Proverbji
2 Ibni, jekk tilqaʼ kliemi+ u taħżen ġo fik bħal teżor il-kmandamenti tiegħi,+ 2 jekk tagħti widen għall-għerf,+ u tmejjel qalbek għad-dixxerniment;+ 3 iktar minn hekk, jekk issejjaħ biex ikollok l-abbiltà li tifhem+ u tgħajjat lid-dixxerniment,+ 4 jekk tibqaʼ tfittex għalih bħal fidda,+ u tibqaʼ tħaffer għalih bħal teżori moħbijin,+ 5 f’dak il-każ tifhem il-biżaʼ+ taʼ Ġeħova, u ssib l-għarfien t’Alla.+ 6 Għax Ġeħova jagħti l-għerf;+ minn fommu joħorġu l-għarfien u d-dixxerniment.+ 7 U hu jaħżen l-għaqal*+ għar-retti; huwa tarka għal dawk li jimxu bl-integrità,+ 8 billi jħares il-mogħdijiet tal-ġudizzju,+ u jgħasses it-triq tal-leali tiegħu.+ 9 Imbagħad tifhem is-sewwa u l-ġustizzja u dak li hu rett, kulma għandek tagħmel biex timxi tajjeb.+
10 Meta l-għerf jidħol f’qalbek+ u ruħek tibda tieħu pjaċir bl-għarfien,+ 11 l-abbiltà li taħseb tibqaʼ tgħasses fuqek,+ u d-dixxerniment iħarsek,+ 12 sabiex jeħilsuk mit-triq il-ħażina,+ mill-bniedem li jgħid affarijiet imħassrin,+ 13 minn dawk li jħallu l-mogħdijiet retti biex jimxu f’toroq mudlama,+ 14 minn dawk li qed jieħdu gost jagħmlu l-ħażin,+ li qed jifirħu bl-affarijiet ħżiena u mħassrin;+ 15 dawk li l-mogħdijiet tagħhom mgħawġin u li jqarrqu fil-ħajja tagħhom;+ 16 sabiex jeħilsuk mill-mara stranġiera, mill-mara barranija+ li tmelles bi kliemha,+ 17 li qed tħalli lill-ħabib li kienet tafda f’żgħożitha,+ u li nsiet il-patt li għamlet m’Alla tagħha.+ 18 Għax darha tinżel lejn il-mewt u l-mixi tagħha jinżel ’l isfel lejn dawk bla qawwa fil-mewt.+ 19 Ħadd minn dawk li jkollhom x’jaqsmu magħha ma jiġi lura, lanqas ma jerġaʼ jaqbad il-mogħdijiet tal-ħajjin.+
20 L-iskop huwa li int timxi fit-triq tat-tajbin+ u żżomm mal-mogħdijiet tan-nies sewwa.+ 21 Għax huma r-retti li se jgħammru fuq l-art,+ u dawk bla ħtija se jibqgħu fiha.+ 22 Rigward in-nies mill-agħar, dawn se jitqaċċtu mill-art;+ u t-tradituri jinqalgħu minnha.+