni taʼ raġel jew mara,+ 17 ir-rappreżentazzjoni taʼ xi bhima li hemm fuq l-art,+ ir-rappreżentazzjoni taʼ xi għasfur bil-ġwienaħ li jtir fis-smewwiet,+ 18 ir-rappreżentazzjoni taʼ xi ħaġa li titħarrek fuq l-art, ir-rappreżentazzjoni taʼ xi ħuta+ li hemm fl-ilmijiet taħt l-art; 19 u biex ma terfax għajnejk lejn is-smewwiet u tara x-xemx u l-qamar u l-kwiekeb, l-armata kollha tas-smewwiet, u titħajjar tmil quddiemhom u taqdihom,+ dawk li Ġeħova Alla tiegħek qassamhom lill-popli kollha taħt is-smewwiet kollha.+ 20 Imma intom dawk li Ġeħova ħadkom sabiex joħroġkom mill-forn tal-ħadid,+ mill-Eġittu, biex issiru poplu bħala proprjetà privata tiegħu+ bħalma intom illum.
21 “U Ġeħova tgħaddab għalija minħabba fikom,+ u b’hekk ħalef li m’għandix naqsam il-Ġordan jew nidħol fl-art tajba li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt.+ 22 Għax jien se mmut f’din l-art.+ M’iniex se naqsam il-Ġordan, imma intom se taqsmu, u tridu tieħdu f’idejkom din l-art tajba. 23 Oqogħdu attenti għalikom infuskom biex ma tinsewx il-patt taʼ Ġeħova Alla tagħkom li għamel magħkom+ u biex ma tagħmlux għalikom infuskom xbieha skolpita, il-forma taʼ kwalunkwe ħaġa li Ġeħova Alla tiegħek ikkmandak biex ma tagħmilx.+ 24 Għax Ġeħova Alla tiegħek hu nar li jeqred,+ Alla li jesiġi devozzjoni esklużiva.+
25 “Jekk tnisslu l-ulied u wlied l-ulied u jkun ilkom tgħammru għal żmien twil f’din l-art u taġixxu b’mod mill-agħar+ u tagħmlu xbieha skolpita,+ forma taʼ kwalunkwe ħaġa, u tagħmlu l-ħażin f’għajnejn Ġeħova Alla tagħkom+ sabiex toffenduh, 26 jien illum insejjaħ is-smewwiet u l-art bħala xhieda kontrikom,+ li intom żgur li se tgħibu malajr minn fuq l-art li għaliha se taqsmu l-Ġordan biex tiħduha f’idejkom. Ma ttawlux jiemkom fuqha, għaliex żgur li tinqerdu għalkollox.+ 27 U Ġeħova jxerridkom fost il-popli,+ u minnkom jibqaʼ għadd żgħir+ fost il-ġnus li sejrin fihom meta Ġeħova jkeċċikom. 28 U hemmhekk ikollkom taqdu lil allat,+ xogħol idejn il-bniedem, injam u ġebel,+ li la jistgħu jaraw, la jisimgħu, la jieklu, u lanqas ixommu.+
29 “Jekk tfittxu lil Ġeħova Alla tiegħek minn hemmhekk, żgur li ssibu,+ għaliex tfittxu b’qalbek kollha u b’ruħek kollha.+ 30 Meta tkun f’sitwazzjoni mwiegħra u fi tmiem il-jiem jiġrilek skond dan il-kliem kollu, imbagħad ikollok iddur lura lejn Ġeħova Alla tiegħek+ u tismaʼ leħnu.+ 31 Għax Ġeħova Alla tiegħek hu Alla mimli ħniena.+ Mhux se jabbandunak jew jeqirdek jew jinsa l-patt+ taʼ missirijietek li ħalfilhom.
32 “Issa staqsi, jekk jogħġbok, dwar il-jiem taʼ l-imgħoddi+ li seħħew qablek, minn dakinhar li Alla ħalaq il-bniedem fuq l-art+ u minn tarf wieħed tas-smewwiet sat-tarf l-ieħor tas-smewwiet, Ġrat xi ħaġa kbira bħal din jew instemgħet xi ħaġa bħalha?+ 33 Kien hemm xi poplu ieħor li semaʼ leħen Alla jitkellem minn nofs in-nar kif smajtu int stess, u bqajt ħaj?+ 34 Jew ipprova Alla jiġi biex jieħu ġens għalih innifsu minn fost ġens ieħor bi provi,+ b’sinjali,+ b’mirakli,+ bi gwerra,+ b’id b’saħħitha,+ bi driegħ maħruġ ’il barra,+ u b’biżaʼ kbir+ bħal kulma Ġeħova Alla tagħkom għamel għalikom fl-Eġittu quddiem għajnejkom? 35 Lilek—lilek intwera, sabiex tkun taf li Ġeħova hu l-Alla l-veru;+ m’hemmx ieħor għajru.+ 36 Mis-smewwiet ġiegħlek tismaʼ leħnu sabiex jikkoreġik; u fuq l-art ġiegħlek tara n-nar kbir tiegħu, u smajt kliemu minn ġon-nar.+
37 “U madankollu int tibqaʼ ħaj, għaliex hu ħabb lil missirijietek, u b’hekk għażel lil nisilhom warajhom+ u ħarġek mill-Eġittu bil-qawwa kbira tiegħu+ u żamm għajnejh fuqek, 38 biex ikeċċi minn quddiemek ġnus akbar u iktar setgħanin minnek, sabiex idaħħlek, ħalli jagħtik l-art tagħhom bħala wirt bħalma diġà beda jseħħ.+ 39 U llum int taf tajjeb, u f’qalbek trid tiftakar li Ġeħova hu l-Alla l-veru fis-smewwiet hemm fuq u fuq l-art hawn taħt.+ M’hemmx ħliefu.+ 40 U ħares ir-regolamenti tiegħu+ u l-kmandamenti tiegħu li qed nikkmandak illum, biex dejjem jaħbatlek tajjeb sew lilek+ u sew lil uliedek warajk, u sabiex ittawwal jiemek fuq l-art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.”+
41 Dik il-ħabta Mosè għażel tlett ibliet fin-naħa tal-Ġordan lejn tlugħ ix-xemx,+ 42 biex jaħrab hemmhekk dak li joqtol lil għajru bla ma jkun jaf kif,+ waqt li ma kienx jobogħdu qabel;+ u jrid jaħrab lejn waħda minn dawn il-bliet u jgħix,+ 43 jiġifieri, Beser+ fix-xagħri fuq il-pjanura fl-għoli għar-Rubenin, u Ramot+ f’Gilegħad għall-Gadin, u Golan+ fil-Basan għall-Manassin.+
44 Issa din hi l-liġi+ li Mosè qiegħed quddiem ulied Israel. 45 Dawn huma t-testimonjanzi*+ u r-regolamenti+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ li Mosè kellem dwarhom lil ulied Israel meta ħarġu mill-Eġittu, 46 ħdejn il-Ġordan, fil-wied quddiem Bet-pegħor,+ fl-art taʼ Siħon, is-sultan taʼ l-Amurrin, li kien jgħammar f’Ħesbon+ u li kien megħlub minn Mosè u wlied Israel meta ħarġu mill-Eġittu.+ 47 U ħadu f’idejhom artu u l-art t’Għog,+ is-sultan tal-Basan, iż-żewġ slaten taʼ l-Amurrin li kienu fir-reġjun tal-Ġordan lejn tlugħ ix-xemx, 48 minn Għarogħer,+ li qiegħda fuq ix-xatt tal-wied taʼ l-Arnon, sal-Muntanja Sigħon, jiġifieri, il-Ħermon,+ 49 u l-Għaraba+ kollha fir-reġjun tal-Ġordan lejn il-lvant, u sal-baħar taʼ l-Għaraba+ f’tarf it-tlajjaʼ tal-Pisga.+