Salmi
Lid-direttur. Fuq l-istrumenti tal-korda. Maskil.* Taʼ David.
M’għandix kwiet minħabba t-tħassib tiegħi,+
U ma nistax ma ninkwetax,
3 Minħabba dak li qed jgħid l-għadu, minħabba l-pressjoni mill-ħażin.+
Għax huma l-ħin kollu jagħmluli l-ħsara,+
U bir-rabja jżommu f’qalbhom il-mibegħda għalija.+
6 U l-ħin kollu ngħid: “O li kelli l-ġwienaħ bħal ħamiema!+
Kieku kont intir xi mkien ieħor u ngħammar hemm.+
7 Ara! Kont intir ’il bogħod;+
Kont immur noqgħod fix-xagħri.+—Sela—
8 Kont ngħaġġel lejn post fejn naħrab
Mir-riħ qawwi, mit-tempesta.”+
12 Għax mhux l-għadu kien li maqdarni;+
Kieku kont nissaportih.
Mhux xi ħadd li kien mimli mibegħda għalija tkabbar ħafna kontrija;+
Kieku kont inkun nistaʼ ninħeba minnu.+
13 Imma kont int, bniedem mortali li jien stmajtu daqsi,+
Xi ħadd li naf u li jien midħla tiegħu,+
14 Għax konna ngawdu ħbiberija ħelwa flimkien;+
Lejn id-dar t’Alla konna nimxu mal-ġemgħa.+
17 Fil-għaxija, fil-għodu, u f’nofsinhar ma nistax ma ninkwetax, u għalhekk nokrob,+
U hu jismaʼ leħni.+
19 Alla, li qiegħed fuq it-tron bħal fil-passat,+
Se jismagħhom u jwiġibhom+—Sela—
Lil dawk li ma nbidlux+
U li ma beżgħux minn Alla.+