Ġenesi
1 Fil-bidu*+ Alla+ ħalaq+ is-smewwiet u l-art.+
2 Issa l-art kienet bla forma u ma kien fiha xejn u kien hemm id-dlam fuq wiċċ l-ilmijiet fondi;+ u l-forza attiva t’Alla kienet qed titħarrek ’l hemm u ’l hawn+ fuq wiċċ l-ilmijiet.+
3 U Alla qal:+ “Ħa jkun id-dawl.” U kien hemm id-dawl.+ 4 U Alla ra li d-dawl kien tajjeb, u Alla fired id-dawl mid-dlam.+ 5 U Alla sejjaħ id-dawl Nhar,+ imma d-dlam sejjaħlu Lejl.+ U kien hemm fil-għaxija u kien hemm fil-għodu, l-ewwel jum.
6 U Alla ssokta jgħid: “Ħa jkun hemm firxa+ bejn l-ilmijiet u ħa jinfirdu l-ilmijiet mill-ilmijiet.”+ 7 Imbagħad Alla għamel il-firxa u fired l-ilmijiet li kellhom ikunu taħt il-firxa mill-ilmijiet li kellhom ikunu ’l fuq mill-firxa.+ U hekk sar. 8 U l-firxa Alla sejħilha Sema.+ U kien hemm fil-għaxija u kien hemm fil-għodu, it-tieni jum.
9 U Alla ssokta jgħid: “Ħa jinġabru l-ilmijiet taʼ taħt is-smewwiet f’post wieħed u ħa tidher l-art niexfa.”+ U hekk sar. 10 U l-art niexfa Alla sejħilha Art,+ imma l-ilmijiet miġburin flimkien sejħilhom Ibħra.+ U Alla ra li dan kien tajjeb.+ 11 U Alla ssokta jgħid: “Ħa tnibbet l-art il-ħaxix, ħxejjex li jagħmlu ż-żerriegħa,+ siġar tal-frott li fuq l-art jagħmlu l-frott biż-żerriegħa fih+ skond ġenshom.”*+ U hekk sar. 12 U l-art bdiet tnibbet il-ħaxix, ħxejjex li jagħmlu ż-żerriegħa skond ġenshom,+ u siġar tal-frott biż-żerriegħa fih skond ġensu.+ U Alla ra li dan kien tajjeb. 13 U kien hemm fil-għaxija u kien hemm fil-għodu, it-tielet jum.
14 U Alla ssokta jgħid: “Ħa jkun hemm dawwaliet fil-firxa tas-smewwiet biex jifirdu n-nhar mil-lejl;+ u dawn għandhom iservu bħala sinjali, kif ukoll iservu għall-istaġuni, għall-jiem, u għas-snin.+ 15 U jridu jservu bħala dawwaliet fil-firxa tas-smewwiet biex jiddu għal fuq l-art.”+ U hekk sar. 16 U Alla għamel iż-żewġ dawwaliet il-kbar, id-dawwala akbar biex tiddomina n-nhar u d-dawwala iżgħar biex tiddomina l-lejl, u għamel ukoll il-kwiekeb.+ 17 U Alla poġġiehom fil-firxa tas-smewwiet biex jiddu għal fuq l-art,+ 18 u biex jiddominaw bi nhar u bil-lejl u biex jifirdu d-dawl mid-dlam.+ U Alla ra li dan kien tajjeb.+ 19 U kien hemm fil-għaxija u kien hemm fil-għodu, ir-rabaʼ jum.
20 U Alla ssokta jgħid: “Ħa jkunu miżgħuda l-ilmijiet bi qtajjaʼ t’erwieħ ħajjin+ u ħa jittajru l-ħlejjaq li jtiru ’l fuq mill-art f’wiċċ il-firxa tas-smewwiet.”+ 21 U Alla ħalaq il-mostri kbar tal-baħar+ u kull ruħ ħajja li titħarrek,+ li kotru fl-ilmijiet skond ġenshom, u kull ħliqa li ttir bil-ġwienaħ skond ġensha.+ U Alla ra li dan kien tajjeb. 22 Imbagħad Alla berikhom u qalilhom: “Nisslu u oktru u imlew l-ilmijiet taʼ l-ibħra,+ u ħa joktru fl-art il-ħlejjaq li jtiru.” 23 U kien hemm fil-għaxija u kien hemm fil-għodu, il-ħames jum.
24 U Alla ssokta jgħid: “Ħa tnissel l-art+ erwieħ ħajjin skond ġenshom, l-annimali domestiċi+ u l-annimali li jitkaxkru+ u l-bhejjem salvaġġi+ taʼ l-art skond ġenshom.” U hekk sar. 25 U Alla għamel il-bhejjem salvaġġi taʼ l-art skond ġenshom u l-annimali domestiċi skond ġenshom u kull annimal li jitkaxkar taʼ l-art skond ġensu.+ U Alla ra li dan kien tajjeb.
26 U Alla ssokta jgħid: “Ħa nagħmlu+ l-bniedem fix-xbieha tagħna,+ skond suritna,+ u ħa jkunu sottomessi lejhom il-ħut tal-baħar u l-ħlejjaq li jtiru fis-smewwiet u l-annimali domestiċi u l-art kollha u kull annimal li jitkaxkar u li qed jitħarrek fuq l-art.”+ 27 U Alla ħalaq il-bniedem fix-xbieha tiegħu, fix-xbieha t’Alla ħalqu;+ raġel u mara ħalaqhom.+ 28 U Alla berikhom+ u qalilhom: “Nisslu+ u oktru u imlew l-art u rażżnuha,+ u ħa jkunu sottomessi+ lejkom il-ħut tal-baħar u l-ħlejjaq li jtiru fis-smewwiet u kull ħliqa ħajja li titħarrek fuq l-art.”
29 U Alla ssokta jgħid: “Ara! Tajtkom il-ħxejjex kollha li jagħmlu ż-żerriegħa u li qegħdin fuq wiċċ l-art kollha u kull siġra li fiha hemm il-frott taʼ siġra li jagħmel iż-żerriegħa.+ Ħa jservi dan bħala ikel għalikom.+ 30 U lil kull bhima salvaġġa taʼ l-art u lil kull ħliqa li ttir fis-smewwiet u lil kulma jitħarrek fuq l-art li fih hemm il-ħajja bħala ruħ, jien tajthom il-ħaxix aħdar kollu bħala ikel.”+ U hekk sar.
31 Wara dan, Alla ra kulma kien għamel, u, ara, kien tajjeb ħafna.+ U kien hemm fil-għaxija u kien hemm fil-għodu, is-sitt jum.