Proverbji
11 Miżien qarrieq hu xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova,+ imma wżin* sħiħ jieħu pjaċir bih.
2 Ġiet il-prużunzjoni? Mela ġej id-diżunur;+ imma l-għerf hu mal-modesti.+
3 L-integrità tar-retti tmexxihom,+ imma t-tagħwiġ taʼ dawk li jaġixxu bi tradiment se jħarbathom.+
4 L-affarijiet taʼ valur ma se jkunu t’ebda benefiċċju f’jum il-qilla,+ imma s-sewwa se jagħti l-ħelsien mill-mewt.+
5 Is-sewwa taʼ bniedem bla ħtija jiddrittalu triqtu,+ imma l-bniedem mill-agħar jaqaʼ fi ħżunitu stess.+ 6 Is-sewwa tar-retti jeħlishom,+ imma dawk li jaġixxu bi tradiment jinqabdu bil-leblieba tagħhom stess.+
7 Meta jmut bniedem mill-agħar, it-tama tiegħu tgħib;+ u saħansitra l-istennija bbażata fuq il-qawwa ġiet fix-xejn.+
8 Il-ġust jinħeles min-niket,+ u l-bniedem mill-agħar jidħol minfloku.+
9 Min hu apostata jġib lil għajru f’rovina b’fommu;+ imma l-ġusti bl-għarfien jinħelsu.+
10 Minħabba t-tjubija tal-ġusti jkun hemm ħafna hena f’belt,+ imma meta jgħibu n-nies mill-agħar ikun hemm għajta ferriħija.+
11 Minħabba l-barka tar-retti titgħolla l-belt,+ imma minħabba fomm in-nies mill-agħar din tiġġarraf.+
12 Min għandu qalbu belha* stmerr lil sieħbu stess,+ imma l-bniedem taʼ dixxerniment kbir jibqaʼ sieket.+
13 Min hu miexi bħal kalunnjatur+ qed jikxef id-diskors kunfidenzjali,+ imma min għandu spirtu taʼ fedeltà qed jgħatti l-kwistjoni.+
14 Meta ma jkunx hemm direzzjoni għaqlija, in-nies jaqgħu;+ imma hemm is-salvazzjoni fil-kotra taʼ dawk li jagħtu l-pariri.+
15 Żgur se jaħbatlu ħażin min ftiehem li jagħmel tajjeb għad-dejn taʼ xi ħadd stranġier,+ imma min jobgħod jieħu bl-idejn jibqaʼ bla inkwiet taʼ xejn.
16 Mara ħelwa tikseb il-glorja;+ imma t-tiranni, min-naħa tagħhom, jiksbu r-rikkezzi.
17 Bniedem taʼ qalb tajba bl-imħabba jippremja lilu nnifsu,+ imma bniedem kattiv iġiegħel lil ġismu stess jiġi mwarrab.+
18 Il-bniedem mill-agħar qed jieħu ħlas falz,+ imma min jiżraʼ s-sewwa għandu dħul veru.+
19 Min iżomm sod mas-sewwa hemm tistennieh il-ħajja,+ imma min jiġri wara dak li hu ħażin hemm mewtu tistennieh.+
20 Dawk li qalbhom mgħawġa huma xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova,+ imma dawk bla ħtija fi triqithom jieħu pjaċir bihom.+
21 Għalkemm id tistaʼ tingħaqad maʼ id, bniedem ħażin mhux se jeħlisha mill-kastig;+ imma wlied il-ġusti jeħilsuha.+
22 Bħal ħolqa tad-deheb fi mnieħer ħanżir, hekk hi mara li hi sabiħa imma li m’hijiex sensibbli.+
23 Ix-xewqa tal-ġusti żgur hija tajba;+ it-tama tan-nies mill-agħar tqanqal il-qilla.+
24 Hemm min qed ixerred u xorta qed joktor;+ hemm ukoll min qed iżomm lura dak li hu sewwa, imma r-riżultat ikun biss għaks.+
25 Ir-ruħ ġeneruża titqawwa,+ u min isaqqi bix-xabaʼ lil oħrajn jissaqqa bix-xabaʼ hu wkoll.+
26 Il-poplu jisħet lil min iżomm lura l-qmuħ, imma barka hemm għal ras min iħallihom jinxtraw.+
27 Min qed ifittex it-tajjeb se jibqaʼ jfittex li jkun approvat;+ imma min ifittex il-ħażin, il-ħażin se jiġi fuqu.+
28 Min jafda fir-rikkezzi tiegħu jaqaʼ;+ imma l-ġusti jiffjorixxu bħall-weraq aħdar.+
29 Min iġiegħel lil daru stess tiġi mwarrba+ jikseb ir-riħ;+ u l-iblah ikun qaddej taʼ min għandu qalbu għarfa.
30 Il-frott tal-ġust hu siġra tal-ħajja,+ u min qed jirbaħ il-ħajjiet* hu għaref.+
31 Ara! Il-ġust—fuq l-art se jitħallas.+ Kemm iktar il-bniedem mill-agħar u l-midneb!+