Rivelazzjoni
17 U wieħed mis-sebaʼ anġli li kellhom is-sebaʼ bwieqi+ ġie jkellimni u qalli: “Ejja ħa nurik il-ġudizzju fuq il-prostituta l-kbira+ li qiegħda bil-qiegħda fuq ħafna ilmijiet+ 2 u li żnew magħha s-slaten taʼ l-art,+ waqt li dawk li jabitaw fuq l-art sikru bl-inbid taż-żína tagħha.”+
3 U ħadni f’xagħri bil-qawwa taʼ l-ispirtu.+ U lmaħt mara bil-qiegħda fuq bhima salvaġġa+ lewn l-iskarlat li kienet mimlija ismijiet midgħija+ u li kellha sebat irjus+ u għaxart iqrun. 4 U l-mara kienet imdandna bil-porpra+ u l-iskarlat+ u mżejna bid-deheb u l-ħaġar prezzjuż u l-perli+ u f’idha kellha kies tad-deheb+ li kien mimli bil-qżiżijiet+ u l-ħmieġ taż-żína tagħha.+ 5 U fuq ġbinha kien hemm miktub isem, misteru:+ “Babilonja l-Kbira, omm il-prostituti+ u l-qżiżijiet taʼ l-art.”+ 6 U rajt li l-mara kienet fis-sakra bid-demm+ tal-qaddisin u bid-demm tax-xhieda taʼ Ġesù.+
U x’ħin ilmaħtha stagħġibt bi stagħġib kbir.+ 7 Għalhekk, l-anġlu qalli: “Għala stagħġibt? Ħa ngħidlek il-misteru tal-mara+ u tal-bhima salvaġġa li qed iġġorrha u li għandha s-sebat irjus u l-għaxart iqrun:+ 8 Il-bhima salvaġġa li rajt kienet,+ imma m’hijiex, u madankollu waslet biex titlaʼ mill-abbiss,+ u għandha l-qerda tistennieha. U meta jaraw kif il-bhima salvaġġa kienet, imma m’hijiex, u madankollu tkun preżenti, dawk li jgħammru fuq l-art jistagħġbu b’ammirazzjoni, imma isimhom ma nkitibx fir-romblu tal-ħajja+ sa mit-tisjis tad-dinja.+
9 “Hawn tidħol l-intelliġenza flimkien maʼ l-għerf:+ Is-sebat irjus+ ifissru sebaʼ muntanji,+ li fuqhom qiegħda bil-qiegħda l-mara. 10 U hemm sebaʼ slaten: ħamsa waqgħu,+ wieħed qiegħed hawn,+ u l-ieħor għadu ma wasalx,+ imma meta jasal irid jibqaʼ għal żmien qasir.+ 11 U l-bhima salvaġġa li kienet imma m’hijiex,+ hi stess hija sultan ieħor, it-tmien wieħed, imma toħroġ mis-sebgħa, u sejra għall-qerda.
12 “U l-għaxart iqrun li rajt ifissru għaxar slaten,+ li għadhom ma rċivewx saltna, imma jirċievu l-awtorità bħala slaten għal siegħa waħda mal-bhima salvaġġa. 13 Dawn għandhom ħsieb wieħed, u għalhekk jagħtu l-qawwa u l-awtorità tagħhom lill-bhima salvaġġa.+ 14 Dawn jitqabdu mal-Ħaruf,+ imma, peress li hu Sid tas-sidien u Sultan tas-slaten,+ il-Ħaruf jirbħilhom.+ Anki dawk li huma msejħin u magħżulin u leali miegħu jirbħulhom.”+
15 U qalli: “L-ilmijiet li rajt, fejn qiegħda bil-qiegħda l-prostituta, ifissru popli u folol u ġnus u ilsna.+ 16 U l-għaxart iqrun+ li rajt, u l-bhima salvaġġa,+ dawn se jobogħdu lill-prostituta+ u jħarbtuha u jneżżgħuha, u jiklulha laħamha u jaħarquha għalkollox bin-nar.+ 17 Għax Alla daħħlilhom fi qlubhom li jwettqu l-ħsieb tiegħu,+ saħansitra li jwettqu l-ħsieb wieħed tagħhom billi jagħtu s-saltna tagħhom lill-bhima salvaġġa,+ sakemm ikun twettaq il-kliem t’Alla.+ 18 U l-mara+ li rajt tfisser il-belt il-kbira li għandha saltna fuq is-slaten taʼ l-art.”+