Rivelazzjoni
8 U meta fetaħ+ is-sebaʼ siġill,+ waqaʼ skiet fis-sema għal madwar nofs siegħa. 2 U rajt lis-sebaʼ anġli+ li kienu weqfin quddiem Alla, u lil dawn ngħatawlhom sebaʼ trumbetti.
3 U ġie anġlu ieħor u qagħad ħdejn l-artal,+ u kellu inċensier tad-deheb; u ngħatatlu kwantità kbira taʼ inċens+ biex joffrih mat-talb tal-qaddisin kollha fuq l-artal tad-deheb li kien hemm quddiem it-tron. 4 U d-duħħan taʼ l-inċens telaʼ minn id l-anġlu mat-talb+ tal-qaddisin quddiem Alla. 5 U minnufih l-anġlu ħa l-inċensier, u mlieh bi ftit min-nar+ taʼ l-artal u waddbu fuq l-art.+ U kien hemm ragħad+ u ilħna u sajjetti+ u theżżiż taʼ l-art.+ 6 U s-sebaʼ anġli li kellhom is-sebaʼ+ trumbetti+ tħejjew biex idoqquhom.
7 U l-ewwel wieħed daqq it-trumbetta tiegħu. U kien hemm silġ u nar+ imħalltin bid-demm, u twaddbu fuq l-art; u terz mill-art inħaraq,+ u terz mis-siġar inħaraq, u l-ħaxix aħdar+ kollu nħaraq.
8 U t-tieni anġlu daqq it-trumbetta tiegħu. U xi ħaġa bħal muntanja+ kbira taqbad bin-nar twaddbet fil-baħar.+ U terz mill-baħar sar demm;+ 9 u miet terz mill-ħlejjaq tal-baħar li kellhom ir-ruħ,*+ u tfarrak terz mid-dgħajjes.
10 U t-tielet anġlu daqq it-trumbetta tiegħu. U waqgħet mis-sema kewkba kbira taqbad bħal torċa,+ u waqgħet fuq terz mix-xmajjar u fuq l-għejun taʼ l-ilmijiet.+ 11 U isem il-kewkba kien Absint. U terz mill-ilmijiet inbidel f’absint, u ħafna mill-bnedmin mietu minħabba l-ilmijiet, għax dawn kienu saru morri.+
12 U r-rabaʼ anġlu daqq it-trumbetta tiegħu. U ntlaqat terz mix-xemx u terz mill-qamar u terz mill-kwiekeb, sabiex terz minnhom jiddallam+ u l-jum ma jkollux dawl għal terz+ minnu, u l-lejl l-istess.
13 U rajt, u smajt ajkla+ ttir f’nofs is-sema+ u tgħid b’leħen għoli: “Gwaj, gwaj, gwaj+ għal dawk li jgħammru fuq l-art minħabba l-bqija tad-daqq tat-trumbetti tat-tliet anġli li dalwaqt idoqqu t-trumbetti tagħhom!”+