Dewteronomju
16 “Ħares ix-xahar taʼ Abib,+ u trid tiċċelebra l-Qbiż lil Ġeħova Alla tiegħek,+ għax fix-xahar taʼ Abib Ġeħova Alla tiegħek ħarġek mill-Eġittu bil-lejl.+ 2 U offri s-sagrifiċċju tal-Qbiż lil Ġeħova Alla tiegħek,+ min-nagħaġ u mill-baqar,*+ fil-post li jagħżel Ġeħova biex ismu jgħammar hemmhekk.+ 3 Tiekol xejn imħemmer miegħu għal sebat ijiem.+ Għandek tiekol miegħu ħobż bla ħmira, il-ħobż tas-sofferenza, għax bl-għaġla ħriġt mill-art taʼ l-Eġittu,+ sabiex il-jiem kollha taʼ ħajtek tiftakar fil-jum li fih ħriġt mill-art taʼ l-Eġittu.+ 4 U ebda għaġina mħemmra* m’għandha tidher għandek fit-territorju kollu tiegħek għal sebat ijiem,+ u lanqas xejn mil-laħam, li toffri bħala sagrifiċċju fil-għaxija fl-ewwel jum, m’għandu jibqaʼ l-lejl kollu sa fil-għodu.+ 5 Ma tistax toffri s-sagrifiċċju tal-Qbiż f’xi waħda minn blietek li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek. 6 Imma fil-post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek biex ismu jgħammar hemmhekk+ għandek toffri s-sagrifiċċju tal-Qbiż fil-għaxija malli tinżel ix-xemx,+ fiż-żmien stabbilit li fih int ħriġt mill-Eġittu. 7 U sajjar u kul+ fil-post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek,+ u fil-għodu dur lura u mur lejn it-tined tiegħek. 8 Sitt ijiem għandek tiekol ħobż bla ħmira; u fis-sebaʼ jum ikun hemm assemblea solenni* għal Ġeħova Alla tiegħek.+ Tagħmel ebda xogħol.
9 “Għandek tgħodd sebaʼ ġimgħat. Tibda tgħodd sebaʼ ġimgħat minn meta tmidd il-minġel l-ewwel darba fiż-żaraʼ wieqaf.+ 10 Imbagħad iċċelebra l-festa tal-ġimgħat lil Ġeħova Alla tiegħek,+ skond l-offerta volontarja taʼ idek li tistaʼ tagħti int, sewwasew bħalma jbierkek Ġeħova Alla tiegħek.+ 11 U thenna quddiem Ġeħova Alla tiegħek,+ int u ibnek u bintek u l-ilsir tiegħek u l-ilsira tiegħek u l-Levita, li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek,* u r-resident barrani+ u t-tifel bla missier+ u l-armla,+ li qegħdin f’nofsok, fil-post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek biex ismu jgħammar hemmhekk.+ 12 U ftakar li int kont ilsir fl-Eġittu,+ u osserva u wettaq dawn ir-regolamenti.+
13 “Il-festa taʼ l-għerejjex+ għandek tiċċelebraha għal sebat ijiem meta tiġbor mill-qiegħa tad-dris tiegħek u mill-magħsar taż-żejt u taʼ l-inbid tiegħek. 14 U thenna matul il-festa tiegħek,+ int u ibnek u bintek u l-ilsir tiegħek u l-ilsira tiegħek u l-Levita u r-resident barrani u t-tifel bla missier u l-armla, li qegħdin ’il ġewwa minn bwiebek. 15 Għal sebat ijiem tiċċelebra l-festa+ lil Ġeħova Alla tiegħek fil-post li jagħżel Ġeħova, għaliex Ġeħova Alla tiegħek ibierkek+ fil-prodott tiegħek kollu u f’kull għemil taʼ idek, u ħlief ferħ ma jkollokx.+
16 “Tliet darbiet fis-sena kull raġel minn fostkom għandu jidher quddiem Ġeħova Alla tiegħek fil-post li jagħżel hu:+ fil-festa tal-ħobż bla ħmira,+ fil-festa tal-ġimgħat,+ u fil-festa taʼ l-għerejjex,+ u ħadd m’għandu jidher quddiem Ġeħova b’idu vojta.+ 17 L-għotja taʼ id kull wieħed għandha tkun skond il-barka li jkun tak Ġeħova Alla tiegħek.+
18 “Għandek tqiegħed imħallfin+ u uffiċjali+ ’l ġewwa minn bwiebek kollha li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik skond it-tribujiet tiegħek, u jridu jiġġudikaw lin-nies b’ġudizzju ġust. 19 Tgħawwiġx il-ġudizzju.+ Tkunx parzjali+ u taċċettax tixħim, għax it-tixħim jagħmi għajnejn l-għorrief+ u jgħawweġ il-kliem tan-nies sewwa. 20 Il-ġustizzja—il-ġustizzja għandek tfittex,+ sabiex tibqaʼ ħaj u tieħu f’idejk l-art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.+
21 “Tħawwel ebda tip taʼ siġra bħala arblu sagru ħdejn l-artal taʼ Ġeħova Alla tiegħek li tagħmel għalik.+
22 “Lanqas m’għandek twaqqaf għalik pilastru sagru,+ xi ħaġa li Ġeħova Alla tiegħek tassew jobgħodha.+