2 Kronaki
31 U malli temmew dan kollu, l-Israelin+ kollha li kienu hemmhekk ħarġu lejn il-bliet taʼ Ġuda,+ u kissru l-pilastri sagri+ u qaċċtu l-arbli sagri+ u ġarrfu l-postijiet għall-qima*+ u l-artali+ mill-art kollha taʼ Ġuda+ u Benjamin u f’Efrajm+ u Manasse+ sakemm ma kien għad fadal xejn; u mbagħad ulied Israel kollha marru lura lejn bliethom, kull wieħed lejn il-proprjetà tiegħu.
2 Imbagħad Ħeżekija organizza l-qassisin u l-Leviti+ fit-taqsimiet tagħhom,+ kull taqsima skond is-servizz tagħha għall-qassisin+ u għal-Leviti+ rigward l-offerta tal-ħruq+ u s-sagrifiċċji taʼ sħubija+ biex jaqdu+ u jirringrazzjaw+ u jfaħħru+ fil-bibien tat-tempju taʼ Ġeħova. 3 U s-sultan kien jagħti sehem minn ġidu stess+ għall-offerti tal-ħruq,+ għall-offerti tal-ħruq taʼ fil-għodu+ u taʼ fil-għaxija, kif ukoll l-offerti tal-ħruq għas-Sabatijiet+ u għal kull qamar ġdid+ u għall-istaġuni tal-festi,+ skond dak li hemm miktub fil-liġi taʼ Ġeħova.+
4 Barra minn hekk, qal lill-poplu, l-abitanti taʼ Ġerusalemm, biex jagħtu sehem il-qassisin+ u l-Leviti,+ sabiex iżommu+ b’mod strett mal-liġi taʼ Ġeħova.+ 5 U malli ħarġet il-kelma, ulied Israel+ żiedu l-ewwel frott tal-qmuħ,+ taʼ l-inbid ġdid,+ taż-żejt,+ taʼ l-għasel,+ u taʼ dak kollu li jipproduċi r-rabaʼ,+ u ġabu wieħed minn kull għaxra minn kollox bl-abbundanza.+ 6 U wlied Israel u Ġuda li kienu qed jgħammru fil-bliet taʼ Ġuda,+ huma wkoll ġabu wieħed minn kull għaxra mill-baqar u min-nagħaġ u wieħed minn kull għaxra mill-affarijiet imqaddsin,+ l-affarijiet imqaddsin lil Ġeħova Alla tagħhom. Huma ġabu u taw gzuz fuq gzuz. 7 Kien fit-tielet+ xahar li bdew jinġabru dawn il-gzuz u tqiegħed is-saff taʼ taħtnett, u fis-sebaʼ+ xahar kienu lesti. 8 Meta Ħeżekija u l-prinċpijiet+ ġew u raw il-gzuz, bierku+ lil Ġeħova u lill-poplu tiegħu Israel.+
9 Imbagħad Ħeżekija staqsa lill-qassisin u lil-Leviti dwar il-gzuz.+ 10 U Għażarija,+ il-qassis ewlieni tad-dar taʼ Sadok,+ wieġbu u qallu: “Minn dakinhar li bdew iġibu l-kontribuzzjoni+ fid-dar taʼ Ġeħova, in-nies kielu u xebgħu+ u kien hemm iżżejjed bl-abbundanza;+ għax Ġeħova bierek lill-poplu tiegħu,+ u dak li fadal hu din l-abbundanza kbira.”
11 Għal dan, Ħeżekija qalilhom biex iħejju kmamar taʼ l-ikel+ fid-dar taʼ Ġeħova. Għaldaqstant, huma ħejjewhom. 12 U baqgħu jġibu l-kontribuzzjoni+ u l-għexur+ u l-affarijiet imqaddsin bil-fedeltà;+ u Konanija l-Levita kien inkarigat minnhom bħala mexxej, u ħuh Simgħi kien it-tieni warajh. 13 U Ġeħijel, Għażażija, Naħat, Għasael, Ġerimot, Ġożabad, Eligħel, Ismakija, Maħat, u Benaja kienu uffiċjali maġenb Konanija u ħuh Simgħi, bl-ordni taʼ Ħeżekija, is-sultan, u Għażarija+ kien il-mexxej tad-dar taʼ l-Alla l-veru. 14 U Kore, bin Imnaħ, il-Levita, kien l-għassies tal-bieb+ fuq in-naħa tal-lvant,+ jieħu ħsieb l-offerti volontarji+ taʼ l-Alla l-veru, biex iqassam il-kontribuzzjoni+ taʼ Ġeħova u l-affarijiet l-iktar imqaddsin.+ 15 U taħt id-direzzjoni tiegħu kien hemm Għeden, Minjamin, Ġeswa, Semajja, Amarija, u Sekanija, fil-bliet tal-qassisin,+ fil-kariga taʼ fiduċja,+ biex jagħtu lil ħuthom fit-taqsimiet,+ lill-kbir u liż-żgħir indaqs;+ 16 minbarra dawk imniżżlin fir-reġistri tal-linja ġenealoġika+ taʼ rġiel mill-età taʼ tliet snin ’il fuq,+ dawk kollha li jmorru fid-dar taʼ Ġeħova bħala rutina taʼ kuljum għas-servizz skond l-obbligi tagħhom, skond it-taqsimiet tagħhom.
17 Din hi r-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika tal-qassisin skond dar missirijiethom,+ kif ukoll tal-Leviti,+ mill-età t’għoxrin+ sena ’l fuq, skond l-obbligi tagħhom fit-taqsimiet tagħhom;+ 18 kemm ir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika taż-żgħar kollha tagħhom, in-nisa tagħhom, uliedhom subien u bniet, il-kongregazzjoni kollha, għaliex fil-kariga taʼ fiduċja tagħhom+ tqaddsu+ għas-servizz qaddis tagħhom; 19 u kemm għal ulied Aron,+ il-qassisin, li kienu fl-għelieqi+ tal-mergħat tal-bliet tagħhom. Fil-bliet differenti kollha kien hemm irġiel li kienu ssemmew b’isimhom, biex jagħtu ishma lil kull raġel fost il-qassisin u lil dawk imniżżlin fir-reġistri tal-linja ġenealoġika fost il-Leviti.
20 U Ħeżekija għamel hekk f’Ġuda kollu, u baqaʼ jagħmel dak li hu tajjeb+ u sewwa+ u baqaʼ jaġixxi bil-fedeltà+ quddiem Ġeħova Alla tiegħu. 21 U f’kull xogħol li beda fis-servizz+ tad-dar taʼ l-Alla l-veru u fil-liġi+ u fil-kmandament biex ifittex+ lil Alla tiegħu, aġixxa b’qalbu kollha,+ u rnexxa.+