Proverbji
15 Tweġiba, meta tkun ħelwa, tkeċċi l-korla,+ imma kelma li tweġġaʼ tqajjem ir-rabja.+
2 Ilsien l-għorrief jagħmel it-tajjeb permezz taʼ l-għarfien,+ imma minn fomm l-istupidi tgelgel il-bluha.+
3 Għajnejn Ġeħova huma kullimkien,+ għassa tal-ħżiena u t-tajbin.+
4 Il-kalma taʼ l-ilsien hi siġra tal-ħajja,+ imma t-tagħwiġ tiegħu jfisser spirtu mkisser.+
5 Kulmin hu iblah ma jurix rispett għad-dixxiplina taʼ missieru,+ imma kulmin jagħti kas it-twiddib hu prudenti.+
6 F’dar il-ġust hemm ħażna abbundanti,+ imma l-bniedem mill-agħar qed jiġi mwarrab minħabba l-prodott tiegħu.+
7 Xofftejn l-għorrief ikomplu jxerrdu l-għarfien,+ imma qalb l-istupidi mhix hekk.+
8 Is-sagrifiċċju tan-nies mill-agħar hu xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova,+ imma t-talba tar-retti jieħu pjaċir biha.+
9 It-triq tal-bniedem mill-agħar hi xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova,+ imma hu jħobb lil min jiġri wara s-sewwa.+
10 Id-dixxiplina hi ħażina għal min jitlaq mit-triq;+ kulmin jobgħod it-twiddib se jmut.+
11 Il-Qabar* u post il-qerda+ qegħdin quddiem Ġeħova.+ Kemm iktar il-qlub taʼ wlied il-bnedmin!+
12 Min iwaqqaʼ kollox għaċ-ċajt ma jħobbx lil min iwiddbu.+ Għand l-għorrief ma jmurx.+
13 Qalb ferrieħa għandha effett tajjeb fuq il-wiċċ,+ imma minħabba l-uġigħ taʼ qalb hemm spirtu mdejjaq.+
14 Il-qalb li tifhem tfittex l-għarfien,+ imma fomm l-istupidi jixtieq jilħaq il-bluha.+
15 Il-jiem taʼ min isofri kollha huma ħżiena;+ imma min iħossu tajjeb f’qalbu jinsab f’festa l-ħin kollu.+
16 Aħjar ftit u fil-biżaʼ taʼ Ġeħova+ milli ħażna abbundanti bit-taħwid magħha.+
17 Aħjar platt ħaxix fejn hemm l-imħabba+ milli barri msemmen bil-mibegħda miegħu.+
18 Bniedem mgħaddab jaqlaʼ l-ġlied,+ imma min ma jirrabjax malajr jikkalma t-tilwim.+
19 Triq l-għażżien hi bħal ħajt taʼ l-għollieq,+ imma l-mogħdija tar-retti hi triq imwittija.+
20 Iben għaref iferraħ lil missieru,+ imma bniedem stupidu qed jistmerr lil ommu.+
21 Il-bluha tferraħ lil min għandu qalbu belha,*+ imma l-bniedem taʼ dixxerniment jimxi dritt ’il quddiem.+
22 Il-pjanijiet jisfrattaw meta ma jkunx hemm diskors kunfidenzjali,+ imma jirnexxu meta jkun hemm ħafna li jagħtu l-pariri.+
23 Bniedem jifraħ bit-tweġiba taʼ fommu,+ u kemm hi tajba kelma f’waqtha!+
24 Għal min jaġixxi bid-dehen il-mogħdija tal-ħajja titlaʼ ’l fuq,+ sabiex ma tħallihx jinżel ’l isfel lejn il-Qabar.+
25 Id-dar taʼ l-imkabbrin Ġeħova se jġarrafha,+ imma hu se jissoda t-trufijiet tal-proprjetà taʼ l-armla.+
26 Il-pjanijiet tal-ħażin huma xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova,+ imma l-kliem pjaċevoli hu nadif.+
27 Min qed jagħmel qligħ inġust qed iġiegħel lil daru tiġi mwarrba,+ imma min jobgħod ir-rigali jibqaʼ jgħix.+
28 Qalb il-ġust timmedita sabiex twieġeb,+ imma minn fomm in-nies mill-agħar igelglu affarijiet ħżiena.+
29 Ġeħova huwa ’l bogħod min-nies mill-agħar,+ imma t-talba tal-ġusti jismagħha.+
30 Għajnejn+ ileqqu jferrħu l-qalb;+ rapport+ tajjeb iħaxxen l-għadam.+
31 Il-widna li qed tismaʼ mit-twiddib+ tal-ħajja tgħammar eżatt f’nofs l-għorrief.+
32 Kulmin jaħrab id-dixxiplina+ qed jobgħod lil ruħu stess, imma min jismaʼ mit-twiddib qed jikseb qalb għarfa.*+
33 Il-biżaʼ taʼ Ġeħova hu dixxiplina li twassal għall-għerf,+ u qabel il-glorja hemm l-umiltà.+