1 Slaten
9 U ġara li malli Salamun lesta mill-bini tad-dar+ taʼ Ġeħova u tad-dar tas-sultan+ u taʼ kull ħaġa sabiħa li Salamun għoġbu jagħmel,+ 2 Ġeħova deher lil Salamun għat-tieni darba, bħalma kien deherlu f’Gibegħon.+ 3 U Ġeħova qallu: “Smajt it-talba tiegħek+ u s-supplika* tiegħek li biha tlabt quddiemi għall-ħniena. Jien qaddist+ din id-dar li bnejt int billi qegħedt ismi+ hemmhekk għal żmien indefinit; u għajnejja+ u qalbi se jkunu hemmhekk dejjem.+ 4 U int, jekk timxi+ quddiemi, bħalma mexa David+ missierek, bl-integrità+ tal-qalb u b’mod rett+ billi tagħmel skond kulma kkmandajtek,+ u tħares ir-regolamenti+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+ 5 jien ukoll nistabbilixxi t-tron taʼ saltnatek fuq Israel għal żmien indefinit, bħalma wegħedt lil David missierek, meta għedt, ‘Ma jonqosx li jkun hemm raġel minn nislek li joqgħod fuq it-tron taʼ Israel.’+ 6 Jekk intom u wliedkom idduru lura għalkollox milli timxu warajja+ u ma tħarsux il-kmandamenti u l-istatuti li tajtkom, u tmorru taqdu lil allat oħrajn+ u tmilu quddiemhom, 7 jien ukoll neqred lil Israel minn fuq wiċċ l-art li tajtu;+ u d-dar li qaddist għal ismi narmiha minn quddiemi,+ u Israel isir bħal qawl+ u oġġett taʼ tgħajjir fost il-popli kollha. 8 U din id-dar issir ħerba sħiħa.+ Kulmin jgħaddi minn ħdejha jibqaʼ ċċassat,+ isaffar bi stagħġib, u jgħid, ‘Ġeħova għalfejn għamlilhom hekk lil din l-art u din id-dar?’+ 9 U jkollhom jgħidu, ‘Kien għaliex telqu lil Ġeħova Alla tagħhom li kien ħareġ lil missirijiethom mill-art taʼ l-Eġittu,+ u qabdu m’allat oħrajn+ u mielu quddiemhom u qdewhom. Huwa għalhekk li Ġeħova ġab fuqhom dan il-gwaj kollu.’”+
10 U ġara wara għoxrin sena, li fihom Salamun bena ż-żewġt idjar, id-dar taʼ Ġeħova+ u d-dar tas-sultan,+ 11 (Ħiram+ is-sultan taʼ Tir kien għen lil Salamun+ billi tah injam tas-siġar taċ-ċedru u injam tas-siġar tal-ġnibru u deheb kemm għoġbu,)+ li dak iż-żmien is-Sultan Salamun ta lil Ħiram għoxrin belt fl-art tal-Galilija.+ 12 Għaldaqstant, Ħiram ħareġ minn Tir biex jara l-bliet li tah Salamun, u ma kinux xierqa f’għajnejh.+ 13 Għalhekk qallu: “Dawn xi bliet tajtni, ħija?” U baqgħu jissejħu l-Art taʼ Kabul* sal-ġurnata taʼ llum.
14 Sadanittant, Ħiram bagħat lis-sultan mija u għoxrin talent deheb.+
15 Issa dan hu r-rakkont taʼ dawk miktubin għal xogħol forzat+ li s-Sultan Salamun sejjaħ biex jibnu d-dar taʼ Ġeħova+ u daru stess u l-Għolja*+ u l-ħajt+ taʼ Ġerusalemm u Ħasor+ u Megiddo+ u Geżer.+ 16 (Il-Fargħun, is-sultan taʼ l-Eġittu, kien telaʼ u qabad lil Geżer u ħaraqha bin-nar, u qatel lill-Kangħanin+ li kienu jgħammru fil-belt. Għalhekk, hu taha lil bintu,+ mart Salamun, bħala għotja tat-tluq.) 17 U Salamun bena Geżer u Bet-ħoron t’Isfel,+ 18 u Bagħalat+ u Tamar* fix-xagħri, fil-pajjiż, 19 u l-bliet kollha għall-imħażen+ li saru taʼ Salamun, il-bliet għall-karrijiet,+ il-bliet għar-rikkieba taż-żwiemel, u l-affarijiet sbieħ+ li Salamun xtaq jibni f’Ġerusalemm u fil-Libanu u fl-art kollha taħt id-dominju tiegħu. 20 U n-nies kollha li kien fadal mill-Amurrin,+ mill-Ħittin,+ mill-Pereżin,+ mill-Ħiwwin,+ u mill-Ġebusin,+ li ma kinux parti minn ulied Israel,+ 21 lil uliedhom li tħallew warajhom fl-art u li wlied Israel ma setgħux jeqirduhom,*+ Salamun baqaʼ jobbligahom jagħmlu xogħol forzat bħala lsiera sal-ġurnata taʼ llum.+ 22 U Salamun m’għamel lil ħadd ilsir minn ulied Israel;+ għax huma kienu l-gwerriera, il-qaddejja, il-prinċpijiet, l-ajjutanti, u l-kapijiet tas-sewwieqa tal-karrijiet tiegħu u tar-rikkieba taż-żwiemel tiegħu.+ 23 Kien hemm ħames mija u ħamsin kap tad-deputati. Dawn kienu jieħdu ħsieb ix-xogħol taʼ Salamun u kienu l-imgħallmin fuq in-nies attivi fix-xogħol.+
24 U bint il-Fargħun+ ħarġet mill-Belt taʼ David+ u telgħet lejn id-dar li kien bnielha. Kien wara dan li hu bena l-Għolja.+
25 U Salamun baqaʼ joffri tliet+ darbiet fis-sena sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji taʼ sħubija fuq l-artal li kien bena għal Ġeħova,+ u kien jiġi offrut id-duħħan tas-sagrifiċċji fuq l-artal,+ li kien quddiem Ġeħova; u lesta d-dar.+
26 U s-Sultan Salamun għamel flotta taʼ bastimenti f’Għesjon-geber,+ li qiegħed ħdejn Elot,+ max-xatt tal-Baħar l-Aħmar fl-art t’Edom.+ 27 U flimkien mal-qaddejja taʼ Salamun, Ħiram kien jibgħat fil-flotta tal-bastimenti lill-qaddejja tiegħu stess,+ baħrin, għax dawn kellhom għarfien tal-baħar. 28 U marru Ofir+ u ħadu minn hemm erbaʼ mija u għoxrin talent deheb+ u ġabuh lis-Sultan Salamun.