1 Slaten
16 Il-kelma taʼ Ġeħova issa ġiet għand Ġeħu+ bin Ħanani+ kontra Bagħsa, tgħid: 2 “Minħabba li għollejtek mit-trab+ sabiex nagħmlek il-mexxej tal-poplu tiegħi Israel,+ imma int imxejt fit-triq taʼ Ġerobogħam+ u ġegħelt lill-poplu tiegħi Israel jidneb billi joffendini bid-dnubiet tiegħu,+ 3 arani, se niknes lil Bagħsa u lil daru, u nagħmel lil daru bħal dar Ġerobogħam bin Nebat.+ 4 Kulmin imut fil-belt minn dar Bagħsa jikluh il-klieb; u kulmin imut fl-għalqa minn daru jikluh it-tjur tas-smewwiet.”+
5 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Bagħsa u dak li għamel u l-atti setgħanin tiegħu, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 6 Fl-aħħar, Bagħsa mtedd maʼ missirijietu u ndifen f’Tirsa;+ u ibnu Elah beda jsaltan minfloku. 7 Barra minn hekk, permezz tal-profeta Ġeħu, bin Ħanani, il-kelma taʼ Ġeħova kienet ġiet kontra Bagħsa u daru,+ kemm minħabba l-ħażen kollu li għamel f’għajnejn Ġeħova billi offendieh+ b’għemil idejh,+ u b’hekk issir bħad-dar Ġerobogħam, u kemm minħabba li qatel lil Nadab.+
8 Fis-sena sitta u għoxrin t’Asa s-sultan taʼ Ġuda, Elah bin Bagħsa sar sultan fuq Israel f’Tirsa u dam isaltan sentejn. 9 U l-qaddej tiegħu Żimri,+ il-kap taʼ nofs il-karrijiet, beda jikkonfoffa kontrih, waqt li dan kien Tirsa jixrob+ u jisker fid-dar t’Arsa, li kien jieħu ħsieb id-dar+ f’Tirsa. 10 U Żimri ħebb għalih u qatlu+ fis-sena sebgħa u għoxrin t’Asa s-sultan taʼ Ġuda, u beda jsaltan minfloku. 11 U ġara li meta beda jsaltan, malli qagħad fuq it-tron, hu qatel lid-dar kollha taʼ Bagħsa. Ma ħallielu ħaj lill-ebda raġel jew tifel u la lil xi ħadd bid-dritt+ li jivvendika ruħu għal demmu+ u lanqas lil xi ħabib. 12 Hekk Żimri ġab fix-xejn id-dar kollha taʼ Bagħsa,+ skond il-kelma li Ġeħova+ kien qal kontra Bagħsa permezz tal-profeta Ġeħu,+ 13 minħabba d-dnubiet kollha taʼ Bagħsa u d-dnubiet taʼ ibnu Elah+ li bihom dinbu huma u ġiegħlu lil Israel jidneb ukoll billi joffendi lil Ġeħova l-Alla taʼ Israel bl-idoli fiergħa tiegħu.+ 14 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Elah u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel?
15 Fis-sena sebgħa u għoxrin t’Asa s-sultan taʼ Ġuda, Żimri sar sultan għal sebat ijiem+ f’Tirsa, waqt li n-nies kienu kkampjati biex jattakkaw lil Gibbeton,+ li kienet tal-Filistin. 16 U n-nies li kienu kkampjati hemmhekk semgħu l-aħbar: “Żimri kkonfoffa u qatel lis-sultan.” Għalhekk, Israel kollu għamel lil Għomri,+ il-kap taʼ l-armata, sultan fuq Israel dakinhar fil-kamp. 17 Imbagħad Għomri u Israel kollu miegħu telgħu minn Gibbeton u assedjaw+ lil Tirsa. 18 U ġara li malli Żimri ra li l-belt kienet inqabdet, mar fit-torri taʼ dar is-sultan u ħaraq id-dar tas-sultan bih b’kollox u miet bin-nar,+ 19 għad-dnubiet li dineb bihom billi għamel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova+ għax mexa fit-triq taʼ Ġerobogħam u fid-dnub tiegħu li bih ġiegħel lil Israel jidneb ukoll.+ 20 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Żimri u l-konfoffa tiegħu li kkonfoffa biha, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel?
21 Kien imbagħad li l-poplu taʼ Israel inqasam f’żewġ naħat.+ In-nies taʼ naħa waħda bdew isegwu lil Tibni bin Ginat biex jagħmluh sultan, u l-oħrajn segwew lil Għomri. 22 Fl-aħħar, in-nies li kienu wara Għomri għelbu lin-nies taʼ wara Tibni bin Ginat; u Tibni nqatel, u beda jsaltan Għomri.
23 Fis-sena wieħed u tletin t’Asa s-sultan taʼ Ġuda, Għomri sar sultan fuq Israel u dam isaltan tnax-il sena. F’Tirsa saltan sitt snin. 24 U xtara l-muntanja tas-Samarija minn Semer għal żewġ talenti fidda, u beda jibni fuq il-muntanja u semma l-belt li bena Samarija, għal Semer sid il-muntanja.+ 25 U Għomri baqaʼ jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova u għamel agħar minn dawk kollha taʼ qablu.+ 26 U baqaʼ jimxi fit-triq kollha taʼ Ġerobogħam bin Nebat+ u fid-dnub tiegħu li bih ġiegħel lil Israel jidneb u joffendi lil Ġeħova l-Alla taʼ Israel bl-idoli fiergħa tiegħu.+ 27 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Għomri, dak li għamel u l-atti setgħanin tiegħu, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 28 Fl-aħħar, Għomri mtedd maʼ missirijietu u ndifen fis-Samarija; u ibnu Aħab+ beda jsaltan minfloku.
29 U Aħab bin Għomri sar sultan fuq Israel fis-sena tmienja u tletin t’Asa s-sultan taʼ Ġuda; u Aħab bin Għomri kompla jsaltan fuq Israel fis-Samarija+ tnejn u għoxrin sena. 30 U f’għajnejn Ġeħova, Aħab bin Għomri għamel agħar minn dawk kollha taʼ qablu.+ 31 U ġara, bħallikieku kienet ħaġa żgħira+ li jimxi fid-dnubiet taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li hu ħa b’martu+ lil Ġeżabel+ bint Etbagħal, is-sultan tas-Sidonin,+ u beda jmur u jaqdi lil Bagħal+ u jmil quddiemu. 32 Iktar minn hekk, waqqaf artal lil Bagħal fid-dar+ li bena lil Bagħal fis-Samarija. 33 U Aħab għamel arblu sagru;+ u Aħab għamel ferm iktar affarijiet biex joffendi+ lil Ġeħova l-Alla taʼ Israel mis-slaten kollha taʼ Israel li ġew qablu.
34 Fi żmienu, Ħijel il-Beteli bena Ġeriko. Meta qiegħed il-pedament tagħha sofra t-telfa t’Abiram, l-ewwel imwieled tiegħu, u meta waqqaf il-bibien tagħha sofra t-telfa taʼ Segub, l-iżgħar wieħed minn uliedu, skond il-kelma li Ġeħova kien qal permezz taʼ Ġożwè bin Nun.+